|
11.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1283/2013
tal-10 ta’ Diċembru 2013
li jikkoreġi l-verżjoni Franċiża tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 19(2), (3) u (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hemm żball fil-verżjoni bl-ilsien Franċiż tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2). L-iżball, li ma jeffettwax il-validità tal-permessi u ċ-ċertifikati jew l-applikazzjonijiet għall-permessi u ċ-ċertifikati, tikkonċerna l-kodiċi assenjat lid-deskrizzjoni tal-kampjun “Kavjar”. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għalhekk għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Selvaġġi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Franċiża.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO