|
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1343/2013
tat-12 ta’ Diċembru 2013
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11(2), (5) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 (2) impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), it-Tajwan u l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-investigazzjoni oriġinali” u “il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri fir-rigward tar-RPĊ ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem ta’ 71,8 % għall-kumpaniji kollha ħlief żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li ġew mogħtija dazji individwali. |
2. Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza
|
(2) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż (“Notifika ta’ bidu”) (3), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li kienet se tinbeda reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(3) |
Ir-reviżjoni nbdiet wara li ġiet ippreżentata talba ssostanzjata minn żewġ produtturi Ewropej, RheinPerChemie GmbH&Co. KG and United Initiators GmbH&Co. KG (“l-applikanti”) li tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ peroxosulphates (persulphates). |
|
(4) |
It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’issoktar ta’ dumping u ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
3. L-investigazzjoni
3.1. Perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(5) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara kien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-aħħar tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”). |
3.2. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(6) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lil importaturi u utenti mhux relatati magħrufa li huma kkonċernati, produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali kif ukoll lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-għadd apparentament kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, ġie ppjanat it-teħid ta’ kampjuni għal dawn il-partijiet fin-Notifika ta’ Bidu, taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu, taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ bidu u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
L-ebda wieħed mill-importaturi ma ppreżenta ruħu. |
|
(9) |
Produttur esportatur wieħed biss mir-RPĊ wieġeb il-kwestjonarju. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li jintgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw irwieħhom fl-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta’ bidu. Waslu tweġibiet mingħand żewġ produtturi tal-Unjoni, produttur esportatur wieħed fir-RPĊ u produttur wieħed fit-Turkija, ikkunsidrat bħala pajjiż analogu potenzjali. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-issoktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u d-determinazzjoni ta’ dak li hu fl-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin.
United Initiators (Shanghai) Co. Ltd, Shanghai (4) |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(12) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri peroxosulphates (persulphates), inkluż il-potassium peroxymonosulphate sulphate (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 . |
|
(13) |
Il-prodott ikkonċernat jintuża bħala inizjatur jew aġent ossidanti f’numru ta’ applikazzjonijiet. Xi eżempji jinkludu l-użu tiegħu bħala inizjatur tal-polimerizzazzjoni fil-produzzjoni tal-polimeri, bħala aġent ta’ inċiżjoni fil-produzzjoni tal-pannelli taċ-ċirkwiti stampati, fil-kożmetiċi tax-xagħar, fil-proċess ta’ ssiġġallar tal-pori tat-tessuti, fil-manifattura tal-karta, bħala aġent ta’ tindif tad-dentaturi u bħala diżinfettant. |
|
(14) |
L-investigazzjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u dak manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ, kif ukoll dak immanifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi bażijiet, u għalhekk huma kkunsidrati li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING
1. Rimarki ġenerali
|
(15) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ fil-preżent u jekk kienx probabbli li d-dumping jissokta jew jerġa’ jseħħ jekk possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq ċerti importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(16) |
