21.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1174/2013

tal-20 ta’ Novembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 u 12 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

(2)

F’Ottubru 2012, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati, l-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Separati. L-IFRS 10 ġie emendat sabiex jirrifletti aħjar il-mudell tan-negozju ta’ entitajiet ta’ investiment. Huwa jirrikjedi li entitajiet ta’ investiment ikejlu s-sussidjarji tagħhom fil-valur ġust permezz ta’ kont ta' profitt jew telf minflok jikkonsolidawhom. L-IFRS 12 ġie emendat sabiex jiġi jirrekjedi żvelar speċifiku dwar tali sussidjarji ta’ entitajiet ta’ investiment. L-emendi għall-IAS 27 neħħew ukoll l-għażla li kellhom l-entitajiet ta’ investiment biex ikejlu l-investimenti f’ċerti sussidjarji jew bil-valur tal-kost jew bil-valur ġust fir-rapporti finanzjarji separati tagħhom. L-emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27 jimplikaw bħala konsegwenza li jridu jsiru emendi għall-IFRS 1, IFRS 3, l-IFRS 7, l-IAS 7, l-IAS 12, l-IAS 24, l-IAS 32, l-IAS 34 u l-IAS 39 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(3)

L-emendi għall-IFRS 10, l-IAS 27 u ċerti emendi konsegwenzjali għal standards oħra jinkludu referenzi għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, li fil-preżent ma jistgħux jiġu applikati peress li l-IFRS 9 għadu ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rapportar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 10 Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati, huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(b)

L-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(c)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Separati huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(d)

L-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta' Standards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju, l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ negozji, l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, l-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus, l-IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul, l-IAS 24 Żvelar fuq Partijiet Relatati, l-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, l-IAS 34 Rappurtaġġ Finanzjarju Interim u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huma emendati skont l-emendi għall-IFRS 10 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji fl-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinqraw bħala referenza għall-IAS 39.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-Artikolu 1(1), sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi l-Brussell, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

IFRS 10

IFRS 10 –

Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Konsolidati

IFRS 12

IFRS 12

Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

IAS 27

IAS 27

Rapporti Finanzjarji Separati

"Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-IASB fil-websajt www.iasb.org"

Entitajiet ta' Investiment

(Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27)

Emendi għall-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati

Il-paragrafi 2 u 4 ġew emendati.

2

Sabiex jintlaħaq l-għan fil-paragrafu 1, dan l-IFRS:

(a)

(c)

jistabbilixxi kif għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-kontroll sabiex jiġi identifikat jekk investitur jikkontrollax destinatarju ta' investiment u għalhekk irid jikkonsolida d-destinatarju tal-investiment;

(d)

jistabbilixxi r-rekwiżiti kontabilistiċi għall-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji konsolidati; kif ukoll

(e)

jiddefinixxi entità ta' investiment u jistipula eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni ta' sussidjarji partikolari ta’ entità ta’ investiment.

3

4

Entità li tkun kumpanija prinċipali għandha tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati. Dan l-IFRS japplika għall-entitajiet kollha, għajr kif ġej:

(a)

(c)

entità ta' investiment ma għandhiex għalfejn tippreżenta rapporti finanzjarji konsolidati jekk tkun meħtieġa, skont il-paragrafu 31 ta' din l-IFRS, li tkejjel is-sussidjarji kollha tagħha skont il-valur ġust permezz tal-introjtu.

Wara l-paragrafu 26 jiżdiedu l-intestaturi u l-paragrafi 27–33.

DETERMINAZZJONI TA' JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

27

Kumpanija prinċipali għandha tiddetermina jekk hijiex entità ta' investiment. Entità ta' investiment hija entità li:

(a)

tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom servizzi ta' mmaniġġjar tal-investiment;

(b)

timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditu minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; kif ukoll

(c)

tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

Il-paragrafi B85A–B85M jipprovdu gwida relatata mal-applikazzjoni.

