|
31.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 355/60 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1423/2013
tal-20 ta’ Diċembru 2013
li jistipula l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 437(2) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 492(5) tiegħu
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludi l-istandards maqbula b'mod internazzjonali tat-tielet Qafas Regolatorju Internazzjonali għall-banek (2) tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (minn issa 'l quddiem magħruf bħla “Basel III”). Għaldaqstant, u anke minħabba li l-għan tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huwa li jgħinu biex titjieb t-trasparenza fil-qasam tal-kapital regolatorju, għal raġunijiet ta’ tqabbil, ir-regoli stabbiliti għal divulgazzjoni mill-istituzzjonijiet b'superviżjoni mid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandhom ikunu konsistenti mal-qafas internazzjonali rifless fil-“Kompożizzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-Kapital” (4) tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja adattat biex iqis il-qafas regolatorju tal-Unjoni u l-ispeċifiċitajiet tiegħu. |
|
(2) |
Għandhom jiġu pprovduti sett ta' formoli sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Tali formoli ta' divulgazzjoni għandhom jinkludu formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji, li jkollha l-għan li tirrifletti l-pożizzjoni kapitali dettaljata tal-istituzzjonijiet; u formola għall-karatteristiċi tal-istrumenti ta' kapital, li jkollha l-għan li tirrifletti l-livell ta’ dettall meħtieġ li għandu jiġi żvelat fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ strumenti kapitali ta’ istituzzjoni. |
|
(3) |
L-ambitu tal-konsolidazzjoni għal raġunijiet ta' kontabilità u għal finijet regolatorji huwa differenti, u dan jirriżulta f’differenzi bejn l-informazzjoni użata fil-kalkolu tal-fondi proprji u l-informazzjoni użata fir-rapporti finanzjarji ppubblikati, b’mod partikolari għal entrati ta’ fondi proprji. Sabiex tiġi indirizzata l-inugwaljanza bejn id-dejta użata għall-kalkolu tal-fondi proprji u d-dejta użata f’rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet, jeħtieġ li jiġi żvelat ukoll kif elementi fir-rapporti finanzjarji li jintużaw biex jikkalkulaw il-fondi proprji regolatorji jinbidlu meta jiġi applikat l-ambitu regolatorju ta' konsolidazzjoni. Għaldaqstant, f'dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża wkoll metodoloġija ta' rikonċiljazzjoni tal-karta bilanċjali bejn entrati fil-karta bilanċjali użata biex tikkalkula l-fondi proprji u l-fondi proprji regolatorji. Għal dik ir-raġuni, għandha tintuża karta bilanċjali b'ambitu regolatorju. |
|
(4) |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ xi istituzzjonijiet li huma soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni huma estensivi u kumplessi. Jeħtieġ li jiġi stabbilit approċċ uniformi li jsegwi passi ppreżentati b'mod ċar sabiex jassisti l-istituzzjonijiet fl-istabbiliment tar-rikonċiljazzjoni tal-karta bilanċjali tagħhom. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw id-divulgazzjoni ta’ entrati ta’ fondi proprji. Sabiex jiżguraw il-koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien, u sabiex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jiġu inklużi l-istandards tekniċi implementattivi kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji f'Regolament wieħed. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fih numru sostanzjali ta' dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward tal-fondi proprji u r-rekwiżiti tal-fondi proprji. Sabiex tiġi pprovduta stampa ċara tas-sitwazzjoni ta' solvenza tal-istituzzjonijiet, ikun xieraq li tiġi introdotta formola ta' divulgazzjoni differenti għall-perjodu tranżitorju li jirrifletti d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(7) |
Peress li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija l-1 ta' Jannar 2014 u peress li l-istituzzjonijiet jeħtieġu li jadattaw is-sistemi tagħhom śabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jingħataw ammont suffiċjenti ta' żmien sabiex jagħmlu dan. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi sottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implementattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika formoli uniformi għall-iskopijiet ta' divulgazzjoni skont il-punti (a), (b), (d) u (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 437 u skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 492 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Artikolu 2
Rikonċiljazzjoni sħiħa ta’ entrati ta’ fondi proprji ma' rapporti finanzjarji awditjati
Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ rikonċiljazzjoni sħiħa ta’ entrati ta’ fondi proprji ma' rapporti finanzjarji awditjati, kif deskritt f’punt (a) tal-Artikolu 437(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet japplikaw il-metodoloġija msemmija fl-Anness I u jippubblikaw l-informazzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-karta bilanċjali li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija.
