|
17.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1318/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (3), jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni jeħtieġ li jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). |
|
(2) |
Sabiex ċertu elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jiġu ssupplimentati jew emendati, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I fir-rigward tan-netwerk ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola (NIKA) ta’ taqsimiet għal kull Stat Membru, l-istabbiliment tar-regoli biex jiġi stipulat il-livell limitu għad-daqs ekonomiku ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet u r-regoli għall-istabbiliment tal-pjan għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, l-istabbiliment tal-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard, id-definizzjoni tat-tipi ta’ biedja ġenerali u prinċipali, l-ispeċifikazzjoni tal-gruppi ewlenin ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tinġabar, u l-adozzjoni ta’ regoli ġenerali dwar l-informazzjoni tal-kontabilità li għandha tkun inkluża fil-kontijiet tal-azjenda agrikola. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
|
(3) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 u sabiex tkun evitata diskriminazzjoni bejn il-bdiewa, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-limitu massimu għad-daqs ekonomiku ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, l-istabbiliment tan-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tal-FADN, l-istabbiliment u l-aġġornament tal-metodi u l-mudelli għan-notifika tal-pjan ta’ għażla lill-Kummissjoni, l-istabbiliment tal-proċeduri u l-metodi ta’ kalkolu applikabbli għat-tipoloġija tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli dettaljati dwar l-attivitajiet tal-kumitati nazzjonali għan-netwerk tal-informazzjoni u l-aġenziji ta’ kollegament tal-Istati Membri, u l-istabbiliment tal-forma u t-tqassim tal-kontijiet tal-azjenda agrikola, kif ukoll regoli dettaljati dwar it-tariffa standard fir-rigward tal-FADN. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4). |
|
(4) |
Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu emendati jew imħassra. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, kull sena għandhom ikunu ppreżentati rapporti bbażati fuq informazzjoni tal-FADN lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’mod partikolari biex kull sena jkunu stabbiliti l-prezzijiet ta’ prodotti agrikoli. Madankollu, fil-prattika, dawn ir-rapporti ma għadhomx jiġu ppreżentati lil dawk l-istituzzjonijiet għal dik il-fini. Sabiex ikun żgurat aċċess sempliċi u konvenjenti għar-rapporti analitiċi annwali bbażati fuq l-FADN biex jintużaw minn istituzzjonijiet oħra u mill-pubbliku, għandu jkun stipulat li r-rapporti li jkopru setturi magħżula għandhom ikunu ppubblikati fuq sit web apposta. |
|
(6) |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jistabbilixxi numru massimu ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. L-għan ta’ dik id-dispożizzjoni huwa li tistipula limitu baġitarju fuq il-ġbir ta’ informazzjoni tal-FADN. Peress li dan il-limitu baġitarju huwa issa stabbilit permezz tal-proċedura għall-preparazzjoni annwali u l-adozzjoni tal-baġit annwali tal-Unjoni, il-limitu stabbilit bl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 ma għadux meħtieġ. |
|
(7) |
Il-Kapitoli II tar-Regoalment (KE) Nru 1217/2009 jinkludi regoli dwar kif jiġi determinat id-dħul ta’ azjendi agrikoli, filwaqt li r-regoli dwar l-analiżi kummerċjali tal-azjendi agrikoli huma stipulati fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament. Iż-żewġ tipi ta’ stħarriġiet huma soġġetti għal essenzjalment l-istess regoli u, fl-interess tas-simplifikazzjoni, huwa għalhekk xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu amalgamati f’kapitolu wieħed li japplika għaż-żewġ tipi ta’ stħarriġiet. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jinkludi dispożizzjonijiet ulterjuri li ma jirriflettux iktar il-prattika skont dak ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tirrikjedix lill-Istati Membri jipprovdu lill-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet b’lista ta’ uffiċjali tal-kontabilità minn fejn jagħżlu, peress li l-biċċa l-kbira tal-azjendi għandhom il-kontabilista jew l-uffiċċju tal-kontabbiltà tagħhom li jipprovdi l-FADN bl-informazzjoni jew l-informazzjoni tinġabar direttament mill-uffiċċju ta’ kollegament jew mill-kuntratturi tiegħu. Barra minn hekk, ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet, approvat mill-Kumitati Nazzjonali, ma għadhomx meħtieġa mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
It-titolu tar-Regolament huwa sostitwit b’dan li ġej: “Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea”; |
|
(2) |
It-titolu tal-Kapitolu I huwa sostitwit b’dan li ġej: “ĦOLQIEN TA’ NETWERK KOMUNITARJU TA’ INFORMAZZJONI TAL-KONTABILITÀ AGRIKOLA”; |
|
(3) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ taqsimiet FADN tista’ tiġi aġġornata fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a li jemenda l-Anness I fir-rigward tal-lista ta’ taqsimiet FADN għal kull Stat Membru.”; |
|
(6) |
It-Titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej: “INFORMAZZJONI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DĦUL U L-ANALIŻI KUMMERĊJALI TA’ AZJENDI AGRIKOLI”; |
|
(7) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità bl-għan li jsir kalkolu annwali tad-dħul minn azjendi agrikoli u analiżi kummerċjali tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tinġabar permezz ta’ stħarriġiet regolari u speċjali.”; |
|
(8) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
Jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 5a 1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li jiżgura li jinkiseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità tal-qasam tal-istħarriġ. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a, li jistabbilixxu r-regoli li skonthom l-Istati Membri għandhom ifasslu dawn il-pjanijiet. Tali regoli għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet:
