|
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/72 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1273/2013
tas-6 ta’ Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem “TAP-TSI”) jeħtieġ li dan ir-Regolament għandu jiġi emendat, u f’din l-emenda jitqiesu r-riżultati tal-ewwel fażi definita fit-Taqsima 7.2 tal-Anness I tat-TAP-TSI. |
|
(2) |
It-Taqsima 7.2.2.2 tal-Anness I tat-TAP-TSI tipprevedi li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “ERA”) għandha tevalwa l-elementi prodotti mill-partijiet interessati f’termini tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà, il-governanza u l-pjan ġenerali bil-għan li tiddetermina jekk l-objettivi segwiti fil-fażi 1 intlaħqux. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ERA/REC/09-2012/INT tal-31 ta’ Ottubru 2012 li tinkludi għadd ta’ abbozzi ta’ emendi għat-TAP-TSI. |
|
(4) |
Il-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit skont it-taqsima 7.2.1 tat-TAP-TSI iddiskuta r-Rakkomandazzjoni tal-ERA u, b’mod partikolari, l-istatus legali tal-elementi tal-fażi 1. Dan il-Kumitat iddeċieda li jbiddel l-istatus ta’ xi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà għal Gwidi ta’ Applikazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu jiġi modifikat kif ġej:
|
(a) |
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4 L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-amministraturi tal-istazzjon, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-Aġenzija għandhom jikkontribwixxu għax-xogħol li jsir fit-tieni fażi, kif speċifikat fit-Taqsima 7.3 tal-Anness I, billi jipprovdu l-informazzjoni funzjonali u teknika kif ukoll l-għarfien espert tagħhom.” |
|
(b) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 5 Il-korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) flimkien ma’ rappreżentant tal-bejjiegħa tal-biljetti u rappreżentant tal-passiġġieri Ewropej, għandhom ikomplu jiżviluppaw applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri tas-subsistema kif speċifikat fit-Taqsima 7.3 tal-Anness I. L-elementi tal-ewwel fażi (Gwidi ta’ applikazzjoni, Arkitettura, Governanza u Pjan Ġenerali) għandhom ikunu magħmulin disponibbli pubblikament mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fuq il-websajt tagħha.” |
|
(c) |
L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’din id-dispożizzjoni: “Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-bejjiegħa tal-biljetti jkunu infurmati b’dan ir-Regolament, u għandhom jistabbilixxu punt ta’ kuntatt nazzjonali (NCP) għas-segwitu tal-implimentazzjoni tiegħu.” Ir-rwol tal-NCPs hija deskritta fl-Anness VI.” |
|
(d) |
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’din id-dispożizzjoni: “Artikolu 7 1. Dan ir-Regolament għandu jiġi emendat, u f’din l-emenda jitqiesu r-riżultati tat-tieni fażi msemmija fit-Taqsima 7.3 tal-Anness I. 2. L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għandha temenda id-dokument tekniku B.60 (Arkitettura), billi jitqiesu r-riżultati tal-ewwel fażi u tiġi applikata l-proċedura tal-Artikolu 3.” |
Artikolu 2
L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandhom jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness III għandu jinbidel bl-Anness III li ġej: “ANNEX III List of technical documents
|
|
3. |
It-test tat-taqsima C.1 tal-Anness IV għandu jinbidel bit-test li ġej: “C.1. NRT Tariffs The main content of NRT tariff data shall be:
NRT tariffs shall be made available in advance according to their sales conditions.” |
|
4. |
Għandu jiżdied Anness V kif ġej: “ANNEX V List of technical documents for retail architecture, governance and master plan
|
|
5. |
Għandu jiżdied Anness VI kif ġej: “ANNEX VI Tasks to be undertaken by the TAF/TAP national contact point (NCP)
|