10.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/21 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1258/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni adottat rapport skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga. |
(2) |
F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni rrakkomandat it-tkomplija tal-analiżi tal-modi kif jissaħħaħ il-kontroll tal-kummerċ tal-anidride aċetiku, sustanza skedata fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, skont l-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament, sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tad-dirottament tal-anidride aċetiku għall-produzzjoni illeċita tal-eroina. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Mejju 2010 dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi leġislattivi wara li tivvaluta bir-reqqa l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi. |
(4) |
Dan ir-Regolament jikkjarifika d-definizzjoni ta’ sustanza skedata: f’dan ir-rigward, it-terminu “preparazzjoni farmaċewtika”, li joħroġ mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi adottata fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 1988, huwa mħassar peress li hu diġà kopert mit-terminoloġija rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-atti legali jiġifieri “prodotti mediċinali”. Barra minn hekk, it-terminu “preparazzjonijiet oħrajn” għandu jitħassar peress li jiddupplika t-terminu “taħlitiet” li diġà jintuża f’dik id-definizzjoni. |
(5) |
Għandha tiġi introdotta definizzjoni tat-terminu “utent” għal persuni li jkollhom sustanzi għall-iskopijiet apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq u għandu jiġi ċċarat li l-persuni li jużaw is-sustanzi skedati fil-kategorija 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għal skopijiet oħrajn apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq, huma obbligati li jiksbu liċenzja. |
(6) |
Regoli aktar dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu introdotti biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri kollha għal sustanzi skedati fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004. Għal sustanzi skedati f’sottokategorija ġdida 2 A tal-Anness I għal dak ir-Regolament, apparti l-operaturi, l-utenti għandhom ikunu wkoll soġġetti għal rekwiżit ta’ reġistrazzjoni. |
(7) |
Fejn jiġu imposti miżati biex tinkiseb liċenzja jew reġistrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jaġġustaw miżati bħal dawn sabiex jissalvagwardjaw il-kompetittività tal-mikrointrapriżi. |
(8) |
Għandu jingħad b’mod ċar li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jaġixxu fir-rigward ta’ transazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr fir-rigward ta’ xejriet ġodda tal-produzzjoni illeċita ta’ drogi. |
(9) |
Għandha tinħoloq database Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga (“id-database Ewropea”) biex l-irrappurtar mill-Istati Membri rigward is-sekwestri u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa jiġi ssimplifikat, fejn possibbli b’mod aggregat u anonimu u bl-inqas mod intrużiv possibbli fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, waqt li jitqiesu l-aktar teknoloġija avvanzata fir-rigward tat-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u l-prinċipju tal-limitazzjoni tad-data. Id-database Ewropea għandha sservi wkoll bħala reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti li jippossjedu liċenzja jew reġistrazzjoni li tiffaċilita l-verifika tal-leġittimità ta’ transazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu sustanzi skedati, u għandha tippermetti lill-operaturi biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni dwar transazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat b’dan ir-Regolament, jipprevedi l-ipproċessar tal-informazzjoni, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali, bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw it-tqegħid fis-suq tal-prekursuri tad-droga u għall-prevenzjoni ta’ dirottament ta’ sustanzi skedati. L-ipproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq b’mod li jkun kompatibbli mal-għan ta’ dak ir-Regolament u f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u, b’mod partikolari, ma’ rekwiżiti tal-Unjoni marbuta mal-kwalità tad-data, il-proporzjonalità, il-limitazzjoni tal-iskop, u d-drittijiet għal informazzjoni, aċċess, rettifika tad-data, tħassir u mblokkar, miżuri organizzativi u tekniċi u trasferimenti internazzjonali ta’ data personali. |
(11) |
L-ipproċessar ta’ data personali għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe att iddelegat u ta’ implimentazzjoni adottat skont dan għandu jirrispetta d-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (kif ukoll id-drittijiet għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantitimill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). L-atti delegati u ta’ implimentazzjoni għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
(12) |
L-anidride aċetiku, attwalment skedat fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, għandu jiġi inkluż f’sottokategorija ġdida 2 A tal-Anness I tiegħu biex ikun jista’ jsir kontroll akbar tal-kummerċ tiegħu. Il-bqija tas-sustanzi fil-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandhom jitniżżlu bħala sottokategorija 2B tal-Anness I tiegħu. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, biex jiġu eżerċitati skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (6). |
(14) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dawk is-setgħat għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(15) |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja u r-reġistrazzjoni, għall-elenkar fid-database Ewropea tal-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni, għall-kisba u l-użu ta’ dikjarazzjonijiet tal-konsumatur, għad-dokumentazzjoni u l-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati, għall-għoti ta’ informazzjoni mill-operaturi fuq transazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati u għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stipulati f’dan ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, u sabiex jiġu emendati l-Annessi biex jirrifletti dan. Tali atti ddelegati għandhom ukoll jiddeterminaw il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jiġu pproċessati mill-Istati Membri u l-operaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jinħażnu fid-database Ewropew u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ data personali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(16) |
Huwa wkoll importanti li l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta tħejji atti ddelegati marbuta mal-ipproċessar ta’ data personali. |
(17) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti dettalji dwar kif id-dikjarazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti f’forma elettronika u dwar kif tiġi pprovduta informazzjoni dwar transazzjonijiet ta’ operaturi b’sustanzi skedati għal database Ewropea. |
(18) |
Ladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jissaħħu r-regoli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi li jqiegħdu fuq is-suq jew li jkollhom fil-pussess tagħhom sustanzi skedati tal-kategorija 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 273/2004, partikolarment l-anidride aċetiku, sabiex jiġi ostakolat id-dirottament tiegħu lejn il-produzzjoni illeċita ta’ drogi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li t-traffikanti japprofittaw ruħhom mid-differenzi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni u jmexxu n-negozju illeċitu tagħhom fejn huwa l-iktar faċli biex il-prekursuri tad-droga jiġu dirottati, imma jista’ jkun, li minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif dikjarat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(19) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-18 ta’ Jannar 2013 (8). |
(20) |
