|
22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/15 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1182/2013
tad-19 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 754/2009, (UE) Nru 1262/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (1) jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. |
|
(2) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 (2), il-Kunsill eskluda ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (3). L-isforz tas-sajd permess għal bastimenti suġġetti għal dak ir-reġim fil-preżent huwa ffissat mill-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 (4) u l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsilll (UE) Nru 40/2013 (5). |
|
(3) |
F’Ġunju 2013, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ippubblika l-parir tiegħu għall-marlozz tat-Tramuntana fl-2014. F’dak il-parir, l-ICES jindika li l-bijomassa tal-istokk għandha rekord għoli fl-2013 u, barra minn hekk, li l-mortalità tas-sajd naqset ħafna f’dawn l-aħħar snin. L-ICES ta parir li fl-2014, it-TAC tista’ tiżdied b’49 % għal 81 846 tunnellata. L-Irlanda u Spanja talbu, fid-dawl ta’ dan il-parir, li t-TAC fis-seħħ għal dan l-istokk tiżdied matul is-sena minn 55 105 tunnellata għal 69 440 tunnellata, biex jintlaħaq il-livell ta’ żbarki li l-ICES jistma bħala korrispondenti għal-livelli attwali tal-mortalità tas-sajd, li huma mbagħad konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli. It-talba hija meqjusa bħala aċċettabbli abbażi tal-impenn mill-Istati Membri kkonċernati li jiżguraw, permezz ta’ kontroll rigoruż tas-sajd, li l-isforz tas-sajd u għalhekk ir-rati ta’ mortalità tas-sajd jibqgħu kostanti. |
|
(4) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Spanja u li jistadu fil-Punent tal-Iskozja bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn Spanja fl-2013, l-STECF ma kienx f’pożizzjoni li jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 baqgħux sodisfati fil-perjodu ta’ ġestjoni tal-2012. Għalhekk jixraq li dan il-grupp ta’ bastimenti Spanjoli jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(5) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera ta’ Franza u li jistadu fil-Baħar tat-Tramuntana bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Franza fl-2013, l-STECF ivvaluta li l-qabdiet għal dawk il-bastimenti qabżu l-livell limitu stabbilit. Għalhekk jixraq li dak il-grupp ta’ bastimenti Franċiżi jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz tas-sajd imsemmi hawn fuq. Ir-Regolament (KE) Nru 754/2009 u l-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
|
(6) |
Grupp ta’ bastimenti li jtarju l-bandiera tar-Renju Unit u li għandhom fil-mira mriewaħ (Aequipecten opercularis) madwar Isle of Man fil-Baħar Irlandiż bħalissa jinsabu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Madankollu, minħabba żball matematiku, il-limiti tal-isforzi fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 ma jirriflettux din l-esklużjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 39/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (6) jiffissal-limiti tal-qbid għall-2013 u l-2014 fir-rigward tal-lista ta’ klieb il-baħar tal-baħar fond. Il-Kummissjoni talbet lill-ICES biex jagħtiha parir dwar jekk jixraqx li dik il-lista tiġi riveduta. L-ICES ikkonkluda li hemm informazzjoni xjentifika suffiċjenti li tappoġġa l-esklużjoni tal-gattarell ħalqu iswed (Galeus melastomus) u l-inklużjoni tal-ispeċijiet kollha tal-ġeneru Centrophorus (Centrophorus spp.) fil-lista tal-klieb il-baħar tal-baħar fond. Ir-Regolament (UE) Nru 1262/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(8) |
Skont l-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn l-istati kostali dwar il-ġestjoni tal-kavalli, l-istokkafixx, l-aringi Atlanto-Skandiku u l-haddock tal-Baħar tat-Tramuntana, l-Unjoni tista’ tawtorizza s-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni sa 10 % lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni, sakemm kwalunkwe kwantità utlizzata lil hinn mill-kwota disponibbli għall-Unjoni tkun imnaqqsa mill-kwota tagħha għall-2014. Bl-istess mod, fl-2014 l-Unjoni tista’ tuża kwalunkwe kwantità mhux utilizzata sa 10 % tal-kwota disponibbli għaliha fl-2013. Huwa adatt li tali flessibbiltà ssir possibbli fl-iffissar ta’ dawk l-opportunitajiet tas-sajd sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-bastimenti tal-Unjoni billi l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jagħżlu li jużaw kwota ta’ flessibbiltà. Meta Stat Membru ma jkunx għażel l-użu tal-kwota ta’ flessibilità fir-rigward ta’ stokk partikolari, huwa xieraq li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jibqgħu japplikaw skont l-Artikolu 10(2) ta’ Regolament (UE) Nru 40/2013. |
