ANNESS
|
1.
|
Id-Direttiva 96/16/KE hija emendata kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 1, il-punt 2 huwa sostitwit b'li ġej:
“2. għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu fl-azjendi agrikoli fit-tifsira tal Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
(*1) Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi ta' l-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14).”;"
|
|
(b)
|
fl-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 6a, biex temenda l-lista ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-istħarriġ u biextistipula definizzjonijiet standard applikabbli għall-komunikazzjoni tar-riżultati għall-prodotti varji.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi;huma ma jbiddlux in-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest; uma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l–Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kifxieraq l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(c)
|
fl-Artikolu 5 (2), it-tieni subparagrafu jinbidel b'li ġej:
“Ir-rapporti metodoloġiċi, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tad-dejta u kull kwistjoni oħra relatata mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu eżaminati darba fis-sena mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena bl-informazzjoni metodoloġika dwar l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), permezz ta' kwestjonarju standard. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jfasslu dawk kwistjonarji standard.Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2).”;
|
|
(d)
|
fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'li ġej:
“1 Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw tabelli għat-trasmissjoni ta' dejta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2).”;
|
|
(e)
|
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 6a
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames sninId-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni.Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(f)
|
L-Artikolu 7 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(*3) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."
|
|
|
2.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’ li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-metodoloġija tal-EAA stipulata fl-Anness I. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu limitati għall-ispeċifikar u t-titjib tal-kontenut tal-AnnessI sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata jew sabiex tiġi żgurata komparabilità internazzjonali.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ma jbiddlux il-kunċetti sottostanti fl-Anness I, ma jeħtiġux riżorsi addizzjonali għall-produtturi fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea għall-implimentazzjoni tagħhom u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).
(*4) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(b)
|
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4 biex temenda l-lista tal-kwantitajiet varjabbli għall-provvista tad-dejta stabbiliti fl-Anness II.
Dawk l-atti delegati ma għandhomx jimponu piż addizzjonali sinifikanti fuq l–Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.”;
|
|
(c)
|
L-Artikolu 4 jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 4
Eżerċizju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 3(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mumentmill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni.Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 3(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.
|
|
|
3.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’ li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Istati Membri.”
|
|
(b)
|
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b’ li ġej:
“1. Fejn l-inklużjoni fl-istatistika ta' settur partikolari ta' l-industrija tas-sajd ta' Stat Membru tkun ser toħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati għall-importanza tas-settur, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu deroga li tippermetti lil dak l-Istat Membru jeskludi dejta statistika li tkopri lil dak is-settur mid-dejta tal-istatistika nazzjonali ppreżentata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).”;
|
|
(c)
|
L-Artikolu 9 jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 9
Emendi tekniċi għall-Annessi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10a fir-rigward ta' emendi tekniċi għall-Annessi. Dawk l-atti delegati m'għandhomx ibiddlun-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest jew jimponu piż addizzjonali sinifikanti fuq l–Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(d)
|
Jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:
“Artikolu 10a
Eżerċizju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(e)
|
L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 11
Il-proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(*6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."
|
|
|
4.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 762/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b' li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha lill-Istati Membri.”
|
|
(b)
|
fl-Artikolu 8, paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Fejn l-inklużjoni fl-istatistika ta' settur partikolari tal-attivitajiet tal-akwakultura ta' Stat Membru tkun ser toħloq diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li huma sproporzjonati għall-importanza tas-settur, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu deroga li tippermetti lil dak l-Istat Membru jeskludi dejta statistika li tkopri lil dak is-settur mid-dejta tal-istatistika nazzjonali ppreżentata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).”;
|
|
(c)
|
L-Artikolu 9jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 9
Dispożizzjonijiet tekniċi
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a, fir-rigward tal-emendi tekniċi għall-Anness I biex taddatta d-definizzjonijiet għall-bidliet fid-definizzjonijiet internazzjonali, ufir-rigward tal-emendi għall-Annessi II sa VI.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, ma jbiddlux in-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format li fih l-istatistika għandha tiġi ppreżentata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).
(*7) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(d)
|
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 9a
Eżerċizju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-fl-Artikolu 9(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(e)
|
L-Artikolu 10 jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 10
Il-proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(*8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."
|
|
|
5.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
L-Artikolu 18 jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 18
Emendi għall-Annessi
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu19, fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II, IV u V.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, m'għandhomx ibiddlu n-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).
