29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/1 |
FTEHIM
tal-21 ta’ Ġunju 2013
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu ta’ rata tal-kambju fit-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja
2013/C 187/01
1. |
|
u
2. |
il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) |
(minn hawn il quddiem 'il-“Partijiet”)
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn 'il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn 'il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
Taħt il-patti tar-Riżoluzzjoni, l-ERMII hija mfassla sabiex tgħin biex jiġi assigurat illi Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li qed jipparteċipaw fl-ERM II jorjentaw il-politiki tagħhom lejn l-istabbiltà, ikattru l-istabbiltà u b’hekk jgħinu lill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
(3) |
Bid-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħha, Hrvatska narodna banka, isir parti mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II minħabba d-dħul tal-Kroazja
Hrvatska narodna banka ser issir parti għall-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 2
Sostituzzjoni ta’ Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
3.1. |
Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013. |
3.2. |
Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull BĊN tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u lil kull BĊN tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għal
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
…
Għal
Hrvatska narodna banka
…
Għal
Česká národní banka
…
Għal
Danmarks Nationalbank
…
Għal
Latvijas Banka
…
Għal
Lietuvos bankas
…
Għal
Magyar Nemzeti Bank
…
Għal
Narodowy Bank Polski
…
Għal
Banca Națională a României
…
Għal
Sveriges Riksbank
…
Għall-
Bank of England
…
Għall-
Bank Ċentrali Ewropew
…
ANNESS
“ANNESS II
LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANEK ĊENTRALI DWAR L-ERMII
b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013
(miljuni f’EUR) |
|
Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
510 |
Hrvatska narodna banka |
430 |
Česká národní banka |
690 |
Danmarks Nationalbank |
700 |
Latvijas Banka |
330 |
Lietuvos bankas |
370 |
Magyar Nemzeti Bank |
670 |
Narodowy Bank Polski |
1 730 |
Banca Națională a României |
990 |
Sveriges Riksbank |
940 |
Bank of England |
4 640 |
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
Banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro |
Limiti massimi |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
Deutsche Bundesbank |
xejn |
Central Bank of Ireland |
xejn |
Bank of Greece |
xejn |
Banco de España |
xejn |
Banque de France |
xejn |
Banca d’Italia |
xejn |
Central Bank of Cyprus |
xejn |
Eesti Pank |
xejn |
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
xejn |
De Nederlandsche Bank |
xejn |
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
Banco de Portugal |
xejn |
Banka Slovenije |
xejn |
Národná banka Slovenska |
xejn |
Suomen Pankki |
xejn” |
(1) L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.