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ambitu u għanijiet Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri armonizzati għall-kontroll u l-monitoraġġ intra-Unjoni ta’ ċerti sustanzi użati ta’ sikwit għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi bil-ħsieb li jiġi impedut id-direttament ta’ dawn is-sustanzi.”. |
(2) |
Fl-Artikolu 2:
|
(3) |
Fl-Artikolu 3:
|
(4) |
Fl-Artikolu 4:
|
(5) |
Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għad-dokumentazzjoni ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati”. |
(6) |
Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-ittikkettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi skedati.”. |
(7) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 Notifika lill-awtoritajiet kompetenti 1. L-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti immedjatament b’kull ċirkostanza, bħal ma huma ordnijiet jew transazzjonijiet mhux tas-soltu li jinvolvu t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi skedati, li tissuġġerixxi li dawn is-sustanzi tista’ tinbidlilhom ir-rotta għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Għal dak il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-leġittimità ta’ ordni jew transazzjoni rilevanti. 2. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor dwar it-transazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati. 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet biex l-operaturi jipprovdu l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ data personali li għandha tiġi pproċessata għal dak il-għan u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ tali data personali. 4. L-operaturi m’għandhom jiddivulgaw l-ebda data personali miġbura skont dan ir-Regolament ħlief lill-awtoritajiet kompetenti.”. |
(8) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tfassal, u żżomm aġġornati, linji gwida sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, u l-industrija tal-kimika, b’mod partikolari rigward sustanzi mhux skedati.”. |
(9) |
Fl-Artikolu 10:
|
(10) |
L-Artikoli 13 sa 16 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 13 Komunikazzjoni mill-Istati Membri 1. Biex jiġu permessi kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa fl-arranġamenti għall-monitoraġġ ta’ kummerċ ta’ sustanzi skedati u sustanzi mhux skedati, l-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f’forma elettronika permezz tad-database Ewropea msemmija fl-Artikolu 13a f’waqtha, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward sustanzi wżati għall-fabbrikazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u metodi ta’ dirottament u fabbrikazzjoni illeċita, u l-kummerċ legali tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward l-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tal-komunikazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Bord ta’ Kontroll Internazzjonali tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 12(12) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u f’konsultazzjoni mal-Istati Membri. Artikolu 13a Database Ewropea dwar prekursuri tad-droga 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi database Ewropea dwar prekursuri tad-droga bil-funzjonijiet li ġejjin:
Data personali għandha tiġi inkluża fid-database Ewropea biss wara l-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmijin fl-Artikolu 3(8) u l-Artikolu 8(3). 2. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-preċiżjoni tad-data personali li jkun hemm fid-database Ewropea u biex jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu protetti skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****). 3. L-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament, inkluża data personali, għandha tintuża skont il-liġi applikabbli rigward il-protezzjoni tad-data personali u m’għandhiex tinżamm għal żmien itwal milli jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu jkun ipprojbit. 4. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni li tkun ċara, komprensiva u li tinftiehem rigward id-database Ewropea f’konformità mal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Artikolu 13b Protezzjoni tad-data 1. L-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir f’konformità mal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE, id-data personali li tinkiseb jew tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan tal-prevenzjoni tad-dirottament ta’ sustanzi skedati. 3. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni, inkluż għall-fini tad-database Ewropea, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. 4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhomx jipproċessaw data personali b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a. Artikolu 14 Atti ta’ Implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2). Artikolu 14a Proċedura tal-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (******). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 15 Adattament tal-Annessi Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a sabiex tadatta l-Annessi I, II u III għal xejriet ġodda fid-dirottament tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi kwalunkwe emenda għat-tabelli fl-Anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Artikolu 15a Eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu (8)(3) u fl-Artikolu 15 għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(8), fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(7), fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, fl-Artikolu 8(3), fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att ddelegat diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(7), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 13 (2) jew l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jittawwal b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 16 Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jadottaw skont dan ir-Regolament, u b’mod partikolari bil-miżuri adottati skont l-Artikoli 10 u 12. Huma għandhom jgħarrfuha wkoll b’kull emenda sussegwenti għalihom. 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. 3. Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2019, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dwar il-ħtieġa possibbli għal aktar azzjoni għall-monitoraġġ u l-kontroll ta’ transazzjonijiet suspettużi b’sustanzi mhux skedati (*****) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)." (******) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1)." (*******) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”." |
(11) |
Fl-Anness I:
|
(12) |
Fl-Anness III, it-test “awtorizzazzjoni/” għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 76, 14.3.2013, p. 54.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013.
(3) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1).
(4) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(5) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).
(7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
KATEGORIJA 2
SOTTOKATEGORIJA 2A
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru CAS (2) |
Anidride aċetiku |
|
2915 24 00 |
108-24-7 |
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
SOTTOKATEGORIJA 2B
Sustanza |
Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) |
Kodiċi NM (1) |
Nru CAS (2) |
Phenylacetic acid |
|
2916 34 00 |
103-82-2 |
Aċidu antraniliku |
|
2922 43 00 |
118-92-3 |
Piperidina |
|
2933 32 00 |
110-89-4 |
Permanganat tal-potassju |
|
2841 61 00 |
7722-64-7 |
L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija, kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli. |
(1) ĠU L 290, 28.10.2002, p. 1.
(2) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta’ identifikazzjoni uniku speċifiku għal kull sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kull iżomeru u għal kull melħ ta’ kull iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħa tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.