5.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/180


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-3 ta’ April 2014

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2012

(2014/568/UE)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2012,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 li jistabbilixxi Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti approvazzjoni għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir- Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż ta’ Infiq Privat (10/0257/KA),

wara li kkunsidra l-awditu estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt CEPOL/CT/2010/002),

wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività Annwali 2009 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà,

wara li kkunsidra r-raba’ rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Pluriennali (MAP) tiegħu għall-2010-2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014,

wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722 479) dwar it-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal tal-Akkwist tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0240/2014),

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2012;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 365, 13.12.2013, p. 29.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.