28

Fil-valutazzjoni ta' jekk tissodisfax id-definizzjoni fil-paragrafu 27, entità għandha tqis jekk għandhiex dawn il-karatteristiċi tipiċi ta' entità tal-investiment:

(a)

għandha aktar minn investiment wieħed (ara l-paragrafi B85O–B85P);

(b)

għandha aktar minn investitur wieħed (ara l-paragrafi B85Q–B85SP);

(c)

għandha investituri li mhumiex partijiet relatati tal-entità (ara l-paragrafi B85T–B85U); kif ukoll

(d)

għandha interessi ta' sjieda fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (ara l-paragrafi B85V–B85W).

In-nuqqas ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-karatteristiċi tipiċi mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tkun klassifikata bħala entità ta' investiment. Entità ta' investiment li ma jkollhiex dawn il-karatteristiċi tipiċi kollha tipprovdi d-divulgazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-paragrafu 9A tal-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

29

Jekk il-fatti u ċ-ċirkustanzi jindikaw li hemm bidliet f'xi wieħed jew aktar mit-tliet elementi li jiffurmaw id-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment, kif deskritt fil-paragrafu 27, jew il-karatteristiċi tipiċi ta' entità ta' investiment, kif deskritt fil-paragrafu 28, kumpanija prinċipali għandha tirrivaluta jekk hijiex entità ta' investiment.

30

Kumpanija prinċipali li ma tibqax entità ta’ investiment jew issir entità ta' investiment għandha tikkontabilizza l-bidla fl-istatus tagħha prospettivament mid-data li fiha seħħet il-bidla fl-istatus (ara l-paragrafi B100–B101).

ENTITAJIET TA' INVESTIMENT: EĊĊEZZJONI GĦALL-KONSOLIDAZZJONI

31

Ħlief kif deskritt fil-paragrafu 32, entità ta' investiment ma għandhiex tikkonsolida s-sussidjarji tagħha jew tapplika l-IFRS 3 meta tikseb il-kontroll ta’ entità oħra. Minflok, entità ta’ investiment għandha tkejjel investiment f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9 (1).

32

Minkejja r-rekwiżit fil-paragrafu 31, jekk entità ta’ investiment tkun sussidjarja li tipprovdi servizzi marbuta mal-attivitajiet ta' investiment tal-entità ta' investiment (ara l-paragrafi B85C–B85E), għandha tikkonsolida dik is-sussidjarja skont il-paragrafi 19–26 ta' dan l-IFRS u tapplika r-rekwiżiti tal-IFRS 3 għall-akkwiżizzjoni ta’ kwalunkwe sussidjarja bħal din.

33

Kumpanija prinċipali ta' entità ta' investiment għandha tikkonsolida l-entitajiet kollha li tikkontrolla, inklużi dawk ikkontrollati permezz ta’ sussidjarja ta' entità ta' investiment, sakemm il-kumpanija prinċipali nnifsha ma tkunx entità ta' investiment.

Fl-Appendiċi A, tiżdied definizzjoni ġdida.

grupp

entità ta’ investiment

Entità li:

(a)

tikseb fondi minn investitur wieħed jew aktar bl-iskop li tipprovdilhom ta' mmaniġġjar tal-investiment;

(b)

timpenja ruħha mal-investitur(i) li l-għan kummerċjali tagħha huwa biss li tinvesti fondi għal redditu minn apprezzament tal-kapital, introjtu mill-investiment, jew it-tnejn; kif ukoll

(c)

tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust.

Fl-Appendiċi B, jiżdiedu l-intestaturi u l-paragrafi B85A–B85W.

DETERMINAZZJONI TA' JEKK ENTITÀ HIJIEX ENTITÀ TA’ INVESTIMENT

B85A

Entità għandha tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha meta tivvaluta jekk hijiex entità ta' investiment, inkluż l-għan u l-istruttura tagħha. Entità li jkollha t-tliet elementi tad-definizzjoni ta’ entità ta’ investiment stabbiliti fil-paragrafu 27 hija entità ta' investiment. Il-paragrafi B85B – B85M jiddeskrivu l-elementi tad-definizzjoni f’aktar dettall.

