21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/22/PESK

tal-20 ta’ Jannar 2014

li temenda d-Deċiżjoni 2013/353/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/518/PESK (1) biex ħatar lis-Sur Philippe LEFORT bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja.

(2)

Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/353/PESK (2) biex estenda l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2014 u biex jipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

Għandu jsir provvediment għal ammont ta' referenza finanzjarja ġdid li jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Ġunju 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2013/353/PESK huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 1 040 000.”

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'din li ġejja:

“In-nefqa ffinanzjata mill-ammont li jidher fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Lulju 2013.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/518/PESK tal-25 ta’ Awwissu 2011 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja (ĠU L 221, 27.8.2011, p. 5).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/353/PESK tat-2 ta’ Lulju 2013 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Ġeorġja (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 9).