2. F’konformità mar-regoli adottati skont il-paragrafu 1, u abbażi tal-informazzjoni li rċeviet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu n-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru u għal kull taqsima FADN. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2). 3. Id-differenza bejn in-numru ta’ azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull taqsima FADN u n-numru stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 2 jista’ jvarja b’mhux aktar minn 20 % f’direzzjoni jew oħra, dment li jiġi rispettat in-numru totali tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istat Membru kkonċernat. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u jaġġornaw mudelli u metodi marbuta mal-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2). Artikolu 5b 1. L-azjendi agrikoli għandhom jiġu kklassifikati b’mod uniformi skont it-tipoloġija tal-Unjoni għall-azjendi agrikoli (‘it-tipoloġija’), skont it-tip ta’ biedja, id-daqs ekonomiku u l-importanza ta’ attivitajiet oħra ta’ profitt marbuta direttament magħhom. It-tipoloġija għandha tintuża b’mod partikolari għall-preżentazzjoni, skont it-tip ta’ biedja u l-klassi tad-daqs ekonomiku, tal-informazzjoni miġbura permezz tal-istħarriġiet tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u l-FADN. 2. It-‘tip ta’ biedja’ ta’ azjenda għandu jiġi determinat mill-kontribut relattiv tal-produzzjoni standard tal-karatteristiċi differenti ta’ dik l-azjenda għall-produzzjoni standard totali tal-azjenda. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 19a, li jistabbilixxu l-perijodu ta’ referenza għall-produzzjoni standard. 3. L-azjendi għandhom jiġu klassifikati skont numru limitat ta’ tipi ta’ biedja. Għandhom jiġu speċifikati t-tipi ġenerali ta’ biedja. Skont l-ammont ta’ dettall meħtieġ, it-tipi ġenerali ta’ biedja għandhom jinqasmu f’tipi prinċipali ta’ biedja. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 19a rigward id-determinazzjoni tat-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja. Il-korrispondenza bejn it-tipi ġenerali u prinċipali ta’ biedja u t-tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet fil-biedja li jikkorrispondu għal tipi prinċipali ta’ biedja għandhom jiġu speċifikati. 4. Id-daqs ekonomiku tal-azjenda għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-produzzjoni standard totali tal-azjenda. 5. L-importanza tal-attivitajiet ta’ qligħ relatati direttament mal-azjenda għajr l-attivitajiet agrikoli tal-azjenda għandha tkun iddeterminata abbażi tal-kontribut ta’ dawk l-attivitajiet ta’ qligħ għall-produzzjoni tal-azjenda. 6. Il-produzzjoni standard u l-informazzjoni għad-determinazzjoni tagħhom għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-aġenzija ta’ kollegament magħżula minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 7 jew mill-korp li lilu ġiet delegata din il-funzjoni. 7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).”; |
|
(10) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar aġenzija ta’ kollegament li l-kompiti tagħha għandhom ikunu:
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).”; |
|
(12) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. L-informazzjoni tal-kontabbiltà pprovduta permezz ta’ kull dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola kkompletata debitament, għandha tkun tali li jkun possibbli:
3. L-informazzjoni fuq id-dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola għandha tkun marbuta ma’ azjenda agrikola waħda u ma’ sena ta’ kontabilità waħda ta’ 12-il xahar konsekuttiv, u għandha tikkonċerna esklussivament dik l-azjenda agrikola. Dik l-informazzjoni għandha tirreferi għall-attivitajiet agrikoli tal-azjenda nnifisha u attivitajiet oħra ta’ qligħ marbuta direttament mal-azjenda. M’għandu jittieħed kont ta’ ebda informazzjoni marbuta ma’ kwalunkwe attività mhux agrikola tal-bidwi jew tal-familja tiegħu, jew ma’ xi pensjoni, wirt, kontijiet bankarji privati, proprjetà minbarra l-azjenda agrikola, tassazzjoni personali jew assigurazzjoni privata, waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a, rigward id-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin ta’ informazzjoni tal-kontabilità li għandha tinġabar u r-regoli ġenerali għall-ġbir tal-informazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tal-kontabilità miġbura permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet ta’ azjenda agrikola hija komparabbli, irrispettivament mill-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet mistħarrġa, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-forma u t-tqassim tal-kontijiet tal-azjenda agrikola u l-metodi u l-iskadenzi għat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 19b(2).”; |
|
(13) |
L-Artikoli 9 sa 15 u 18 huma mħassra. |
|
(14) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(15) |
Għandhom jiżdiedu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 19a 1. Is-setgħa li jkunu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is- setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-20 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun estiża b’mod taċitu għal perijodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux it-tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3, l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5a(1), l-Artikolu 5b(2) u (3) u l-Artikolu 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 19b 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imsejjaħ ‘Il-Kumitat għan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola’. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (*1). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(16) |
It-titolu tal-Anness I huwa sostitwit b’dan li ġej: “Lista tat-taqsimiet FADN imsemmija fl-Artikolu 2(d).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 143, 22.5.2012, p. 149.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2013.