Għan tal-operat

B85B

Id-definizzjoni ta' entità ta' investiment jeħtieġ li l-għan tal-entità jkun biss li tinvesti għall-apprezzament tal-kapital, introjtu minn investiment (bħal dividendi, imgħax jew introjtu minn kera), jew it-tnejn. Id-dokumenti li jindikaw x'inhuma l-għanijiet tal-entità ta' investiment, bħall-memorandum ta' offerta tal-entità, il-pubblikazzjonijiet imqassma mill-entità u dokumenti korporattivi jew ta' sħubija oħra, tipikament jipprovdu evidenza tal-għan tal-operat tal-entità ta' investiment. Aktar evidenza tista' tinkludi l-mod li bih l-entità tippreżenta ruħha lil partijiet oħra (bħal investituri potenzjali jew destinatarji ta' investiment potenzjali); pereżempju, entità tista' tippreżenta l-operat tagħha bħala li jipprovdi investiment fuq perjodu medju ta' żmien għal apprezzament tal-kapital. B’kuntrast, entità li tippreżenta ruħha bħala investitur li l-għan tiegħu huwa li b'mod konġunt jiżviluppa, jipproduċi jew jikkummerċjalizza prodotti mad-destinatarji ta' investiment tiegħu jkollha għan operazzjonali li mhuwiex konsistenti mal-għan operazzjonali ta' entità ta' investiment, għaliex l-entità tagħmel redditi mill-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-attività tal-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll mill-investimenti tagħha (ara l-paragrafu B85I).

B85C

Entità ta' investiment tista' tipprovdi servizzi relatati mal-investiment (eż. servizzi ta' pariri dwar l-investiment, immaniġġjar tal-investiment, appoġġ għall-investiment u servizzi amministrattivi), kemm direttament jew permezz ta’ sussidjarja, lil partijiet terzi kif ukoll lill-investituri tagħha, anki jekk dawk l-attivitajiet huma sostanzjali għall-entità.

B85D

Entità ta' investiment tista' wkoll tipparteċipa fl-attivitajiet relatati mal-investiment li ġejjin, jew direttament jew permezz ta’ sussidjarja, jekk dawn l-attivitajiet jitwettqu biex jiġi mmassimizzat ir-redditu mill-investiment (apprezzament tal-kapital jew introjtu mill-investiment) mid-destinatarji tal-investiment tagħha u ma jirrappreżentawx attività kummerċjali sostanzjali separata jew sors ta' introjtu sostanzjali separat għall-entità ta' investiment:

(a)

tipprovdi servizzi ta' mmaniġġjar u pariri strateġiċi lil destinatarju ta' investiment; kif ukoll

(b)

tipprovdi appoġġ finanzjarju lil destinatarju ta' investiment, bħal għoti ta' self, impenn ta' kapital jew garanzija.

B85E

Jekk entità ta’ investiment ikollha sussidjarja li tipprovdi servizzi jew attivitajiet relatati mal-investiment, bħal dawk deskritti fil-paragrafi B85C–B85D, lill-entità jew lil partijiet oħra, għandha tikkonsolida dik tas-sussidjarja skont il-paragrafu 32.

Strateġiji ta' ċessjoni

B85F

Il-pjanijiet ta’ entità tal-investiment jipprovdu wkoll evidenza tal-għan operazzjonali tagħha. Karatteristika li tiddistingwi entità ta’ investiment minn entitajiet oħra hija li entità ta' investiment ma tippjanax li żżomm l-investimenti tagħha b'mod indefinit; iżżommhom għal perjodu limitat. Minħabba li l-investimenti f'ekwità u l-investimenti f’assi mhux finanzjarji għandhom il-potenzjal li jinżammu indefinittivament, entità ta’ investiment għandu jkollha strateġija ta' ċessjoni li tiddokumenta kif l-entità tippjana li tirrealizza apprezzament tal-kapital minn sostanzjalment l-investimenti f'ekwità u l-investimenti f’assi mhux finanzjarji kollha tagħha. Entità ta' investiment għandu jkollha wkoll strateġija ta' ċessjoni għal kwalunkwe strument ta’ dejn li jkollu l-potenzjal li jinżamm indefinittivament, pereżempju investimenti f'dejn perpetwu. L-entità ma għandhiex għalfejn tiddokumenta strateġiji ta' ċessjoni speċifiċi għal kull investiment individwali iżda għandha tidentifika strateġiji potenzjali differenti għal tipi jew portafolji ta’ investmenti differenti, inkluż qafas ta' żmien sostantiv għaċ-ċessjoni tal-investimenti. Mekkaniżmi ta' ċessjoni li jeżistu biss għal meta sseħħ inadempjenza, bħal ksur ta’ kuntratt jew nonprestazzjoni, mhumiex meqjusa strateġiji ta' ċessjoni għall-iskop ta' din il-valutazzjoni.

