14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1338/2013

tat-13 ta’ Diċembru 2013

li jemenda għall-208 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network tal-Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

"Youcef Abbes (magħruf ukoll bħala Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mokhtar, (b) Isem l-omm huwa Abbou Aicha. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004."