18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1355/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula regoli dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti ta’ dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tiġi riveduta regolarment, tal-inqas kull tliet xhur, filwaqt li tal-inqas jitqiesu s-sorsi ta’ informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet ta’ missjonijiet f’pajjiżi terzi mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti trimestrali dwar kunsinni ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

(4)

B’mod partikolari, il-lista jeħtieġ li tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li l-informazzjoni disponibbli dwarhom tindika livell globalment sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalhekk għalihom żieda fil-kontrolli uffiċjali ma tibqax ġustifikata. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw il-ġellewż mill-Azerbajġan, il-qxur tan-noċemuskata, il-ġinġer u l-kurkuma mill-Indja, il-qoxra tan-noċemuskata mill-Indoneżja u ħxejjex brassica mit-Tajlandja għandhom għalhekk jitħassru.

(5)

Biex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESSI

“ANNESS I

Għalf u ikel mhux ta’ oriġini mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Ġewż tal-art (karawett), bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Ġewż tal-art (karawett), bla qoxra

1202 42 00

 

Butir tal-karawett

2008 11 10

 

Ġewż tal-art (karawett), imħejji jew priżervat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

 

(Għalf u Ikel)

 

 

 

 

 

Frawli (iffriżati)

0811 10

 

Iċ-Ċina (CN)

Norovajrus u epatite A

5

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, il-‘Brokkoli Ċiniż’) (2)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

 

 

 

 

 

Taljarini Mnixxfa

ex 1902 11 00 ;

ex 1902 19 10 ;

ex 1902 19 90 ;

ex 1902 20 10 ;

ex 1902 20 30 ;

ex 1902 20 91 ;

ex 1902 20 99 ;

ex 1902 30 10 ;

ex 1902 30 10

10

10

10

10

10

10

10

10

91

Iċ-Ċina (CN)

Aluminju

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Pomelos

ex 0805 40 00

31 ; 39

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (4)

20

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 

Te, sew jekk jingħata togħma sew jekk le

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (5)

10

(Ikel)

 

 

 

 

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DOM)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

10

Bettieħa morra (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (6)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Larinġ (frisk jew imnixxef)

0805 10 20 ;

0805 10 80

 

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (7)

10

Frawli

0810 10 00

 

(Ikel frott frisk)

 

 

 

 

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (8)

10

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

Aflatossini

10

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

0904 21 90

 

Kari (prodotti biċ-ċili)

0910 91 05

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

 

 

 

 

Piżelli bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 10 00

40

Il-Kenja (KE)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (9)

10

Fażola bil-miżwed (bla qoxra)

ex 0708 20 00

40

(Ikel - frisk u mkessaħ)

 

 

 

 

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Il-Marokk (MA)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (10)

10

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Fażola mnixxfa

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (11)

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Żerriegħa tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti derivati

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Is-Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (12)

10

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (13)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

10

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (14)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (15)

10

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

 

 

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dwieli)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

 

 

 

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Ħabaq (sagru, ħelu)

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel - ħxejjex aromatiċi friski)

 

 

 

 

 

Okra

ex 0709 99 90

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi ta’ pestiċidi analizzati b’metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b’metodi li jużaw residwu wieħed (16)

20

Bżar (minbarra dak ħelu)(Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel - frisk)

 

 

 

 

 


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti skont kull kodiċi NM u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat ‘ex’.

(2)  Speċi ta’ Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var.Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(3)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorfenapir, Fipronil (is-somma fipronil + metabolit tas-sulfan (MB46136) espressa bħala fipronil), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Aċetamiprid, Dimetomorf u Propikonażol.

(4)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Fentoat, Metidatijon.

(5)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvalerat u Esfenvalerat (Somma ta’ isomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralina; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermetrina (ċipermetrina li tinkludi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)).

(6)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Amitraż (amitraż inklużi l-metaboliti li fihom il-grupp 2,4 -dimetilanilina espressa bħala amitraż), Aċefat, Aldikarb (somma ta’ aldikarb, is-sulfossidu tiegħu u s-sulfon tiegħu, espressa bħala aldikarb), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorfenapir, Klorpirifos, Ditijokarbamati (ditijokarbamati espress bħala CS2, inklużi maneb, mankożeb, metiram, propineb, tiram u żiram), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol (somma tal-isomeri p, p' u o,p'), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Fenamidon, Imidakloprid, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metamidofos, Metijokarb (somma ta’ metijokarb and sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espressa bħala metijokarb), Metomil and Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Monokrotofos, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tijabendażol, Tijakloprid.

(7)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Ċiflutrina (ċiflutrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)) Ċiprodinil, Dijażinon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Fenitrotijon, Fenpropatrina, Fludiossonil, Eżaflumuron, Lambda-ċjalotrin, Metijokarb (somma ta’ metijokarb u sulfossidu tal-metijokarb u sulfon, espress bħala metijokarb), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

(8)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Ċipermetrin (ċipermetrin inklużi taħlitiet ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Ċiprokonażol, Dikofol (somma ta’ isomeri p, p' u o,p'), Difenokonażol, Dinotefuran, Etijon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż (somma ta’ prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom il-grupp 2,4,6-Triklorofenol espressa bħala prokloraż), Profenofos, Propikonażol, Tijofanat-metil u Triforina.

(9)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Klorpirifos, Aċefat, Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dijafentjuron, Indossakarb bħala somma tal-isomeri S u R.

(10)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Klorpirifos, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Endosulfan (somma ta’ isomeri alfa u beta u endosulfan-sulfat espressa bħala endosulfan), Eżakonażol, Paratijon-metil (somma ta’ Paratijon-metil u paraosson-metil espressa bħala Paratijon-metil), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Flutrijafol, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Flubendiammid, Miklobutanil, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon).

(11)  B’mod partikolari r-residwi ta’ Diklorvos.

(12)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Trijażofos, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Profenofos, Protijofos, Etijon, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Triforina, Proċimidon, Formetanat: is-somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idrokloru).

(13)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(14)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Aċefat, Karbaril, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Etijon, Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Metalassil u metalassil-M (metalassil inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti inkluż il-metalassil-M (somma ta’ isomeri)), Metamidofos, Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espress bħala metomil), Monokrotofos, Profenofos, Protijofos, Kwinalfos, Triadimefon u Triadimenol (somma ta’ triadimefon u triadimenol) Triażofos, Dikrotofos, EPN, Triforina.

(15)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Ossamil, Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klofenteżin, Dijafentjuron, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Formetanat: Somma ta’ formetanat u l-imluħ tiegħu espressa bħala formetanat(idroklorur), Malatijon (somma ta’ malatijon u malaosson espressa bħala malatijon), Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

(16)  B’mod partikolari r-residwi ta’: Karbofuran (somma ta’ karbofuran u 3-idrossi-karbofuran espressa bħala karbofuran), Karbendażim u benomil (somma ta’ benomil u karbendażim espressa bħala karbendażim), Klorpirifos, Profenofos, Permetrina (somma ta’ isomeri), Eżakonażol, Difenokonażol, Propikonażol, Fipronil (is-somma ta’ fipronil + metabolita tas-sulfon (MB46136) espressa bħala fipronil), Propargit, Flusilażol, Fentoat, Ċipermetrina (ċipermetrina inklużi taħlitiet oħra ta’ isomeri kostitwenti (somma ta’ isomeri)), Metomil u Tijodikarb (somma ta’ metomil u tijodikarb espressa bħala metomil), Kwinalfos, Penċikuron, Metidatijon, Dimetoat (somma ta’ dimetoat u ometoat espressa bħala dimetoat), Fenbukonażol.”