7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/86


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1275/2013

tas-6 ta’ Diċembru 2013

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nitriti, iż-żejt tal-mustarda volatili u impuritajiet botaniċi perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit.

(2)

Ċerti formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul ta’ għalf kumplimentari għal għanijiet partikolari tan-nutriment b’konċentrazzjoni għolja ta’ elementi traċċa inevitabbilment jinkludu ammonti ta’ arseniku, kadmju jew ċomb li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti għal dawn il-metalli tqal fl-għalf kumplimentari. Madankollu, livelli massimi ogħla għal dawn il-metalli tqal f’formulazzjonijiet għall-forniment fit-tul ma għandhomx jinvolvu riskju għas-saħħa tal-annimali jew is-saħħa pubblika jew l-ambjent billi l-esponiment tal-annimali għall-metalli tqal, permezz tal-użu ta’ dawn il-formulazzjonijiet speċifiċi, għall-forniment fit-tul huwa ferm inqas milli fil-każ ta’ għalf komplimentari ieħor li fih elementi traċċa. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ogħla għal dawk il-metalli tqal għal tali formulazzjonijiet għall-forniment fit-tul, li fihom livelli għoljin ta’ elementi traċċa.

(3)

Ġiet irċevuta dejta li tindika li wara bidla taż-żona tal-produzzjoni, f’ċerti każijiet il-livell ta’ arseniku fl-addittiv tal-għalf karbonat ferruż jeċċedi l-livell massimu attwali. Sabiex tkun garantita l-provvista ta’ karbonat ferruż fis-suq Ewropew huwa xieraq li jiżdied il-livell massimu ta’ arseniku f’karbonat ferruż. Din iż-żieda ma għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali u dik pubblika jew l-ambjent minħabba li l-livell massimu stabbilit għall-arseniku f’għalf kumplimentari u għalf komplut ma jinbidlux.

(4)

Reċentement, ġiet identifikata differenza sinifikanti mil-Laboratorju Ewropew ta’ Referenza għall-metalli tqal fl-għalf u fl-ikel (EURL-HM) bejn ir-riżultati analitiċi miksuba bl-applikazzjoni ta’ metodi ta’ estrazzjoni differenti attwalment użati għad-determinazzjoni taċ-ċomb f’tafal tal-kawlina u għalf li fih tafal tal-kawlina (2). Qabel, ma ġew osservati l-ebda differenzi sinifikanti bejn il-livelli ta’ metalli tqal f’għalf minerali bl-applikazzjoni ta’ metodi ta’ estrazzjoni differenti (3). Il-livelli massimi ta’ metalli tqal fl-għalf jirreferu għal “determinazzjoni analitika taċ-ċomb, fejn l-estrazzjoni ssir fl-aċidu nitriku (5 % w/w) għal 30 minuta f’ temperatura tat-togħlija.” Huwa għalhekk xieraq li jkun stipulat l-użu ta’ dan il-metodu ta’ estrazzjoni għad-determinazzjoni taċ-ċomb f’tafal tal-kawlina.

(5)

Fir-rigward tan-nitriti, għal prodotti u prodotti sekondarji mill-pitravi zokkrija u l-kannamiela u mill-produzzjoni tal-lamtu l-ebda livell massimu ma japplika għalissa. Fid-dawl tal-iżviluppi fl-għerf xjentifiku u tekniku l-istess għandu japplika għal prodotti u prodotti sekondarji mill-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku.

(6)

Fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu għal żejt tal-mustarda volatili f’Camelina sativa u prodotti derivati minnu lejn l-istess livell bħal-livell massimu għall-għaġniet taż-żerriegħa tal-kolza.

(7)

L-ispeċijiet Brassica ġew elenkati taħt impuritajiet botaniċi perikolużi minħabba l-kontentut għoli ta’ żejt tal-mustarda (espress bħala isotijoċjanati tal-allil) volatili tagħhom. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), fl-opinjoni tagħha dwar il-gluwkosinolati (isotijoċjanati tal-allil) bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (4), ikkonkludiet li effetti ħżiena fl-annimali ġew ġeneralment ikkorrelati mal-ammont totali ta’ gluwkosinolati fid-dieta. Jekk l-ammont ta’ gluwkosinolati totali jitkejjel, l-impuritajiet ikkawżati mill-preżenza ta’ prodotti minn Brassica juncea ssp., Brassica nigra u Brassica carinata, jiġu individwati wkoll. Huwa għalhekk xieraq li l-prodotti, bl-eċċezzjoni taż-żrieragħ, ta’ dawn l-ispeċijiet jitħassru mit-Taqsima VI tal-Anness I dwar impuritajiet botaniċi perikolużi u biex għal materjali tal-għalf li jkunu ġejjin minn dawn l-ispeċijiet Brassica, jiġi stabbilit l-istess livell massimu għal żejt tal-mustarda volatili bħal-livell massimu għall-għaġniet taż-żerriegħa tal-kolza.

(8)

Huwa xieraq li tintuża d-denominazzjoni għall-materjali tal-għalf kif previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-katalgu tal-materjali tal-għalf (5).

(9)

Għalhekk, id-Direttiva 2002/32/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  Id-determinazzjoni taċ-ċomb totali u li jista’ jiġi estratt fit-tafal tal-kawlina. L-appoġġ tekniku mill-EURL-HM lid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi — JRC 69122 — Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka — L-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza.

(3)  IMEP-111: It-total tal-kadmju, iċ-ċomb, l-arseniku, il-merkurju u r-ram u l-kadmju li jista’ jiġi estratt u ċ-ċomb f’għalf minerali. Ir-rapport tal-ħdax-il tqabbil interlaboratorju organizzat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-metalli tqal fl-Għalf u fl-Ikel. — EUR 24758 EN — Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka — L-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza.

(4)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-gluwkosinolati bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali, EFSA Journal (2008) 590, p. 1–76.

(5)   ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fir-Ringiela 1 tat-Taqsima I, l-Arseniku jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“1.

Arseniku (1)

Materjali tal-għalf

2

ħlief:

 

smida magħmula minn ħaxix, minn xnien imnixxef u minn silla mnixxfa, u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija u polpa mnixxfa tal-pitravi zokkrija tal-molassa,

4

l-espellent tal-qalba tal-palm,

4 (2)

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar,

10

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10),

15

l-ossidu tal-manjeżju; il-karbonat tal-manjeżju,

20

ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom,

25 (2)

smida tal-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar.

40 (2)

Partikuli tal-ħadid użati bħala traċċatur.

50

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ komposti ta’ elementi traċċa

30

ħlief:

 

il-pentaidrat tas-sulfat kupriku; il-karbonat kupriku, idrossiklorur tar-ram; karbonat ferruż,

50

l-ossidu taż-żingu; l-ossidu manganuż, l-ossidu kupriku.

100

Għalf komplimentari

4

ħlief:

 

l-għalf minerali,

12

l-għalf komplimentari għall-annimali domestiċi li fih ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida mill-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar,

10 (2)

Formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul tal-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment b’konċentrazzjoni ta’ elementi traċċa 100 darba ogħla mill-kontenut massimu stabbilit f’għalf komplut.

30

Għalf komplut

2

ħlief:

 

l-għalf komplut għall-ħut u l-annimali bil-pil,

10 (2)

l-għalf komplut għall-annimali domestiċi li fih ħut, annimali oħra tal-baħar u prodotti li ġejjin minnhom u/jew smida mill-alka tal-baħar u materjali tal-għalf li ġejjin mill-alka tal-baħar.

10 (2)”

(2)

Fir-Ringiela 2 tat-Taqsima I, il-Kadmju jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“2.

Kadmju

Materjali tal-għalf ta’ oriġini veġetali

1

Materjali tal-għalf ta’ oriġini mill-annimali

2

Materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali,

2

ħlief:

 

fosfati.

10

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ komposti ta’ elementi traċċa,

10

ħlief:

 

l-ossidu kupriku, l-ossidu manganuż, l-ossidu taż-żingu u s-sulfat manganuż monoidrat.

30

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra t-tagħqid

2

Pretaħlitiet (6)

15

Għalf komplimentari

0,5

ħlief:

 

għalf minerali

 

– –

li fih < 7 % fosforu (8)

5

– –

li fih ≥ 7 % fosforu (8);

0,75 għal kull 1 % fosoforu (8), b’massimu ta’ 7,5

għalf komplimentari għall-annimali domestiċi,

2

Formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul tal-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment b’konċentrazzjoni ta’ elementi traċċa ogħla minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit f’għalf komplut.

15

Għalf komplut

0,5

ħlief:

 

għalf komplut għall-bovini (ħlief għoġġiela), nagħaġ (ħlief ħrief), mogħoż (ħlief gidien) u ħut,

1

għalf komplut għall-annimali domestiċi.

2 ”

(3)

Fir-Ringiela 4 tat-Taqsima I, iċ-Ċomb jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

“4.

Ċomb (*1)

Materjali tal-għalf

10

ħlief:

 

magħlef (3),

30

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar,

15

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10),

20

il-ħmejjer.

5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ komposti tal-elementi traċċa,

100

ħlief:

 

l-ossidu taż-żingu,

400

l-ossidu manganuż, il-karbonat ferruż, il-karbonat kupriku.

200

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra t-tagħqid,

30

ħlief:

 

il-klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika; natrolite-fonolite.