Kif spjegat fil-premessa (9), produttur esportatur Ċiniż wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni u huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR. Kif huwa msemmi hawn skont il-premessa (22) u kif spjegat fid-dettall fil-premessi minn (51) sa (53), l-investigazzjoni wriet li bażikament l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ matul il-PIR kienu magћmula minn esportatur wieћed li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali, u li mhuwiex soġġett għar-reviżjoni attwali. Għalhekk, l-ebda analiżi ma jista’ jsir fuq id-dumping f’dan il-każ. |
2. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jitħassru
|
(17) |
Sabiex tkun valutata l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur Ċiniż li kkopera, l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u l-fatti disponibbli fir-rigward tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx kienu kkunsidrati. Il-fatti disponibbli nstabu fit-talba għar-reviżjoni ta’ skadenza, fl-informazzjoni ppubblikata fil-qafas ta’ reviżjoni ta’ skadenza mibdija f’Marzu 2013 mill-Istati Uniti tal-Amerika (5), fl-istatistika disponibbli għall-Kummissjoni jiġifieri d-dejta ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-dejta 14.6”) u dejta dwar l-importazzjoni tal-Eurostat. |
(a)
|
(18) |
Id-dejta disponibbli fl-investigazzjoni wriet li bażikament l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ matul il-PIR kienu magħmula minn esportatur Ċiniż wieħed li ma nstabx li kien qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali (6). Dawk l-importazzjonijiet għalhekk mhumiex suġġetti għall-miżuri anti-dumping. Il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul dak il-perjodu. |
|
(19) |
Minkejja li l-prezzijiet ta’ importazzjoni Ċiniżi fl-Unjoni żdied b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat, dawn kienu għadhom baxxi u kienu qed iwaqqgħu l-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. Il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu wkoll iżda b’pass ħafna inqas qawwi b’rata ta’ 7 %. |
|
(20) |
L-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera li huwa soġġett għall-miżuri attwali ta’ anti-dumping u li ma kienx qed jesporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kien qed jesporta bi prezzijiet suġġetti għal dumping lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u li l-prezzijiet tiegħu kienu saħansitra iktar baxxi minn dawk ta’ importazzjonijiet attwali mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni. Din hija indikazzjoni li l-esportaturi fiċ-Ċina qegħdin ikomplu jeżerċitaw id-dumping u li l-prezzijiet tagħhom huma baxxi. |
|
(21) |
Is-suq tal-Unjoni jikkonsisti bejn wieħed u l-ieħor f’importazzjonijiet minn tliet pajjiżi: Iċ-Ċina, it-Turkija u l-Istati Uniti, u kull wieħed jirrappreżenta bejn 8 % u 10 % tas-sehem fis-suq u żewġ produtturi tal-Unjoni b’sehem mis-suq ta’ madwar 65 % sa 75 %. L-investigazzjoni wriet li l-Istati Uniti komplew ikunu preżenti fis-suq tal-Unjoni u kienu jirrappreżentaw madwar terz tal-importazzjonijiet totali matul il-PIR. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti kienu bħala medja 10 % aktar mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ. Din l-iskoperta, flimkien ma’ tnaqqis osservat tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, tindika li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jeżerċitaw pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni. |
|
(22) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (18), l-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PIR kienu magћmula minn esportatur wieћed li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Bejn l-2009 u l-PIR, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied b’24 % u s-sehem tas-suq korrispondenti żdied minn 8 % għal 9,6 % tal-konsum totali fl-Unjoni fl-istess perjodu. |
|
(23) |
Notevolment ta’ min iffakkar li fis-snin mill-1995 sal-2001 kienu imposti l-miżuri anti-dumping kontra peroxosulphates (persulphates) mir-RPĊ. Billi dawn il-miżuri ġew revokati, il-volum tal-importazzjoni mir-RPĊ żdied minn ftit anqas minn 200 tunnellata fl-2001 għal aktar minn 4 000 tunnellata fl-2003 u aktar mid-doppju għal kważi 9 000 tunnellata fl-2006. Fi kliem ieħor, l-importazzjonijiet Ċiniżi ħadu aktar minn 20 % tas-suq tal-Unjoni fi ftit snin. Matul il-perjodu 2003-2006, filwaqt li l-konsum żdied b’7 %, is-sehem tas-suq Ċiniż irdoppja. Dan juri li l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jieħdu sehem konsiderevoli fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping. |