|
(9) |
Fil-Laqgħa Annwali tagħha fl-2013, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) adottat Riżoluzzjoni li timmira lejn il-protezzjoni tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku u applikabbli għall-bastimenti tas-sajd fir-Reġistru tal-Bastimenti Awtorizzati tal-IOTC billi pprojbiet, bħala miżura pilota interim, li tinżamm abbord, tiġi ttrasbordata, tiġi żbarkata jew tinħażen kwalunkwe parti tal-karkassa jew karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku. Ir-riżoluzzjoni tipprovdi għal eċċezzjoni għas-sajd artiġanali, jiġifieri bastimenti tas-sajd li jiżvolġu operazzjonijiet tas-sajd fi ħdan iż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Istat Membru li jtajru l-bandiera tiegħu. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(10) |
Fil-laqgħa annwali tagħha tal-2010, il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) adottat rakkomandazzjoni li tillimita l-għadd ta’ bastimenti li qed jistadu b’mod attiv għall-alonga tal-Paċifiku tan-Nofsinhar fiż-Żona tal-Konvenzjoni fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Konsegwentement, għandu jiġi żgurat li l-bastimenti tal-Unjoni jibqgħu joperaw mingħajr ma jimmiraw lejn dik l-ispeċi fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S. Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(11) |
L-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet Norveġiżi u għall-bastimenti tan-Norveġja fl-ilmijiet tal-Unjoni huma stabbiliti kull sena fid-dawl tal-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tas-sajd li jsiru f’konformità mal-ftehimiet bilaterali dwar is-sajd man-Norveġja (7). Sa meta jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet dwar l-arranġamenti għall-2013, ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 iffissa opportunitajiet tas-sajd proviżorji għall-istokkijiet konċernati. Fit-18 ta’ Jannar 2013, ġew konklużi l-konsultazzjonijiet man-Norveġja, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 (8) emenda d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 40/2013. Madankollu, l-istokk tat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV ġie eskluż bi żball mir-Regolament (UE) Nru 297/2013. Barra minn hekk, l-ammont ta’ stokkafixx li n-Norveġja tista’ tistad għalih fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W ma jirriflettix ir-reġistru maqbul wara l-konsultazzjonijiet ma’ dak il-pajjiż. L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(12) |
Ġie identifikat żball fl-għadd ta’ bastimenti u l-kapaċità allokata lill-Unjoni u awtorizzata biex tistad għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC. L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif meħtieġ. |
|
(13) |
Skont l-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 u l-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati fil-livell tal-Unjoni għall-Kroazja fl-2013 għandhom jiġu inklużi fl-istrumenti rilevanti tal-Unjoni. Iċ-ċifri li jikkonċernaw is-sajd għat-tonn u l-kapaċitajiet tal-biedja tal-Kroazja miżjudin b’dan ir-Regolament jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) għall-pjan ta’ rkupru tat-tonn għall-Kroazja sal-2013. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (9), kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tiegħu hija proporzjonata mal-kwota tiegħu. |
|
(14) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-isforz tas-sajd għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013. Id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, ħlief għad-dispożizzjonijeit il-ġodda fir-rigward tad-WCPFC u l-IOTC, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet inklużi bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw mid-data tal-adeżjoni. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali għaliex l-opportunitajiet tas-sajd konċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-fatt li l-modifikazzjonijiet fir-reġimi tal-isforz għandhom effett dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi tal-flotot konċernati, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 754/2009
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, jitħassru l-punti (b) u (j).