Artikolu 3
Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' ekwità komuni u tal-Grad 1 u Grad 2 Addizzjonali maħruġa mill-istituzzjonijiet
Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' ekwità komuni u tal-Grad 1 u Grad 2 Addizzjonali maħruġa mill-istituzzjonijiet, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 437(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jimlew u jippubblikaw il-formola tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti kapitali provduti fl-Anness II skont l-istruzzjonijiet provduti fl-Anness III.
Artikolu 4
Divulgazzjoni tan-natura u l-ammonti ta’ entrati speċifiċi ta' fondi proprji
Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta' entrati speċifiċi ta' fondi proprji deskritti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 437(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jimlew u jippubblikaw il-formola ġenerali tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji pprovdut fl-Anness IV, skont l-istruzzjonijiet provduti fl-Anness V.
Artikolu 5
Divulgazzjoni tan-natura u l-ammonti ta’ entrati speċifiċi ta' fondi proprji matul il-perjodu ta' tranżizzjoni
B'deroga mill-Artikolu 4 matul il-perjodu mill-31 ta' Marzu 2014 sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta' entrati addizzjonali ta' fondi proprji kif previst fl-Artikolu 492(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jimlew u jippubblikaw il-formola tranżitorja tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji pprovduta fl-Anness VI, skont l-istruzzjonijiet privduti fl-Anness VII, minflok il-formola ġenerali tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji provduta fl-Anness IV, skont l-istruzzjonijiet provduti fl-Anness V.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mill-31 ta’ Marzu 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) http://www.bis.org/publ/bcbs189.pdf
(3) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) http://www.bis.org/publ/bcbs221.pdf
(5) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Metodoloġija tar-Rikonċiljazzjoni tal-Karta Bilanċjali
|
(1) |
L-istituzzjonijiet japplikaw il-metodoloġija deskritta f’dan l-Anness sabiex jipprovdu informazzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn entrati fil-karta bilanċjali użata biex tikkalkula l-fondi proprji u l-fondi proprji regolatorji. L-entrati ta’ fondi proprji fir-rapporti finanzjarji awditjati jinkludu l-entrati kollha li huma komponenti ta’ jew li jitnaqqsu mill-fondi proprji regolatorji, inklużi l-ekwità, l-obbligazzjonijiet bħalma huma d-dejn, jew linji oħra tal-karta bilanċjali li jaffettwaw il-fondi proprji regolatorji bħalma huma l-assi intanġibbli, l-avvjament, l-assi ta’ taxxa differita. |
|
(2) |
Bħala punt ta’ tluq, l-istituzzjonijiet jużaw l-entrati tal-karta bilanċjali rilevanti użati biex jikkalkulaw il-fondi proprji kif ippubblikati fir-rapporti finanzjarji ppubblikati tagħhom. Ir-rapporti finanzjarji jitqiesu rapporti finanzjarji awditjati meta r-rikonċiljazzjoni titwettaq kontra r-rapporti finanzjarji ta' tmiem is-sena. |
|
(3) |
Meta l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligi stabiliti fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jew meta l-ambitu tal-konsolidazzjoni jew il-metodu għall-konsolidazzjoni użat fil-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji jkunu differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni u l-metodu għall-konsolidazzjoni meħtieġ skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiddivulgaw ukoll il-karta bilanċjali b'ambitu regolatorju, jiġifieri karta bilanċjali mfassla skont ir-regoli dwar konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li hija limitata għal entrati ta' fondi proprji. Il-karta bilanċjali b'ambitu regolatorju tkun mill-inqas dettaljata daqs il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji għall-entrati ta’ fondi proprji, u l-entrati tagħha jintwerew ħdejn xulxin bi tfassil ċar bl-elementi ta’ fondi proprji tal-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji. L-istituzzjonijiet jipprovdu informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar id-differenzi fl-entrati ta’ fondi proprji minħabba l-ambitu u l-metodu għall-konsolidazzjoni bejn żewġ karti bilanċjali. |
|
(4) |
It-tieni nett, l-istituzzjonijiet jespandu l-entrati tal-fondi proprji tal-karta bilanċjali b'ambitu regolatorju b'mod li l-komponenti kollha li huma meħtieġa mill-formola tranżitorja tad-divulgazzjoni jew fil-formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji jidhru b'mod separat. L-istituzzjonijiet jespandu biss entrati tal-karta bilanċjali sal-livell ta’ granularità li huwa meħtieġ biex jiġu derivati l-komponenti meħtieġa bil-formola tranżitorja tad-divulgazzjoni jew il-formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji. |
