20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/256 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1298/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Fil-kuntest tan-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin mill-2014-2020, għandhom jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati. |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li għandha tinstab soluzzjoni baġitarja biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet għall-Istati Membri li ġew affettwati l-aktar, jiġifieri Franza, l-Italja u Spanja. |
(3) |
B'kont meħud tal-kriżi ekonomika attwali, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, u bħala kontribut għall-isforz speċjali meħtieġ għall-indirizzar tal-problemi speċifiċi tal-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fi Franza, l-Italja u Spanja, għandhom jiżdiedu l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal dawk l-Istati Membri għas-sena 2013. |
(4) |
Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti biex jiġu allokati lill-Istati Membri kkonċernati skont l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2), id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-riżorsi kumplessivi tal-Fondi għat-tliet objettivi li għalihom huma jikkontribwixxu u l-Anness II għal dak ir-Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija li jintużaw għall-analiżi annwali indikattiv tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-Istati Membri, għandhom jiġu aġġustati. |
(5) |
Biex tiġi żgurata l-effettività taż-żieda fl-appropjazzjonijiet ta' impenn għas-sena 2013 u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi, għandha titqies il-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-objettivi ta' Konverġenza u ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi tal-Fondi. |
(6) |
Sabiex jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex il-programmi operattivi jibbenefikaw minn allokazzjonijiet addizzjonali mill-FSE, huwa wkoll meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza għall-impenji baġitarji fir-rigward tal-programmi operattivi li għandhom jibbenefikaw mill-ammonti l-ġodda previsti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. |
(7) |
Minħabba li dawn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jirrelataw għas-sena 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikoli 19 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 19 Riżorsi għall-objettiv ta' Konverġenza Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Konverġenza għandhom jammontaw għal 81,53 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 251 543 760 146) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:
Artikolu 20 Riżorsi għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi għandhom jammontaw għal 15,96 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 49 239 337 841) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 21(1), is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b'dan li ġej: “Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Koperazzjoni Territorjali Ewropea għandhom jammontaw għal 2,51 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri totali ta' EUR 7 759 453 120) u, eskluż l-ammont imsemmi fil-paragrafu 22 tal-Anness II, għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:”; |
(4) |
Fl-Artikolu 75, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1b. B’deroga mill-paragrafu 1, l-impenji baġitarji għall-ammonti msemmija fil-paragrafu 32 tal-Anness II għandhom isiru sat-30 ta' Ġunju 2014.”; |
(5) |
L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS I Analiżi annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-2007 sal-2013 (imsemmija fl-Artikolu 18)
|
(6) |
Fl-Anness II, jiżdied il-paragrafu li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-11 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 (għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2013.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).