B85G

L-istrateġiji ta' ċessjoni jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' investiment. Għall-investimenti f'titoli ta' ekwità privata, eżempji ta' strateġiji ta' ċessjoni jinkludu offerta inizjali għall-pubbliku, offerta privata, bejgħ intrakummerċjali (trade sale) ta’ negozju, distribuzzjonijiet (lill-investituri) ta’ interessi ta' sjieda fid-destinatarji ta' investiment u bejgħ ta' assi (inkluż il-bejgħ tal-assi ta' destinatarju ta' investiment segwit b'likwidazzjoni tad-destinatarju ta' investiment). Għall-investimenti f'ekwità li jkunu nnegozjati f'suq pubbliku, eżempji ta' strateġiji ta' ċessjoni jinkludu l-bejgħ tal-investiment f’offerta privata jew f'suq pubbliku. Għal investimenti fi propjetà immobbli, eżempju ta’ strateġija ta' ċessjoni huwa l-bejgħ tal-proprjetà immobbli permezz ta’ negozjanti tal-proprjetà speċjalizzati jew fis-suq miftuħ.

B85H

Entità ta’ investiment jista' jkollha investiment f’entità oħra ta’ investiment li tkun maħluqa b’rabta mal-entità għal raġunijiet ġuridiċi, regolatorji, fiskali jew raġunijiet kummerċjali simili. F'dan il-każ, l-investitur fl-entità ta' investiment ma jeħtiġlux ikollu strateġija ta' ċessjoni għal dak l-investiment, sakemm l-entità ta' investiment destinatarja tal-investiment ikollha strateġiji ta' ċessjoni xierqa għall-investimenti tagħha.

Qligħ minn investimenti

B85I

Entità ma tkunx qed tinvesti biss għall-apprezzament tal-kapital, l-introjtu mill-investiment, jew it-tnejn, jekk l-entità jew membru ieħor tal-grupp li fih l-entità (jiġifieri l-grupp li huwa kkontrollat mill-kumpanija prinċipali finali tal-entità ta' investiment) jikseb, jew għandu l-mira li jikseb, benefiċċji oħra mill-investimenti tal-entità li mhumiex disponibbli għal partijiet oħra li mhumiex relatati mad-destinatarju tal-investiment. Tali benefiċċji jinkludu:

(a)

il-akkwiżuzzjoni, l-użu, l-iskambju jew l-isfruttament ta' proċessi, assi jew teknoloġija ta' destinatarju tal-investiment. Dan jinkludi l-fatt li l-entità jew membru ieħor tal-grupp ikollhom drittijiet sproporzjonati, jew esklussivi, li jiksbu assi, teknoloġija, prodotti jew servizzi ta’ kwalunkwe destinatarju ta' investiment; pereżempju, billi jkollhom l-opzjoni li jixtru assi mingħand destinatarju ta' investiment jekk l-iżvilupp tal-assi jitqies suċċess;

(b)

arranġamenti konġunti (kif iddefinit fl-IFRS 11) jew ftehimiet oħra bejn entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarju ta' investiment biex jiġu żviluppati, prodotti, ikkummerċjalizzati jew ipprovduti prodotti jew servizzi;

(c)

garanziji finanzjarji jew assi provduti minn destinatarju ta' investiment biex iservu ta' kollateral għal arranġamenti ta’ teħid ta' self tal-entità jew membru ieħor tal-grupp (madankollu, entità ta' investiment xorta tibqa' tkun tista' tuża investiment f'destinatarju ta' investiment bħala kollateral għal kwalunkwe teħid ta' self min-naħa tagħha);

(d)

opzjoni miżmuma minn parti relatata tal-entità li takkwista, mingħand dik l-entità jew membru ieħor tal-grupp, interess ta' sjieda f'destinatarju ta' investiment tal-entità;

(e)

ħlief kif deskritt fil-paragrafu B85J, tranżazzjonijiet bejn l-entità jew membru ieħor tal-grupp u destinatarju ta' investiment li:

(i)

huma fuq termini li ma jkunux disponibbli għal entitajiet li la huma partijiet relatati tal-entità, la ta' membru ieħor tal-grupp u lanqas tad-destinatarju tal-investiment;

(ii)

ma humiex bil-valur ġust; jew

(iii)

jirrappreżentaw porzjon sostanzjali tal-attività kummerċjali tad-destinatarju tal-investiment jew tal-entità, inklużi attivitajiet ta' negozju ta' entitajiet oħra tal-grupp.