|
(5) |
It-tielet nett, l-istituzzjonijiet jistabbilixxu tfassil bejn l-entrati li jirriżultaw mill-espansjoni tal-karta bilanċjali b'ambitu regolatorju kif deskritt fil-paragrafu 4 bl-entrati inklużi fil-formola tranżitorja tad-divulgazzjoni jew fil-formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji. |
|
(6) |
Meta l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jew iżda l-ambitu tal-konsolidazzjoni jew il-metodu għall-konsolidazzjoni użat fil-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji jkunu identiċi għall-ambitu tal-konsolidazzjoni u l-metodu għall-konsolidazzjoni definit skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-istituzzjonijiet jiddikjaraw b'mod ċar in-nuqqas ta' differenzi bejn il-kampijiet ta' applikazzjoni u metodi għall-konsolidazzjoni rispettivi, japplikaw biss il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Anness fuq il-bażi tal-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji. |
|
(7) |
Meta l-istituzzjonijiet jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali, il-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness ma japplikax u minflok japplikaw il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Anness fuq il-bażi tal-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji. |
|
(8) |
L-informazzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-karta bilanċjali tal-entrati tal-fondi proprji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-metodoloġija deskritta f’dan l-Anness tista’ tiġi pprovduta f’format mhux awditjat. |
ANNESS II
Formola tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti kapitali
ANNESS III
Struzzjonijiet għall-mili tal-formola tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti kapitali
|
(1) |
L-istituzzjonijiet japplikaw l-istruzzjonijiet ipprovduti f’dan l-Anness sabiex jimlew il-formola tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti kapitali kif ippreżentat fl-Anness II. |
|
(2) |
L-istituzzjonijiet jimlew din il-formola għall-kategoriji li ġejjin: Strumenti tal-Grad 1 tal-ekwità komuni, strumenti addizzjonali tal-Grad 1 u strumenti tal-Grad 2. |
|
(3) |
Il-formoli jinkludu kolonni bil-karatteristiċi tal-istrumenti differenti. F’każijiet fejn l-istrumenti kapitali tal-istess kategorija jkollhom karatteristiċi identiċi, l-istituzzjonijiet jistgħu’ jimlew kolonna waħda biss li tiddivulga dawn il-karatteristiċi identiċi u tidentifika l-ħruġ li għalih jirreferu l-karatteristiċi identiċi. |
ANNESS IV
Formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji
ANNESS V
Struzzjonijiet għall-mili tal-formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji
Għall-iskopijiet tal-formola tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji, aġġustamenti regolatorji jinkludu tnaqqis mill-fondi proprji u l-filtri prudenzjali.
ANNESS VI
Formola tranżitorja tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji
ANNESS VII
Struzzjonijiet għall-mili tal-formola tranżitorja tad-divulgazzjoni tal-fondi proprji
|
(1) |
L-istituzzjonijiet jiddivulgaw il-kolonna (A) tal-formola msejħa “Data tad-divulgazzjoni” l-ammont relatat mal-entrata mmarkata fir-ringiela korrispondenti li għaliha l-kolonna (B) “Referenza tal-artikolu CRR” issemmi d-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli (fejn “CRR” tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013). L-ammonti divulgati fil-kolonna (A) jirriflettu l-pożizzjoni kapitali regolatorja tal-istituzzjonijiet fid-data tad-divulgazzjoni matul il-perjodu tranżitorju u jkunu netti tal-aġġustamenti regolatorji li ġew introdotti gradwalment sad-data tad-divulgazzjoni. |
|
(2) |
L-istituzzjonijiet jiddivulgaw fiċ-ċelluli viżibbli tal-kolonna (C) “Ammonti li għandhom ikunu soġġetti għal trattament qabel is-CRR jew ammont residwu preskritt fis-CRR” l-ammont relatat mal-entrata mmarkata fir-ringiela korrispondenti li għaliha l-kolonna (B) “Referenza tal-artikolu tas-CRR” issemmi d-dispożizzjonijiet regolatorji applikabbli (fejn “CRR” tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013). L-ammonti divulgati jirriflettu l-ammont residwu tal-aġġustament regolatorju i) li, skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni, se jkompli jiġi applikat għal parti tal-kapital regolatorju ħlief il-parti li għaliha jsir l-aġġustament ladarba jkun għadda l-perjodu tranżitorju, jew ii) li mhux b’mod ieħor imnaqqas fil-punt tad-data tad-divulgazzjoni. |
|
(3) |
