|
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/69 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1272/2013
tas-6 ta’ Diċembru 2013
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 68(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-benżo[a]piren, il-benżo[e]piren, il-benż[a]antraċen, Chrysen, il-benżo[b]fluworanten, il-benżo[j]fluworanten, il-benżo[k]fluworanten u d-dibenżo[a,h]antraċen, minn hawn ‘il quddiem imsejħa idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), huma klassifikati bħala karċinoġeni tal-kategorija 1B skont l-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2). |
|
(2) |
Dawn il-PAHs jistgħu jinstabu fil-partijiet tal-plastik u tal-lastku ta’ firxa wiesgħa ta’ oġġetti għall-konsumatur. Ikunu preżenti bħala impuritajiet f’xi materji primi li jintużaw fil-produzzjoni ta’ dawn l-oġġetti, partikolarment fi żjut dilwenti u fl-iswed tal-karbonju. Dawn mhumiex miżjuda intenzjonalment mal-oġġetti u ma jwettqux xi funzjoni speċifika bħala kostitwenti tal-partijiet tal-plastiks jew tal-gomma. |
|
(3) |
Dawn il-PAHs huma pprojbiti għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali bħala sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet permezz tal-annotazzjoni 28 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, l-annotazzjoni 50 tal-Anness XVII ta’ dak ir-Regolament tirrestrinġi l-preżenza tal-PAHs fi żjut dilwenti li jintużaw għall-manifattura tat-tajers. |
|
(4) |
L-informazzjoni mressqa mill-Ġermanja lill-Kummissjoni tindika li l-oġġetti li fihom il-PAHs jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-konsumaturi meta jinbelgħu, permezz tal-adsorbiment mill-ġilda u, f’xi każijiet, min-nifs. |
|
(5) |
Il-konklużjoni rigward ir-riskju għall-konsumaturi ġiet ibbażata fuq l-istimi tal-esponiment tal-PAH permezz tal-ġilda ġej mill-użu ta’ ċerti oġġetti ta’ konsum, fl-agħar kundizzjonijiet realistiċi ta’ użu. Dak l-esponiment instab li jaqbeż il-Livelli Derivati ta’ Effett Minimu (DMEL) (3) determinat għal benżo[a]piren, li kien intuża bħala sostitut għat-tossiċità tal-PAHs l-oħra. |
|
(6) |
L-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja lill-Kummissjoni tindika l-eżistenza ta’ riskju għall-konsumaturi ppreżentat minn oġġetti li fihom il-PAHs, li jindikaw li restrizzjoni tista’ tillimita r-riskju. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-industrija tas-settur u partijiet interessati oħrajn dwar ir-riperkussjonijiet ta’ restrizzjoni fuq il-preżenza tal-PAHs f’oġġetti li jistgħu jintużaw mill-konsumaturi. |
|
(7) |
Sabiex titħares saħħet il-konsumaturi mir-riskju li ġej mill-esponiment għall-PAHs fl-oġġetti, għandhom ikunu stabbiliti limiti fuq il-kontenut tal-PAH fil-partijiet aċċessibbli ta’ oġġetti tal-lastku jew tal-plastik, u t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti li fihom xi PAHs f’konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 1 mg/kg f’dawk il-partijiet, għandu jkun pprojbit. |
|
(8) |
Filwaqt li titqies il-vulnerabilità tat-tfal għandu jiġi stabbilit valur ta’ limitu iktar baxx. Għalhekk it-tqegħid fis-suq tal-ġugarelli u l-oġġetti għall-kura tat-tfal, li jkun fihom xi PAHs f’konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,5 mg/kg fil-partjiet tagħhom tal-plastik jew tal-gomma għandu jkun projbit. |
|
(9) |
Din ir-restrizzjoni għandha tapplika biss għal dawk il-partijiet ta’ oġġetti li jiġu f’kuntatt dirett kif ukoll prolongat jew ħafif iżda repetittiv mal-ġilda tal-bniedem jew fil-kavità orali taħt kundizzjonijiet ta’ użu normali jew prevedibbli. L-oġġetti jew partijiet tagħhom li huma biss f’kuntatt qasir u infrekwenti mal-ġilda jew fil-kavità orali m’għandhomx jiġu inklużi fi ħdan l-ambitu tar-restrizzjoni billi l-esponiment li jirriżulta għall-PAHs ikun insinifikanti. Għandhom jkun hemm iktar gwida f’dan ir-rigward. |
|
(10) |
Ġew identifikati fis-suq tal-Unjoni materji primi alternattivi li fihom livelli baxxi ta’ PAHs. Dawn jinkludu l-iswed tal-karbonju u żjut li jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel (4). |
|
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-valuri tal-limitu eżistenti adottat f’din ir-restrizzjoni b’mod partikolari fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida, inkluża informazzjoni dwar il-migrazzjoni tal-PAHs minn materjali tal-plastik jew tal-lakstu tal-oġġetti koperti kif ukoll materja prima oħra. Id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tal-metodi tat-testjar għandhom ukoll ikunu kkunsidrati f’din l-analiżi ta’ informazzjoni xjentifika ġdida. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta’ żmien raġonevoli lill-partijiet interessati kkonċernati biex jieħdu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti użati u oġġetti li qegħdin fil-katina tal-provvista fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament tista’ toħloq diffikultajiet għall-infirzar. Għalhekk, ir-restrizzjoni m’għandhiex tapplika għall-oġġetti mqiegħda fuq is-suq għall-ewwel darba qabel dik id-data. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mis-27 ta’ Diċembru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(3) http://www.echa.europa.eu/documents/10162/13643/information_requirements_part_b_mt.pdf
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-Kolonna 2 tal-entrata 50, jiżdiedu l-paragrafi 5, 6, 7 u 8:
|
|
|