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1262/2012
L-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 huwa emendat skont it-test li jinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 39/2013
1. L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat f’konformità mat-test li jinsab fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 40/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ ċerti stokkijiet 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:
2. Għal kwalunkwe waħda mill-ħażniet identifikati fil-paragrafu 1a, Stat Membru jista’ jagħżel li jżid is-sett inizjali tiegħu fil-kwota tal-Anness I sa 10 %. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. Wara tali notifika, il-kwota miżjuda għandha titqies bħala l-kwota allokata lil dak l-Istat Membru għall-2013. 3. Kwalunkwe kwantità utilizzata fl-2013 taħt tali kwota miżjuda li teċċedi l-kwota inizjali għandha titnaqqas fuq bażi ta’ tunnellata għal tunnellata għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014. 4. Kwalunkwe kwantità mhux utilizzata taħt il-kwota inizjali sa 10 % ta’ dik il-kwota għandha tiżdied għall-fini tal-ikkalkular tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2014. 5. Għandu jittieħed kont ta’ kwalunkwe kwantità trasferita lejn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif ukoll ta’ kwalunkwe kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-fini li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet utilizzati u l-kwantitajiet mhux utilizzati taħt il-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. 6. Fejn Stat Membru jkun uża l-għażla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ stokk partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m’għandhomx japplikaw għal tali stokk fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 10(2), l-ittri “l-Anness I ta” jitħassru. |
|
(3) |
l-Artikolu 23 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 23 Klieb il-baħar 1. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti ta’ karkassa jew karkassa sħiħa tal-pixxivolpi tal-ispeċijiet kollha tal-familja Alopiidae f’kull tip ta’ sajd. 2. Huma pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord jew l-iżbark ta’ kwalunkwe parti tal-karakassa jew il-karkassa sħiħa tal-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) fi kwalunkwe sajd, ħlief għal bastimenti li t-tul globali tagħhom huwa ta’ inqas minn 24 metru impenjati biss għall-operazzjonijiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Istat Membru li jtarju l-bandiera tiegħu, u sakemm il-qabda tagħhom tkun maħsuba biss għall-konsum lokali. 3. Meta l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jinqabdu b’mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. L-eżemplari għandhom jiġu rrilaxxati minnufih.”. |
|
(4) |
l-Artikolu 29 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 29 Kundizzjonijiet tas-sajd għat-tonn għajnu kbira, it-tonna safra, u l-alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiżdidux il-jiem tas-sajd allokati lill-bastimenti tas-sajd bil-purse seine għat-tonn għajnu kbira (Thunnus obesus), it-tonna safra (Thunnus albacares), u l-palamit (Katsuwonus pelamis) fil-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fl-ibħra internazzjonali u li jinsabu bejn 20° N u 20° S. 2. Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandux ikollhom l-alonga tal-Paiċifiku tan-Nofsinhar (Thunnus alalunga) fil-mira fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC fin-Nofsinhar ta’ 20° S.”. |
|
(5) |
l-Anness IA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
l-Anness ID huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(7) |
l-Anness IIA huwa emendat skont it-test li jidher fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
|
(8) |
l-Anness IV huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(9) |
l-Anness VI huwa emendat skont it-test li jidher tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikoli 3(1), 4(1), 4(2), 4(5) u 4(9) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013. L-Artikoli 1, 3(2) u 4(7) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2013 u l-Artikolu 4(6) u (8) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas-27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 214, 19.8.2009, p. 16).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 39/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa, għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54).
(6) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).
(7) Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 226, 29.8.1980, p. 48).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 297/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 44/2012, (UE) Nru 39/2013 u (UE) Nru 40/2013 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 10).
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1).
ANNESS I
Fil-Parti 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1262/2012, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
“2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘klieb il-baħar tal-baħar fond’ tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:
|
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 39/2013, l-erba’ entrati għall-komponent tat-Tramuntana tal-istokk tal-merluzz huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
|||||||
|
Id-Danimarka |
1 929 (2) |
TAC Analitika |
||||||
|
L-Isvezja |
164 (2) |
|||||||
|
L-Unjoni |
2 093 |
|||||||
|
TAC |
2 093 (1) |
|||||||
|
|
|||||||
|
Il-Belġju |
35 |
TAC Analitika |
||||||
|
Id-Danimarka |
1 409 |
|||||||
|
Il-Ġermanja |
162 |
|||||||
|
Franza |
312 |
|||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
81 |
|||||||
|
Ir-Renju Unit |
439 |
|||||||
|
L-Unjoni |
2 438 |
|||||||
|
TAC |
2 438 (3) |
|||||||
|
|
|||||||||||||||||
|
Il-Belġju |
TAC Analitika Japplika l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament |
|||||||||||||||||
|
Spanja |
11 478 (6) |
|||||||||||||||||
|
Franza |
||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
2 148 (6) |
|||||||||||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
||||||||||||||||||
|
L-Unjoni |
38 939 |
|||||||||||||||||
|
TAC |
38 939 (5) |
|||||||||||||||||
|
Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:
VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (HKE/*8ABDE) Il-Belġju 46 Spanja 1 852 Franza 1 852 L-Irlanda 231 Il-Pajjiżi l-Baxxi 23 Ir-Renju Unit 1 042 L-Unjoni 5 046 |
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||
|
Il-Belġju |
12 (7) |
TAC Analitika |
||||||||||||
|
Spanja |
7 991 |
|||||||||||||
|
Franza |
17 944 |
|||||||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
23 (7) |
|||||||||||||
|
L-Unjoni |
25 970 |
|||||||||||||
|
TAC |
25 970 (8) |
|||||||||||||
|
Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, fiż-żoni li ġejjin ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn taħt:
VI uVII; l-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta’ XII u XIV (HKE/*57-14) Il-Belġju 2 Spanja 2 315 Franza 4 166 Il-Pajjiżi l-Baxxi 7 L-Unjoni 6 490 ” |
||||||||||||||
(1) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(2) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(3) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(4) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għall-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(5) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
(6) Minbarra din il-kwota, Stat Membru jista’ jagħti allokazzjoni addizzjonali fi ħdan limitu ġenerali ta’ 1 % tal-kwota allokata lilu lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed jipparteċipaw fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, skont il-Kapitolu II tat-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.