|
(24) |
Fid-dawl tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari r-reazzjoni Ċiniża għar-revoka tal-miżuri fis-suq tal-Unjoni fl-2001, il-livell tal-prezzijiet Ċiniżi matul il-PIR u l-prattiċi ta’ dumping kontinwi fi swieq ta’ pajjiżi terzi, huwa kkunsidrat li hemm probabbiltà li f’qasir żmien l-importazzjonijiet irħas Ċiniżi jerġgħu jissoktaw fi kwantitajiet kbar fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jiġu revokati. |
(b)
|
(25) |
Kif imsemmi fil-premessa (16) hawn fuq, kumpanija Ċiniża li kkooperat ma esportatx lejn l-Unjoni matul il-PIR, u ma kienx possibbli li jitqabblu l-valuri normali tagħha fis-suq domestiku mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Madankollu ġie vvalutat, kif imsemmi fil-premessa (24) hawn fuq, jekk l-esportazzjonijiet tal-kumpanija lejn pajjiżi terzi saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-PIR. Għall-kumpanija li ngħatat TES fl-investigazzjoni oriġinali, il-valuri normali ġew stabbiliti abbażi tad-dejta tagħha. |
|
(26) |
Għat-tliet tipi tal-prodott ikkonċernat fejn il-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv u sar fil-kummerċ normali, il-valuri normali medji ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet li tħallsu mill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku. Għal tip wieħed, il-valur normali kellu jkun mibni fuq il-kost tal-produzzjoni, skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. L-ispejjeż tal-manifattura u tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG& A) u l-profitt miksub fuq bejgħ domestiku li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku kienu użati sabiex jiġi stabbilit il-valur normali ta’ dak it-tip. |
|
(27) |
It-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz medju peżat tal-esportazzjoni, fuq bażi ex works lil pajjiżi terzi stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta rappurtata u verifikata, wera marġini tad-dumping medju ta’ 9,4 %. |
|
(28) |
Fir-rigward tal-imġiba fl-ipprezzar, l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping mill-Indja u mill-Istati Uniti tal-Amerika hija wkoll indikazzjoni ċara ta’ prattiċi ta’ dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fuq swieq oħra. |
(c)
|
(29) |
L-investigazzjoni wriet li kumpanija Ċiniża li kkooperat esportat lejn varjetà wiesgħa ta’ pajjiżi terzi bħal Brażil, l-Indoneżja, il-Malasja, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Emirati Għarab Magħquda. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-kumpanija Ċiniża li kkooperat lejn swieq terzi ġew imqabbla għal-livell ta’ prezzjiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz tal-importazzjoni għar-RPĊ matul il-PIR fis-suq tal-Unjoni. Dan it-tqabbil wera li l-esportatur Ċiniż li kkoopera kien qed iwaqqa’ b’mod sinifikanti, sa 40 %, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR. |
|
(30) |
Din l-analiżi turi min-naħa l-waħda, li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma ogħla u għaldaqstant attraenti ħafna, u, min-naħa l-oħra, li l-prezzijiet offruti minn esportatur Ċiniż ieħor huma inqas minn dawk attwali tal-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(31) |
Ta’ min jinnota wkoll li l-valuri normali tal-kumpanija li kkooperat matul il-PIR kienu ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan jikkonferma l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni hekk kif ċertament tiġġenera profitti ogħla għall-produtturi Ċiniżi. Il-livell baxx tal-prezzijiet fiċ-Ċina ma jidhirx li hu bbażat fuq kwalunkwe raġuni barra mill-kapaċità abbundanti u l-offerta tal-prodott ikkonċernat. |
|
(32) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (28), ċerti swieq ta’ pajjiżi terzi, bħall-Istati Uniti u l-Indja, saru inqas attraenti għall-esportaturi Ċiniżi minħabba l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, f’termini relattivi, swieq oħra ta’ pajjiżi terzi nstabu li jaħdmu f’livelli ta’ prezzijiet aktar baxxi minn dawk fis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, li ma jaqgħux taħt il-miżuri, dawn huma ġa fornuti minn kumpaniji li huma preżenti f’dawk is-swieq, u hekk kwalunkwe kapaċità żejda fir-RPĊ x’aktarx tintuża għal esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(33) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa mistenni li l-importazzjonijiet Ċiniżi jerġgħu jissoktaw f’volumi akbar u jagħmlu pressjoni ikbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jitneħħew. |
