23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2013

tal-20 ta’ Novembru 2013

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009, (KE) Nru 1918/2006 u (KE) Nru 341/2007, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni fl-2014 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm, li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 382/2008, (UE) Nru 1178/2010 u (UE) Nru 90/2011 fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fl-2014 fl-oqsma taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur u li jidderoga mir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 dwar il-perjodu għall-eżami tal-offerti għax-xiri tal-qamħ komuni bi prezz fiss fil-qafas tal-intervent pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdieni) (2),u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), l-Artikolu 61, l-Artikolu 144(1), l-Artikoli 148 u 156 u l-Artikolu 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u l-Paċifiku (ACP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97 u (KE) Nru 1933/2006, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (5), (KE) Nru 969/2006 (6) u (KE) Nru 1067/2008 (7) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni tax-xgħir taħt il-kwota 09.4126, tal-qamħirrum taħt il-kwota 09.4131 u ta’ qamħ ta’ kwalità differenti minn dik superjuri taħt il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (8) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (9) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx taħt il-kwota 09.4517 u tar-ross miksur taħt il-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (10) jipprevedi d-dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-talbiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (11) jipprevedi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-talbiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa taħt il-kwota 09.4032.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (12) jipprevedi dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni “A” tat-tewm taħt il-kwoti 09.4099, 09.4100, 09.4102, 09.4104, 09.4105 u 09.4106.

(6)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, (KE) Nru 1964/2006, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, u mir-Regolamenti (KE) Nru 828/2009, (KE) Nru 1918/2006 u (KE) Nru 341/2007 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-ħruġ ta’ dawn il-liċenzji, biex ikun jista’ jiġi żgurat ir-rispett tal-volumi tal-kwoti kkonċernati.

(7)

L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (13) jistipula li l-liċenzji ta’ esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju mhux taħt il-kwota jinħarġu mill-Ġimgħa ta’ wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, kemm-il darba ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

(8)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 (14), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (15), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 (16) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 (17) jistipulaw li l-liċenzji ta’ esportazzjoni jinħarġu l-Erbgħa ta’ wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja, kemm-il darba ebda miżura partikolari ma tkun ittieħdet minn dakinhar mill-Kummissjoni.

(9)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

(10)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (18) jistipula li l-Kummissjoni trid tiddeċiedi fi żmien jumejn tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament.

(11)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2014 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu għall-eżaminazzjoni tal-offerti huwa qasir wisq biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-kwantitajiet offruti. Għalhekk jeħtieġ li dan jiġi estiż.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċereali

1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir taħt il-kwota 09.4126, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum taħt il-kwota 09.4131, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri taħt il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 2

Ross

1.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2014, ma jistgħux jibqgħu jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx taħt il-kwota 09.4517 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014.

2.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2014, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur taħt il-kwota 09.4079 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 3

Zokkor

B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor taħt il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247 wara s-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014, u sas-13.00, ħin ta’ Brussell, tal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 4

Żejt taż-żebbuġa

B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jingħataw fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (19).

Artikolu 5

Tewm

B’deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, il-liċenzji tal- importazzjoni “A” li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul l-ewwel sebat ijiem tal-kalendarju ta’ April 2014 jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet ta’ kompetenza mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2014 sas-7 ta’ Mejju 2014, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 6

Zokkor u isoglukożju mhux taħt il-kwota

B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u l-isoglukożju mhux taħt il-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 7

Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam tal-majjal u l-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti speċifikati hemmhekk, filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, il-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1178/2010 u fl-Artikolu 3(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 90/2011, li jkunu ttieħdu qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

Artikolu 8

Offerti għax-xiri ta’ qamħ komuni bi press fiss skont l-intervent pubbliku

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, għall-offerti tal-qamħ komuni, innotifikati matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, il-perjodu li fih il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 13(2)(b) u fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jiskadi fid-data li tidher f’dak l-Anness.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fis-9 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali tal-Komunità għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00, għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2011 tat-3 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku(ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ April 2014

Il-Ġimgħa 25 ta’ April 2014

It-Tnejn 28 jew it-Tlieta 29 ta’ April 2014

L-Erbgħa, 7 ta’ Mejju 2014

It-Tnejn 5 jew it-Tlieta 6 ta’ Mejju 2014

L-Erbgħa, 14 ta’ Mejju 2014

It-Tnejn 26 jew it-Tlieta 27 ta’ Mejju 2014

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2014

It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ Ġunju 2014

L-Erbgħa, 11 ta’ Ġunju 2014

It-Tnejn 14 jew it-Tlieta 15 ta’ Lulju 2014

L-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2014

It-Tnejn 11 jew it-Tlieta 12 ta’ Awwissu 2014

L-Erbgħa, 20 ta’ Awwissu 2014


ANNESS II

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju mhux taħt il-kwota

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn 15 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014

Il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2015


ANNESS III

Perjodi ta’ tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam tal-majjal, tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ April 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014

Mit-Tnejn 2 sal-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2014

Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2014

Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ Lulju 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ Lulju 2014

Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014

L-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2015


ANNESS IV

Data tan-notifika ta’ offerti tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009

Perjodu tan-notifika ta’ offerti tal-qamħ komuni skont l-Artikolu 13(3), tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009

Tmiem il-perjodu li fih il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-offerti tal-qamħ komuni wara dawk in-notifiki

L-Erbgħa, 16 ta’ April 2014

Mit-Tnejn 14 sat-Tnejn 21 ta’ April 2014

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014

L-Erbgħa, 28 ta’ Mejju 2014

Mit-Tnejn 26 sal-Ġimgħa 30 ta’ Mejju 2014

L-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2014

L-Erbgħa, 24 ta’ Diċembru 2014

L-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2014

Mill-Erbgħa 17 ta’ Diċembru 2014 sal-Ġimgħa 2 ta’ Jannar 2015

L-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2015