B’eċċezzjoni mill-paragrafu 2, għar-ringieli 26a, 26b, minn 41a sa 41c, minn 56a sa 56c, 59a u r-ringieli kollha li joħorġu minnhom, l-istituzzjonijiet jiddivulgaw fil-kolonna (A) l-ammont residwu tal-aġġustamenti regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 rispettivament inklużi fil-kalkolu tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali, il-kapital tal-Grad 2 u l-Kapital Totali. |
|
(4) |
Fir-rigward tat-telf u l-qligħ mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust imsemmi fl-Artikoli 467 u 468 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-ammont eskluż mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 467 u 468 fil-kolonna (A) taħt ir-ringiela 26a. L-istituzzjonijiet jinkludu iżjed ringieli relatati ma’ din ir-ringiela sabiex jispeċifikaw in-natura tal-assi jew obbligazzjonijiet, bħall-ekwità jew l-istrumenti ta’ dejn, li għalihom it-telf jew qligħ mhux realizzat jiġi eskluż mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. |
|
(5) |
Fir-rigward tat-tnaqqis mill-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmi fl-Artikolu 469 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiddivulgaw l-ammonti li għandhom jitnaqqsu fil-kolonna (A) u l-amonti residwi fil-kolonna (C) taħt ir-ringieli relatati mal-entrati tat-tnaqqis. L-ammonti residwi li jridu jitnaqqsu skont l-Artikolu 472 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu divulgati wkoll fir-ringiela 41a (u 'l isfel) għall-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali u fir-ringiela 56a għall-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 2. L-istituzzjonijiet jinkludu iżjed ringieli relatati mar-ringieli 41a u 56a sabiex jispeċifikaw il-punti rilevanti soġġetti għal dan it-trattament. |
|
(6) |
Fir-rigward tat-tnaqqis mill-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali fl-Artikolu 474 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-ammonti li jridu jitnaqqsu fil-kolonna (A) u l-amonti residwi fil-kolonna (C) taħt ir-ringieli relatati mal-entrati tat-tnaqqis. L-ammonti residwi li jridu jitnaqqsu skont l-Artikolu 475 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu żvelati wkoll fir-ringiela 56b għall-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 2. L-istituzzjonijiet jinkludu iżjed ringieli relatati mar-ringiela 56b sabiex jispeċifikaw l-entrati rilevanti soġġetti għal dan it-trattament. |
|
(7) |
Fir-rigward tat-tnaqqis mill-kapital ta’ Grad 2 Addizzjonali fl-Artikolu 476 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-ammonti li jridu jitnaqqsu fil-kolonna (A) u l-amonti residwi fil-kolonna (C) taħt ir-ringieli relatati mal-entrati tat-tnaqqis. L-ammonti residwi li jridu jitnaqqsu skont l-Artikolu 477 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu divulgati wkoll fir-ringiela 41c għall-ammont li jrid jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali. L-istituzzjonijiet jinkludu iżjed ringieli relatati mar-ringiela 41c sabiex jispeċifikaw l-entrati rilevanti soġġetti għal dan it-trattament. |
|
(8) |
Fir-rigward ta’ interessi minoritarji, l-istituzzjonijiet jiddivulgaw fil-kolonna (A) fir-ringiela 5 is-somma ta’ interessi minoritarji li jikkwalifikaw bħala kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont it-Tieni Parti tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u interessi minoritarji li jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati kif imsemmi fl-Artikoli 479 u 480 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjonijiet jiddivulgaw ukoll fil-kolonna (C) fir-ringiela 5 l-interessi minoritarji li jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati kif imsemmi fl-Artikoli 479 u 480 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-filtri u t-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 481 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jiddivulgaw fil-kolonna (A) l-ammont tal-aġġustamenti li jridu jiġu inklużi fi jew imnaqqsa mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-kapital ta’ Grad 1 u l-kapital ta’ Grad 2 taħt ir-ringieli 26b, 41c u 56c rispettivament. L-istituzzjonijiet jinkludu iżjed ringieli relatati mar-ringieli 26b, 41c u 56c sabiex jispeċifikaw il-punti rilevanti soġġetti għal dan it-trattament. |
|
(10) |
L-ammonti residwi relatati mat-tnaqqis mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-kapital tal-Grad 1Addizzjonali u l-kapital tal-Grad 2 li huma ponderati għar-riskju skont l-Artikoli 470, 472, 475 u 477 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu żvelati fil-kolonna (A) fir-ringiela 59a. L-ammont divulgat ikun l-ammont ponderat għar-riskju. |