(d)
|
(34) |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra disponibbli, l-analiżi tal-kapaċità żejda fir-RPĊ kienet ibbażata fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni limitata mogħtija mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera dwar is-sitwazzjoni tas-suq fir-RPĊ, mill-industrija tal-Unjoni u minn informazzjoni disponibbli pubblikament fil-livell ta’ ħames produtturi ewlenin identifikati fir-RPĊ u d-dejta miġbura fl-istadju tal-bidu. L-informazzjoni mogħtija minn dawn is-sorsi nstabet li kienet konsistenti. |
|
(35) |
Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, huwa preżunt li aktar minn 100 000 tunnellata tal-kapaċità ta’ produzzjoni hija disponibbli fir-RPĊ, li tirrappreżenta madwar tliet darbiet il-volum tal-konsum tal-Unjoni tul il-PIR. |
|
(36) |
Ibbażat fuq ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-produttur li kkoopera, ġie konkluż li hemm kapaċitajiet potenzjalment sinifikanti disponibbli fir-RPĊ li jistgħu jintużaw biex tiżdied il-produzzjoni u tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni fil-każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. |
(e)
|
(37) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie kkunsidrat li hemm probabbiltà li se jerġa’ jseħħ dumping jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. B’mod partikolari l-livell tal-valuri normali stabbiliti fiċ-Ċina, l-aġir ta’ dumping tal-produttur li kkoopera fi swieq ta’ pajjiżi terzi, l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping kontra esportaturi Ċiniżi fl-Indja u l-Istati Uniti, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni meta mqabbel ma’ swieq oħra u d-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ kollha jippuntaw lejn il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri attwali jiġu revokati. |
D. SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI
1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(38) |
L-investigazzjoni attwali kkonfermat li l-peroxosulphates (persulphates) huma mmanifatturati minn żewġ produtturi fl-Unjoni biss. Huma jikkostitwixxu 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR. Iż-żewġ produtturi appoġġaw it-talba għal reviżjoni kif ukoll ikkooperaw fl-investigazzjoni. |
|
(39) |
Dawn iż-żewġ kumpaniji jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”. |
2. Kumment preliminari
|
(40) |
Sabiex tkun imħarsal-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, id-dejta relatata maż-żewġ produtturi tal-Unjoni hija ppreżentata f’forma ta’ indiċi jew firxiet. |
|
(41) |
Informazzjoni dwar l-importazzjonijiet ġiet analizzata fil-livell tal-kodiċi NM għat-tliet tipi ewlenin tal-prodott simili, persulfat tal-ammonju, persulfat tas-sodju, persulfat tal-potassju, fuq il-livell tal-kodiċi TARIC għar-raba’ tip, il-potassium peroxymonosulphate. L-analiżi tal-importazzjonijiet ġiet ssupplimentata mid-dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. |
3. Il-konsum tal-Unjoni
|
(42) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u dejta tal-importazzjoni mill-Eurostat, f’kodiċi NM u l-livell tal-kodiċi TARIC. |
|
(43) |
Il-konsum tal-Unjoni matul il-PIR kien kemxejn ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Kien hemm żieda ta’ 22 % osservata bejn l-2009 u l-2010 iżda aktar fuq il-konsum li naqas b’rata stabbli b’madwar 18 %. Tabella 1 Konsum
|
||||||||||||||||||||
4. Volum, Prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(44) |
Il-volumi u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu analizzati abbażi ta’ dejta tal-Eurostat u dejta miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(45) |
It-tqabbil tal-bażijiet tad-dejta msemmija hawn fuq jindika li l-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ joriġinaw minn kumpanija waħda li nstabet li ma kinitx qed tagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Bħala konsegwenza, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ma jistgħux jiġu analizzati. |
|
(46) |
Barra minn hekk, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi sottomessi għal miżuri tal-anti-dumping ma kinux jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR, ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezz għar-RPĊ. |
5. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(47) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet u prezzijiet u s-sehem tas-suq minn pajjiżi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat qed jintwera fit-tabella hawn taħt. Dawn ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni statistika pprovduta f’livell ta’ Kodiċi NM u TARIC. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif spjegat fil-premessa (40) hawn fuq iċ-ċifri tas-sehem tas-suq huma żvelati taħt forma indiċizzata. Tabella 2 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(48) |
Il-volumi ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq tal-Unjoni naqsu b’madwar 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, u l-prezz medju żdied b’6 % matul l-istess perjodu. Is-sehem mis-suq mitluf minn pajjiżi terzi oħrajn ġie parzjalment meħud mill-importazzjonijiet Ċiniżi u l-industrija tal-Unjoni. Matul l-istess perjodu l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tagħha b’medja ta’ 7 % kif iddikjarat fil-premessa (64) iktar ’l isfel. |
6. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
6.1. Kummenti preliminari
|
(49) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(50) |
Il-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda kienet osservata partikolarment bejn l-2009 u l-2010 meta l-produzzjoni żdiedet bi 32 punt perċentwali. Din baqgħet stabbli wara, b’tnaqqis żgħir bejn l-2011 u l-PIR. Tabella 3 Produzzjoni totali tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(51) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Hekk kif il-produzzjoni żdiedet fil-perjodu 2009–2011, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità wriet żieda ġenerali ta’ 34 %. Din it-tendenza nbidlet fil-PIR minħabba li t-tnaqqis fil-produzzjoni rriżulta wkoll fi tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità minn sitt punti perċentwali kif muri hawn taħt: Tabella 4 Kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||
6.3. L-istokkijiet
|
(52) |
Għalkemm il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sostanzjali bejn l-2009 u l-PIR, il-livell tagħha jibqa’ relattivament baxx fir-rigward il-livell ta’ produzzjoni. Tabella 5 Stokk tal-għeluq
|
||||||||||||||||||||
6.4. Il-volum tal-bejgħ
|
(53) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal konsumaturi mhux relatati segwa x-xejra ta’ konsum b’quċċata fl-2010 u mbagħad xejra ta’ tnaqqis fis-snin ta’ wara, sa tmiem il-PIR. Matul il-perjodu kkunsidrat dan żdied b’6 %. Tabella 6 Bejgħ lil klijenti mhux relatati
|
||||||||||||||||||||
6.5. Sehem mis-suq
|
(54) |
Hekk kif il-volumi tal-bejgħ lejn l-Unjoni segwew ix-xejra tal-konsum, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli fil-perjodu kkunsidrat. Tabella 7 Sehem tas-suq tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
6.6. It-tkabbir
|
(55) |
Kif spjegat hawn fuq, it-tkabbir fil-konsum fl-Unjoni kien limitat għal tliet punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha bi ftit iżżid il-volumi tal-bejgħ u tas-sehem tagħha mis-suq matul l-istess perjodu. |
6.7. Impjiegi u produttività
|
(56) |
Il-livell ta’ impjiegi tal-industrija Komunitarja baqa’ stabbli bejn l-2009 u l-PIR. Madankollu, il-produttività ta’ kull impjegat, mkejla bħala l-produzzjoni f’tunnellati għal kull impjegat, żdiedet b’mod viżibbli f’dan il-perjodu skont ix-xejra tal-produzzjoni. Id-dejta dettaljata tidher hawn taħt: Tabella 8 Impjiegi u produttività totali tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
6.8. Prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità
|
(57) |
Il-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’7 % bejn l-2009 u l-PIR. Din iż-żieda ta’ 7 % fil-prezz tal-bejgħ medju tal-industrija tal-Unjoni tista’ tiġi spjegata minn din il-bidla fit-taħlita tal-prodott li kienu qed ibiegħu matul il-perjodu kkunsidrat. Dan il-prezz, anki meta wieħed iqis id-differenza potenzjali fit-taħlita tal-prodott, kien ferm ogħla mill-prezz mitlub mill-produttur Ċiniż għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Tabella 9 Prezz ta’ unità tal-bejgħ tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||
6.9. Profittabbiltà
|
(58) |