(*9) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(b)
|
L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 19
Eżerċizju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 18 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 18 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.
|
|
|
6.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5 jinbidel b’ li ġej:
“5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5, biex jiġu emendati l-Annessi I, II, III u IV, fir-rigward tal-listi ta' żoni tas-sajd statistiċi, jew tas-suddiviżjonijiet tagħhom, u tal-ispeċijiet.Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10).
(*10) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”
"
|
|
(b)
|
L-Artikolu 5 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 5
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 2(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(5) għandu jidħol fis-seħħ biss ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(c)
|
L-Artikolu 6 jinbidel b' li ġej:
“Artikolu 6
1. Sal-14 ta' Novembru 1996, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dettaljat lill-Kummissjoni li jiddeskrivi kif id-dejta dwar il-qabdiet tkun inkisbet waqt li jispeċifikaw il-grad ta' rappreżentattività u ta' affidabilità ta' din id-dejta. Il-Kummissjoni għandha tħejji taqsira ta' dawn ir-rapporti għad-diskussjoni mal-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull bidla fl-informazzjoni mogħtija taħt paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-okkorrenza tagħhom.
3. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti metodoloġiċi, id-disponibiltà tad-dejta u l-eżattezza tad-dejta u kwistjonijiet oħra relevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament darba f'sena mal-Istati Membri.”.
|
|
|
7.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b’li ġej:
“4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 6, biex temenda l-Annessi I, II, III u IV, fir-rigward tal-listi tal-ispeċijiet u ż-żoni tas-sajd statistiċi u d-deskrizzjonijiet ta' dawk iż-żoni, kif ukoll il-miżuri, il-kodiċi u d-definizzjonijiet applikati għall-attivitajiet tas-sajd, it-tagħmir tas-sajd, id-daqs tal-bastimenti u l-metodi tas-sajd.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, ma jbidlux n-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).
(*11) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(b)
|
L-Artikolu 6 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 6
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 2(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(c)
|
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti metodoloġiċi, id-disponibiltà tad-dejta u l-eżattezza tad-dejta u kwistjonijiet oħra relevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament darba f'sena mal-Istati Membri.”.
|
|
|
8.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 5, biex temenda l-Annessi I, II u III, IV u V, fir-rigward tal-listi tal-ispeċi u taż-żoni tas-sajd statistiċi, id-deskrizzjonijiet ta' dawn iż-żoni ta' sajd u l-grad permess tal-aggregazzjoni tad-dejta.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati biss fejn ikunu meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, ma jbidlux n-natura fakoltattiva tat-tagħrif rikjest u ma jimponux piżijiet addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-respondenti.
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12).
(*12) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(b)
|
L-Artikolu 5 jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 5
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 2(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(c)
|
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jinbidel b’li ġej:
“3. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapporti metodoloġiċi, id-disponibiltà tad-dejta u l-eżattezza tad-dejta u kwistjonijiet oħra relevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament darba f'sena mal-Istati Membri.”.
|
|
|
9.
|
Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a)
|
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8a biex temenda t-tabelli ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Anness.
Dawk l-atti delegati m'għandhomx jemendaw il-frekwenza tar-rapportaġġ u l-iskadenzi. jew jimponu piż addizzjonali sinifikanti fuq l–Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.'
Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-azzjonijiet statistiċi pprovduti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn xieraq, ta' input mill-esperti rilevanti abbażi ta' analiżi tal-effikaċita' meta mqabbla mal-ispiża, inkluża evalwazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).
(*13) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;"
|
|
(b)
|
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Eżerċizju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn fl-10 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 6(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
|
|
(c)
|
L-Artikoli 9 u 10 huma mħassra:
|
|
(d)
|
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa mħassar;
|
|
(e)
|
fl-Artikolu 12, it-tieni paragrafu jinbidel b' li ġej:
“Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.”.
|
|
(*1) Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi ta' l-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14).”;
(*2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*3) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”.
(*4) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*6) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”.
(*7) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”.
(*9) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*10) Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”
(*11) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*12) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;
(*13) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).”;”