5.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 266/1


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-3 ta’ April 2014

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew

(2014/542/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013) 570 — C7-0274/2013) (2),

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (3),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2012,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (8),

wara li kkunsidra l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, skont liema artikolu kull Istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 — it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 — Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (10),

wara li kkunsidra r-Regoli 77 u 80(3), u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0246/2014),

A.

billi l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri indika li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2012, l-istituzzjonijiet kollha ħaddmu b’mod sodisfaċenti s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll meħtieġa mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

B.

billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika, fis-6 ta’ Settembru 2013, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta’ kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu;

C.

billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika wkoll li mhuwiex konxju dwar kwalunkwe fatt li ma ġiex iddikjarat li jista’ jagħmel il-ħsara lill-interess tal-istituzzjoni;

1.

Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni tas-16 ta’ April 2014 (11);

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 56, 29.2.2012.

(2)  ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.

(3)  ĠU C 188, 29.6.2013, p. 1.

(4)  ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.

(5)  ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)  PE 349.540/Bur/ann/def.

(9)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 90.

(10)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 226.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2014)0428 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).