Fl-2009, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet qrib bilanċ bejn il-qligħ u t-telf. Sussegwentement, fil-perjodu 2010 — il-PIR, il-profittabbiltà baqgħet ogħla minn 10 %. Il-qabża f’daqqa fl-indiċi tal-profittabbiltà bejn l-2009 u l-2010 għalhekk tirriżulta minn livell ta’ bażi baxx ħafna fl-2009 li kienet sena kritika għall-industrija tal-Unjoni. Fl-2011 il-profittabbiltà għolja rriżultat minn episodju straordinarju ta’ ffrankar tal-ispejjeż, li mhux se jerġa’ jseħħ fil-futur. Dan hu diġà rifless fil-profittabbiltà mnaqqsa fil-PIR, li tkompli tkun it-tendenza. Tabella 10 Profittabbiltà
|
|||||||||||||||
6.10. Investiment u dħul mill-investiment
|
(59) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm livell għoli ta’ investimenti fil-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(60) |
Redditu fuq l-investiment segwit mill-qrib mit-tendenza ta’ profittabbiltà fl-2009 u fl-2011 mhuwiex rappreżentattiv kif spjegat fil-premessa (58) hawn fuq. Tabella 11 Investimenti u Redditu mill-Investiment
|
||||||||||||||||||||
6.11. Fluss tal-flus u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital
|
(61) |
Il-fluss ta’ flus, li jaffettwa l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha, muri bħala perċentwali tal-fatturat tal-prodott ikkonċernat, segwa xejra simili għal dik tal-profittabbiltà. Tjieb b’mod sinifikanti sal-2011 u naqas matul il-PIR. Tabella 12 Fluss tal-flus
|
|||||||||||||||
6.12. Pagi
|
(62) |
Filwaqt li l-għadd ta’ nies impjegati mill-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli, il-pagi tagħhom żdiedu bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.13. Daqs tal-marġni tad-dumping
|
(63) |
Kif spjegat hawn fuq ma kienx hemm importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk id-daqs tal-marġni tad-dumping ma setax jiġi vvalutat. |
6.14. Irkupru minn dumping fil-passat
|
(64) |
Filwaqt li titqies in-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped bi prezz baxx mir-RPĊ, l-utilizzazzjoni relattivament għolja ta’ kapaċità u l-qligħ fis-sehem tas-suq miksub mill-industrija tal-Unjoni, il-livell tagħha ta’ profitabbiltà u l-iżvilupp pożittiv ta’ ċerti indikaturi finanzjarji, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi matul il-perjodu kkunsidrat. L-irkupru huwa madankollu riċenti u kien osservat tnaqqis f’diversi indikaturi ta’ ħsara bħalma huma l-profittabbiltà, il-fluss tal-likwidità, ir-redditu fuq l-investiment u l-investiment fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. |
7. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(65) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ waqfu milli jaslu fis-suq tal-Unjoni dritt wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali fl-2007 u li dawn ma kinux preżenti matul il-perjodu kkunsidrat jew fil-PIR. L-importazzjonijiet mir-RPĊ preżenti fis-suq tal-Unjoni joriġinaw mill-uniku produttur Ċiniż li nstab li ma kienx qed jagħmel dumping fl-investigazzjoni oriġinali. Dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni li tikseb livell għoli ta’ produzzjoni, iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha, il-prezz medju tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-profitabbiltà u biex ittejjeb il-qagħda finanzjarja globali tagħha. |
|
(66) |
Huwa għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-PIR. Minħabba t-tnaqqis fil-konsum u d-deterjorament f’ċerti indikaturi tal-ħsara kif deskritt hawn fuq matul il-PIR, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli. |
E. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARA
1. Kummenti preliminari
|
(67) |
Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. |
|
(68) |
L-analiżi ffukat fuq l-kapaċità żejda fir-RPĊ u l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi f’swieq ta’ pajjiżi terzi u fis-suq tal-Unjoni. |
2. kapaċità żejda fir-RPĊ
|
(69) |
Skont l-informazzjoni miġbura u vverifikata matul l-investigazzjoni, huwa stmat li madwar 100 000 tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni għall-prodott ikkonċernat huwa disponibbli fiċ-Ċina. Barra minn hekk, hemm diversi produtturi żgħar mifruxa fil-pajjiż li jagħmlu din iċ-ċifra saħansitra ogħla. |
|
(70) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma hemm l-ebda dejta disponibbli li tindika l-perċentwal preċiż ta’ din il-kapaċità li hija żejda u li tista’ tintuża biex il-prodott ikkonċernat jiġi esportat lejn is-suq tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-uniku produttur Ċiniż li kkoopera għandu kapaċità żejda ta’ madwar 30 %. L-estrapolazzjoni ta’ din l-informazzjoni lill-kumpaniji Ċiniżi kollha tkun tfisser li bħalissa teżisti kapaċità żejda ta’ aktar minn 30 000 tunnellata fir-RPĊ. |
