|
3.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/25 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal- 20 ta' Diċembru 2013 )
|
(1) |
Fil-paġna 289, il-premessa (2), |
minflok:
|
“(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula d-dispożizzjonijiet komuni mal-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd”, |
aqra:
|
“(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula d-dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd”; |
|
(2) |
Fil-paġna 289, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3, |
minflok:
|
“(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”, |
aqra:
|
“(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 …”; |
|
(3) |
Fil-paġna 291, il-premessa 18, |
minflok:
“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal- produzzjoni sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi komuni tal-produzzjoni għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programmi u, fejn rilevanti, b' indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għall-programmi.”,
aqra:
“Għandu jiġi stabbilit sett komuni ta' indikaturi tal-output sabiex jitkejjel il-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament. … L-indikaturi komuni tal-output għandhom ikunu kkumplementati b'indikaturi tar-riżultat speċifiċi għall-programmi u, fejn rilevanti, b'indikaturi tal-output speċifiċi għall-programmi.”;
|
(4) |
Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(1), |
minflok:
“Indikaturi komuni tal-produzzjoni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”,
aqra:
“Indikaturi tal-output komuni, kif stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-output speċifiċi għal programm għandhom jintużaw f'konformità mal-Artikolu 27(4) u l-punt (b)(ii) u (iv) u l-punt (c)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.”;
|
(5) |
Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“Għall-indikaturi tal-produzzjoni komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jibdew minn żero.”,
aqra:
“Għall-indikaturi tal-output komuni u speċifiċi għal programm, il-linji bażi għandhom jibdew minn żero.”;
|
(6) |
Fil-paġna 296, l-Artikolu 6(4), l-ewwel sentenza, |
minflok:
“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi komuni tal-produzzjoni stipulati fl-Anness I, …”,
aqra:
“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex temenda l-lista ta' indikaturi tal-output komuni stipulati fl-Anness I, …”,
|
(7) |
Fil-paġna 299, it-titolu tal-Anness I, |
minflok:
“INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI GĦALL-APPOĠĠ MILL-FEŻR GĦAL INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI (ARTIKOLU 6)”,
aqra:
“INDIKATURI TAL-OUTPUT KOMUNI GĦALL-APPOĠĠ MILL-FEŻR GĦAL INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI (ARTIKOLU 6)”;
|
(8) |
Fil-paġna 302, l-aħħar paragrafu, |
minflok:
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi komuni tal-eżitu għar-Regolament dwar l-FEŻR, …”,
aqra:
“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-garanzija provvduta mill-Kummissjoni lil-leġiżlaturi tal-UE li l-indikaturi tal-output komuni għar-Regolament dwar l-FEŻR, …”.