|
5.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/114 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-3 ta’ April 2014
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III — Il-Kummissjoni
(2014/551/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013) 570 — C7-0273/2013) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ rilaxx għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2013) 668), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2013) 348 u SWD(2013) 349), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-5 ta’ Ġunju 2013 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2012” (COM(2013) 334), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba (COM(2013) 461), u d-dokumenti ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (SWD(2013) 228 u SWD(2013) 229), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit Ewropew sa tmiem l-2012 (COM(2013) 682), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji netti fuq l-Istati Membri għall-politika tal-agrikoltura u l-koeżjoni (COM(2013) 934), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2012 (COM(2013) 606), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SWD(2013) 314), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (4), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012 (05848/2014 — C7-0048/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012 (05850/2014 — C7-0049/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0242/2014), |
1.
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012;
2.
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III — Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-qafas tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2012 (8);
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
(3) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
(4) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 10.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0288 (ara l-paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).