|
(71) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, anke jekk il-kumpaniji Ċiniżi ma jaħdmux bil-kapaċità sħiħa tagħhom, 20 000–25 000 tunnellata tal-prodott ikkonċernat ikun disponibbli għall-esportazzjoni fir-RPĊ. Minħabba l-iskoperti magħmula u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (22) sa (44) ta’ hawn fuq, huwa ċar li f’każ li l-miżuri ma jiġux estiżi, il-kapaċità żejda disponibbli fiċ-Ċina se tkun intiża għall-esportazzjoni tagħha lejn is-suq tal-Unjoni. Dan il-volum tal-esportazzjoni addizzjonali potenzjali għandu jitqies fil-kuntest tal-konsum tal-Unjoni ta’ madwar 25 000–35 000 tunnellata fil-PIR. |
3. Esportazzjonijiet mir-RPĊ
|
(72) |
Kif imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, ir-riżultati ta’ reviżjonijiet ta’ skadenza mwettqa mill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Uniti u fl-Indja waslu għall-konklużjoni li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq il-peroxosulphates (persulphates) mir-RPĊ għandhom jiġu estiżi. F’din is-sitwazzjoni huwa mistenni li l-kapaċità ta’ produzzjoni libera tal-esportaturi Ċiniżi se tibda tintuża l-aktar għall-produzzjoni għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Kif spjegat fil-premessa (32) hawn fuq, minħabba li l-provvista lejn swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi, mhux skont miżuri, diġà hija assigurata minn kumpaniji li huma preżenti f’dawk is-swieq, kwalunkwe kapaċità żejda disponibbli fir-RPĊ x’aktarx tintuża għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni. |
|
(73) |
B’kunsiderazzjoni tal-prattika tad-dumping tal-imgħoddi mill-esportaturi Ċiniżi li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ u l-imġiba ta’ dumping attwali tagħhom f’pajjiżi terzi, jista’ jiġi konkluż li dawn il-volumi ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni se jsiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(74) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (23) hawn fuq, hu mfakkar li fis-snin mill-1995 sal-2001, miżuri anti-dumping kienu imposti kontra l-esportazzjoni ta’ peroxosulphates (persulphates) mir-RPĊ. Peress li dawn il-miżuri ma ġewx estiżi, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu minn ftit anqas minn 200 tunnellata fl-2001 għal kważi 10 000 tunnellata fl-2006, u għalhekk ħadu iktar minn 20 % tas-suq tal-Unjoni. |
4. Konklużjoni
|
(75) |
Fid-dawl tal-iskoperti tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità ta’ riżerva disponibbli fir-RPĊ, il-kontinwazzjoni ta’ dumping Ċiniż lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità limitata tal-esportaturi Ċiniżi li jbigħu fis-swieq ta’ pajjiżi terzi ewlenin oħra u l-ħila ppruvata tagħhom biex idawru l-volumi ta’ esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni, huwa kkunsidrat li r-revoka tal-miżuri tista’ ddgħajjef il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq prinċipali tagħhom u l-ħsara mġarrba tixref mill-ġdid minħabba importazzjonijiet Ċiniżi probabbli bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li t-titjib tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-miżuri fis-seħħ jibqgħu jew jissaħħu jekk il-miżuri jiġu revokati. Għall-kuntrarju, hemm kundizzjonijiet favorevoli għal bidla probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u f’volumi konsiderevoli u li x’aktarx jipperikolaw l-iżviluppi pożittivi li ntlaħqu fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet dumped Ċiniżi li x’aktarx ikunu jistgħu jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija u jġegħluha titlef sehem tas-suq u bħala konsegwenza jkollhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni li għadha vulnerabbli skont il-premessa (66) hawn fuq. |
F. INTERESS TAL-UNJONI
1. Introduzzjoni
|
(76) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Minħabba li din l-investigazzjoni hija reviżjoni tal-miżuri eżistenti, hija tippermetti għal evalwazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-partijiet interessati. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(78) |
