|
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1361/2013
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
B'segwitu għas-sentenza tat-28 ta' Novembru 2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-280/12 P, Fereydoun MAHMOUDIAN u Fulmen mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2). |
|
(3) |
Fereydoun MAHMOUDIAN u Fulmen għandhom jitneħħew mil-lista ta'persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
ANNESS
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti I(A), l-entrata nru 9 rigward 'Fereydoun MAHMOUDIAN' hija mħassra; |
|
(2) |
fil-Parti I(B), l-entrata nru 13 rigward 'Fulmen' hija mħassra. |