|
13.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1326/2013
tad-9 ta’ Diċembru 2013
jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Sal-2012, l-assorbenti sanitarji (pads) u t-tampuni, il-ħrieqi u l-qliebi għat-trabi u artikli simili, ta' kwalunkwe materjal kienu kklassifikati f'Kapitoli differenti tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata, skont in-natura jew il-materjal kostitwenti tal-artikolu. Ma' dawn l-artikli kienu assoċjati rati ta' dazju doganali differenti. Dan wassal għal sistema tariffarja kumplessa ta' klassifikazzjoni. |
|
(2) |
Fl-2012, inħolqot intestatura waħda 961900 fis-Sistema Armonizzata biex tkopri dawk l-artikli sanitarji. Madankollu, l-istess sistema tariffarja kumplessa nżammet taħt l-intestatura l-ġdida, li kienet maqsuma fi tnax-il subintestatura skont il-materjal kostitwenti, li kull wieħed minnhom jikkorrispondi għal rata ta' dazju konvenzjonali differenti. |
|
(3) |
Instab li dik is-sistema kumplessa kienet twassal għal diffikultajiet u piżijiet bla bżonn fl-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Fl-interess tas-simplifikazzjoni leġiżlattiva u biex jiġu evitati diffikultajiet bla bżonn fl-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, huwa għalhekk xieraq li jiġu ssimplifikati kemm l-istruttura tan-Nomenklatura Magħquda u kemm dik tariffarja għal dawk l-artikli sanitarji, sabiex jiġu implimentati l-erba' kategoriji tal-prodott (minflok tmienja), b'kull waħda minnhom assoċjata ma' rata ta' dazju awtonoma waħda. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa b'dan emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
A. PABEDINSKIENĖ
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-entrati għall-kodiċi NM 9619 00 sa 9619 00 90 fil-Kapitolu 96 tal-Parti Tnejn tat-Taqsima XX, huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
"9619 00 |
Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u ħrieqi u qliebi għat-trabi, u artikli simili, ta' kwalunkwe materjal: |
|
|
|
9619 00 30 |
– Ta' kkuttunar ta' materjali tat-tessuti |
— |
|
|
|
– Ta' materjali tat-tessuti oħrajn: |
|
|
|
9619 00 40 |
– – Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u artikli simili |
— |
|
|
9619 00 50 |
– – Ħrieqi u qliebi għat-trabi u artikli simili |
— |
|
|
|
– Ta' materjali oħrajn: |
|
|
|
|
– – Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u artikli simili: |
|
|
|
9619 00 71 |
– – – Assorbenti sanitarji (pads) |
— |
|
|
9619 00 75 |
– – – Tampuni |
— |
|
|
9619 00 79 |
– – – Oħrajn |
— |
|
|
|
– – Ħrieqi u qliebi għat-trabi, u artikli simili: |
|
|
|
9619 00 81 |
– – – Ħrieqi u qliebi għat-trabi |
— |
|
|
9619 00 89 |
– – – Oħrajn (pereżempju, artikli ta' kura għall-inkontinenza) |
— |
(1) Rata awtonoma ta’ dazju: 3,8 %.
Rata konvenzjonali ta’ dazju:
|
— |
Ta' fibri magħmula mill-bniedem: 5 %, |
|
— |
Ħlief ta' fibri magħmula mill-bniedem: 3,8 %. |
(2) Rata awtonoma ta’ dazju: 6,3 %.
Rata konvenzjonali ta’ dazju:
|
— |
Innittjati jew maħdumin bil-ganċ: 12 %, |
|
— |
Oħrajn: 10,5 %. |
(3) Rata awtonoma ta’ dazju: 10,5 %.
Rata konvenzjonali ta’ dazju:
|
— |
Innittjati jew maħdumin bil-ganċ: 12 %, |
|
— |
Oħrajn: 10,5 %. |
(4) Rata awtonoma ta’ dazju: B’xejn.
Rata konvenzjonali ta’ dazju:
|
— |
Tal-polpa tal-karta, karta, ikkuttunar taċ-ċelluloża jew xbieki ta’ fibri taċ-ċelluloża: B’xejn, |
|
— |
Ta' materjali oħrajn: 6,5 %.". |