Ġie konkluż fil-premessa (70) hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorazzjoni serja tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri tibbenefika lill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jżommu l-volumi tagħhom tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni ekonomika pożittiva ġenerali tagħha. B’kuntrast, il-waqfien tal-miżuri jheddu serjament il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għax ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna bidla tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u f’volumi konsiderevoli li jikkawżaw rikorrenza ta’ ħsara. |
3. Interess tal-utenti
|
(79) |
L-ebda mill-44 utent ikkuntattjat ma wieġeb għall-kwestjonarju jew ikkoopera. L-utenti ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali wkoll. Fin-nuqqas ta’ interess minn utenti, ġie konkluż li miżuri ma jkunux kontra l-interess tal-utenti biex jinżammu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tal-prodott ikkonċernat fuq l-ispejjeż tal-prodotti li jiġu wara fil-katina tas-suq hija pjuttost marġinali u ż-żamma tal-miżuri mhix se jkollha impatt negattiv fuq l-industrija tal-utenti. L-investigazzjoni żvelat ukoll li minħabba n-natura tal-prodott kif ukoll minħabba d-diversi sorsi ta’ provvisti disponibbli fis-suq, l-utenti jistgħu faċilment jibdlu l-fornitur. |
4. L-interess tal-importaturi
|
(80) |
L-ebda mill-14-il importatur ikkuntattjat ma wieġeb għall-kwestjonarju jew ikkoopera. L-importaturi ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali wkoll. Fin-nuqqas ta’ interess mill-importaturi, ġie konkluż li ma jkunx kontra l-interess tal-utenti biex jinżammu l-miżuri. L-investigazzjoni wriet li l-importaturi jistgħu faċilment jixtru minn sorsi differenti li huma attwalment disponibbli fis-suq, b’mod partikolari mill-industrija tal-Unjoni, l-esportaturi tal-Istati Uniti u l-esportaturi Ċiniżi li jbiegħu bi prezzijiet li mhumiex oġġett ta’ dumping. |
5. Konklużjoni
|
(81) |
Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti ta’ interess għall-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(82) |
Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ġustifikat. |
|
(83) |
Minn dan isegwi li, kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1184/2007, għandhom jinżammu. |
|
(84) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ evażjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa kkunsidrat li huma meħtieġa miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw għal kumpaniji li għalihom tkun introdotta rata individwali tad-dazju, jinkludu dan li ġej: il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’tali fattura gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju tal-anti-dumping residwu li japplika gћall-produtturi l-oћra kollha, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan huwa impost dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates), inkluż il-potassium peroxymonosulphate sulphate, li attwalment jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (TARIC 2842 90 80 20) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju tal-anti-dumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:
|
Kumpanija |
Dazju Anti-dumping |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd, Shanghai |
0,0 % |
A820 |
|
United Initiators Shanghai Co., Ltd |
24,5 % |
A821 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
71,8 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
J. NEVEROVIC
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 265, 11.10.2007, p. 1.
(3) ĠU C 305, 10.10.2012, p. 15.
(4) Huwa mfakkar li skont ir-Regolament (KE) Nru 1184/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, it-Tajwan u l-Istati Uniti, l-isem il-kumpanija United Initiators Shanghai Co., Ltd kienet Degussa-AJ Inizjaturi (Shanghai) Co., Ltd, Shanghai. Il-bidla fl-isem kienet minħabba bidla fis-sjieda fl-2008.
(5) Nru A-570-847 (Reviżjoni)
(6) Il-kumpanija msemmija f’din il-Premessa mhijiex eżaminata mill-ġdid fl-investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ skadenza kurrenti minħabba li l-investigazzjoni oriġinali stabbilixxiet dazju żero għal din il-kumpanija (Regolament (KE) Nru 1184/2007).
ANNESS
Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):
|
(1) |
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali. |
|
(2) |
Id-dikjarazzjoni segwenti: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (l-volum) ta’ peroxosulphates mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea, li huwa kopert minn din il-fattura, kien manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi Addizzjonali TARIC) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” |
Data u firma