(7) Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota għaż-żona IV u għall-ilmijiet tal-UE taż-żona IIa. Madankollu, trasferimenti bħal dawn iridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.
(8) Fit-TAC ġenerali li ġejja għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz:
69 440
ANNESS III
L-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 39/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
il-kolonna għar-Renju Unit (UK) fit-Tabella (c) tal-Appendiċi 1 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(b) |
il-kolonna għal Spanja (ES) fit-Tabella (d) tal-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
l-entrata għat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV tinbidel b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
l-entrata għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana ta’ 56° 30′N u ż-żona VII fil-Punent ta’ 12° W tinbidel b’dan li ġej:
|
||||||||||||||
(1) Għandhom jittieħdu mil-limiti tal-qbid tan-Norveġja stabbiliti skont l-arranġament tal-Istati Kostali.
(2) Kondizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona IV ma għandhiex tkun aktar minn 24 852 tunnellata, jiġifieri 25 % tal-kwota ta’ aċċess tan-Norveġja.”
ANNESS V
Fl-Anness ID tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, l-entrata għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u fil-Mediterran hija sostitwita b’din li ġejja:
|
|
|||||||
|
Ċipru |
TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. |
|||||||
|
Il-Greċja |
129,07 (7) |
|||||||
|
Spanja |
||||||||
|
Franza |
||||||||
|
L-Italja |
||||||||
|
Croatia |
||||||||
|
Malta |
||||||||
|
Il-Portugall |
235,50 (7) |
|||||||
|
Stati Membri oħra |
||||||||
|
L-Unjoni |
||||||||
|
TAC |
13 400 |
|||||||
(1) Bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Portugall u esklussivament bħala qbid inċidentali.
(2) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti ta’ qabdiet u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri li ġejjin għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*8301):
|
Spanja |
364,09 |
|
Franza |
164,27 |
|
L-Unjoni |
528,36 |
(3) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn li jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew li fih mhux inqas minn 70 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 1 tal-Anness IV (BFT/*641):
|
Franza |
100 |
|
L-Unjoni |
100 |
(4) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 2 tal-Anness IV (BFT/*8302):
|
Spanja |
50,09 |
|
Franza |
49,42 |
|
L-Italja |
39,01 |
|
Ċipru |
3,20 |
|
Malta |
4,71 |
|
L-Unjoni |
146,43 |
(5) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV (BFT/*643):
|
L-Italja |
39,01 |
|
L-Unjoni |
39,01 |
(6) Kondizzjoni speċjali: f’din it-TAC, il-limiti tal-qbid u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-qabdiet tat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm mill-bastimenti msemmijin fil-punt 3 tal-Anness IV għall-finijiet ta’ akkwakultura (BFT/*8303F):
|
Il-Kroazja |
351,53 |
|
L-Unjoni |
351,53 |
(7) B’ deroga mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009, is-sajd għat-tonn bil-purse seine huwa awtorizzat fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran mis-26 ta’ Mejju sal- 24 ta’ Ġunju 2013 inkluż.”
ANNESS VI
Fl-Anness IIA tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-kolonna għal Franza (FR) fl-Appendiċi 1 tinbidel b’dan li ġej:
|
“Irkaptu regolat |
FR |
|
TR1 |
1 505 354 |
|
TR2 |
6 496 811 |
|
TR3 |
101 316 |
|
BT1 |
0 |
|
BT2 |
1 202 818 |
|
GN |
342 579 |
|
GT |
4 338 315 |
|
LL |
125 141 ” |
ANNESS VII
L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 40/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IV
IŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT (1)
|
1. |
Għadd massimu ta’ dgħajjes tal-UE tal-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku
|
|
2. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni tas-sajd kostali artiġjanali awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Mediterran
|
|
3. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn 8 kg/75 ċm u 30 kg/115 ċm fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta’ akkwakultura
|
|
4. |
L-għadd massimu u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran
Tabella A
Tabella B
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
L-għadd massimu ta’ nases għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn awtorizzat minn kull Stat Membru
|
|
6. |
Il-kapaċità massima ta’ kultivazzjoni u ta’ tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-kontribut massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran
Tabella A
Tabella B
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
(2) Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.
(3) Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b’iktar minn ikrkaptu wieħed (bil-konz, bix-xolfa tal-idejn, bir-rixa).
(4) Dan in-numru jista’ jiżdied, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
ANNESS VIII
Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 40/2013, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
“2. |
Għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC
|