3.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/5


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l- funzjonament ta' tali raggruppamenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

(1)

Fil-paġna 308, l-Artikolu 1, il-punt (3) li jemenda l-Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006:

minflok:

“(f)

l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korpi jew impriżi pubbliċi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punt (d), minn pajjiżi terzi, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”,

aqra:

“(f)

l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew korpi jew impriżi, ekwivalenti għal dawk imsemmijin taħt il-punti (d) u (e), minn pajjiżi terzi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a.”;

(2)

Fil-paġna 313, l-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(18)

it-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala anness.”.