|
14.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju
(notifikata bid-dokument C(2013) 9186)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/9/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 10a(1) u (13) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (2) tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (3) tiddetermina regoli tranżitorji fl-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(3) |
Kull sena settur jew subsettur jista’ jiżdied mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju wara li jkun ġie muri, f’rapport analitiku, li s-settur jew is-subsettur jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, wara bidla li għandha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew tas-subsettur. |
|
(4) |
Xi setturi li ma nstabux li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju fil-livell NACE-4 fid-Deċiżjoni 2010/2/UE ġew diżaggregati u għadd ta’ subsetturi korrispondenti, li għalihom ċerti karatteristiċi speċifiċi u distintivi wasslu għal impatti differenti b’mod sinifikanti mill-bqija tas-settur, ġew ivvalutati. |
|
(5) |
Għas-subsetturi “Patata mqadda fl-għamla ta’ dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni”, “Patata friżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew b’aċidu aċetiku)”, kif ukoll “Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu”, din il-valutazzjoni wriet li jistgħu jintgħarfu faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dawk is-subsetturi għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. |
|
(6) |
Għas-subsettur “Partijiet tal-ħadid ifforġati ta’ dada miftuħa għal xaftijiet ta’ trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet”, il-valutazzjoni wriet li jista’ jintgħaraf faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfa l-kriterju kwantitattiv stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 10a(16) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dak is-subsettur għandu jiżdied mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. |
|
(7) |
Is-setturi “Manifattura ta’ ġibs” u “Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni” (kodiċijiet NACE 2653 u 2662 rispettivament) ġew ivvalutati mill-ġdid fl-2012. Dik il-valutazzjoni kwalitattiva wriet karatteristiċi tas-suq li joffru sfida, bħall-kummerċ dejjem jikber, b’mod partikolari x-xejra dejjem tiżdied ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li jimmanifatturaw bi prezz baxx, żieda fil-pressjoni tal-kompetizzjoni fuq livell internazzjonali, u marġni tal-profitt żgħir biss għas-snin evalwati, li jillimitaw il-kapaċità tal-installazzjonijiet li jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt ikkombinat ta’ dawk il-fatturi, dawk is-setturi għandhom jitqiesu bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju u jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju. |
|
(8) |
Id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni 2010/2/UE
L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Emendi tad-Deċiżjoni 2011/278/UE
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
|
2. |
Fit-Taqsima 3, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 2640:
|
ANNESS II
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-entrati li jikkorrispondu għall-parametri referenzjarji tal-prodotti “Kisi bil-ġibs”, “Ġibs sekondarju mnixxef” u “Plasterboard” jinbidlu b’dan li ġej:
|
Parametru referenzjarju ta’ prodott |
Definizzjoni tal-prodotti koperti |
Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) |
Espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju kif stabbilita mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014 |
Valur tal-parametru referenzjarju (kwoti/t) |
|
“Kisi bil-ġibs |
Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f’ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (bl-inklużjoni tal-użu fil-bini, tal-użu fit-tiswija ta’ drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, tal-użu fid-dentistrija, tal-użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f’tunnellati metriċi ta’ stukko (Calcium Sulfate Hemihydrate). Il-kisi Alpha mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. |
Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni: it-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar. |
iva |
0,048 ”, |
|
“Ġibs sekondarju mnixxef |
Ġibs sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tal-bini u t-twaqqigħ tal-bini) muri f’tunnellati ta’ prodott. |
Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju. |
iva |
0,017 ”, |
|
“Plasterboard |
Il-parametru referenzjarju jkopri kavers, bords, folji, penils, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti magħquda bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati metriċi ta’ stukko). Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (‘gypsum fibreboards’) ta’ densità għolja mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. |
Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif. |
iva |
0,131 ”. |