60

Pretaħlitiet (6)

200

Għalf komplimentari

10

ħlief:

 

għalf minerali,

15

Formulazzjonijiet ta’ forniment fit-tul tal-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment b’konċentrazzjoni ta’ elementi traċċa 100 darba ogħla mill-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplut.

60

Għalf komplut.

5

(4)

Fir-Ringiela 6 tat-Taqsima I, in-Nitrit jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

“6.

Nitrit (5)

Materjali tal-għalf

15

ħlief:

 

ħut mitħun,

30

silaġġ,

prodotti u prodotti sekondarji mill-pitravi zokkrija u l-kannamiela u mill-produzzjoni tal-lamtu u x-xorb alkoħoliku.

Għalf komplut

15

ħlief:

 

għalf komplut għall-klieb u l-qtates b’kontenut ta’ umdità li jaqbeż l-20 %.

—”

(5)

Fir-Ringiela 5 tat-Taqsima III, iż-Żejt tal-mustarda volatili jinbidel b’dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

“5.

Żejt tal-mustarda volatili (1)

Materjali tal-għalf

100

ħlief:

 

żerriegħa tal-Camelina u prodotti derivati minnha (*2), prodotti derivati miż-żerriegħa tal-mustarda (*2), żerriegħa tal-kolza u prodotti derivati minnha.

4 000

Għalf komplut,

150

ħlief:

 

għalf komplut għall-baqar (ħlief għoġġiela), in-nagħaġ (ħlief ħrief) u mogħoż (ħlief gidien),

1 000

għalf komplut għall-ħnieżer (ħlief ħnienes) u l-pollam.

500

(6)

It-Taqsima VI: Impuritajiet botaniċi perikolużi tinbidel b’dan li ġej:

“IT-TAQSIMA VI: IMPURITAJIET BOTANIĊI PERIKOLUŻI

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f’mg/kg (ppm) relatati ma’ għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

1.

Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u frott mhux mitħun u mhux magħsur li fih alkalojdi, glukosidi jew sustanzi tossiċi oħra separatament jew flimkien inkluża

Materjali tal-għalf u għalf kompost

3 000

Datura sp.

 

1 000

2.

Crotalaria spp.

Materjali tal-għalf u għalf kompost

100

3.

Iż-żerriegħa u l-ħlief mir-Ricinus communis L., il-Croton tiglium L. u l-Abrus precatorius L. kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom (1), separatament jew inkella flimkien

Materjali tal-għalf u għalf kompost

10  (2)

4.

Ġewż tal-fagu mingħajr qoxra — Fagus sylvatica L.

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f’elementi traċċa li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

5.

Purgera – Jatropha curcas L.

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żerriegħa u frott kif ukoll id-derivati pproċessati tagħhom jistgħu jkunu preżenti fl-għalf f’elementi traċċa li ma jistgħux ikunu ddeterminati kwantitattivament

6.

Żrieragħ minn Ambrosia spp.

Materjali tal-għalf

50

ħlief:

 

Millieġ (granuli ta’ Panicum miliaceum L.) u sorgu (granuli ta’ Sorghum bicolor (L) Moench s.l.) ma jiġux mitmugħa direttament lill-annimali

200

Għalf kompost li fih granuli u żrieragħ mhux mitħuna

50

7.

Żrieragħ minn

Mustarda Indjana — Brassica juncea (L.) Czern. u Coss. ssp. integrifolia (West.) Thell.

Mustarda ta’ Sarepta — Brassica juncea (L.) Czern. u Coss. ssp. juncea

Mustarda Ċiniża — Brassica juncea (L.) Czern. u Coss. ssp. juncea var. lutea Batalin

Mustarda sewda — Brassica nigra (L.) Koch

Mustarda Etjopjana — Brassica carinata A. Braun

Materjali tal-għalf u għalf kompost

Żrieragħ jistgħu jkunu preżenti biss fl-għalf f’elementi traċċa li ma jistgħux jiġu ddeterminati kwantitattivament.


(*1)  Għad-determinazzjoni taċ-ċomb fit-tafal tal-kawlina u fl-għalf li jinkludi tafal tal-kawlina, il-livell massimu jirreferi għad-determinazzjoni analitika taċ-ċomb, fejn l-estrazzjoni titwettaq fl-aċidu nitriku (5 % w/w) għal 30 minuta f’temperatura tat-togħlija. Il-proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jintwera li l-proċedura ta’ estrazzjoni użata għandha l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni.”

(*2)  Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, l-operatur responsabbli jrid iwettaq analiżi biex juri li l-kontenut tal-gluwkosinolati huwa anqas minn 30 mmol/kg. Il-metodu ta’ analiżi ta’ referenza huwa EN-ISO 9167-1:1995.”

(1)  Kemm-il darba wieħed ikun jista’ jiddetermina dan permezz tal-mikroskopija analitika.

(2)  Inkluż ukoll il-frak tal-ħliefa taż-żerriegħa.”