B85J

Entità ta' investiment jista' jkollha strateġija li tinvesti f'aktar minn destinatarju ta' investiment wieħed fl-istess industrija, suq jew żona ġeografika sabiex tibbenefika minn sinerġiji li jżidu l-apprezzament tal-kapital u l-introjtu minn investiment mingħand dawk id-destinatarji ta' investiment. Minkejja l-paragrafu B85I(e), entità ma tiġix skwalifikata milli tiġi kklassifikata bħala entità tal-investiment sempliċement għaliex dawn id-destinatarji ta' investiment jinnegozaw ma' xulxin.

Kejl tal-valur ġust

B85K

Element essenzjali tad-definizzjoni ta' entità ta' investiment huwa li din tkejjel u tevalwa l-prestazzjoni ta’ sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha abbażi tal-valur ġust, għax l-użu tal-valur ġust jirriżulta f'informazzjoni iktar rilevanti minn, pereżempju, il-konsolidazzjoni tas-sussidjarji tagħha jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità għall-interessi tagħha f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti. Sabiex turi li tissodisfa dan l-element tad-definizzjoni, entità ta’ investiment:

(a)

tipprovdi informazzjoni lill-investituri dwar il-valur ġust u fir-rapporti finanzjarji tagħha sostanzjalment tkejjel l-investimenti kollha tagħha skont il-valur ġust kull meta l-valur ġust ikun meħtieġ jew permess skont l-IFRSs; kif ukoll

(b)

tirrapporta l-informazzjoni dwar il-valur ġust internament lill-persunal prinċipali tal-maniġment tal-entità (kif iddefinit fl-IAS 24), li jużaw il-valur ġust bħala attribut primarju tal-kejl biex jevalwaw il-prestazzjoni ta' sostanzjalment l-investimenti kollha tagħha u biex jagħmlu deċiżjonijiet ta' investiment.

B85L

Sabiex tissodisfa r-rekwiżit f'B85K(a), entità tal-investiment:

(a)

tagħżel li tikkontabbilizza kwalunkwe proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment;

(b)

tagħżel l-eżenzjoni milli tapplika l-metodu tal-ekwità fl-IAS 28 għall-investimenti tagħha f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti; kif ukoll

(c)

tkejjel l-assi finanzjarji tagħha skont il-valur ġust bl-użu tar-rekwiżiti fl-ISRF 9.

B85M

Entità tal-investiment jista' jkollha xi assi mhux għall-investiment, bħall-proprjetà tal-uffiċċju prinċipali u tagħmir relatat, u jista’ wkoll ikollha obbligazzjonijiet finanzjarji. L-element tal-kejl tal-valur ġust tad-definizzjoni ta' entità tal-investiment fil-paragrafu 27(c) japplika għall-investimenti ta' entità tal-investiment. Għaldaqstant, entità tal-investiment ma jeħtiġilhiex tkejjel l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħha li mhumiex għall-investiment skont il-valur ġust.

Karatteristiċi tipiċi ta' entità tal-investiment

B85N

Fid-determinazzjoni ta’ jekk tissodisfax id-definizzjoni ta’ entità tal-investiment, entità għandha tikkunsidra jekk għandhiex il-karatteristiċi tipiċi ta' waħda (ara l-paragrafu 28). In-nuqqas ta’ xi karatteristika tipika minn dawn jew aktar mhux neċessarjament jiskwalifika entità milli tiġi kklassifikata bħala entità tal-investiment iżda huwa indikazzjoni li hemm bżonn ta' ġudizzju addizzjonali biex jiġi ddeterminat jekk l-entità hijiex entità tal-investiment.

Aktar minn investiment wieħed

B85O

Entità tal-investiment tipikament ikollha diversi investimenti biex tiddiversifika r-riskju tagħha u timmassimizza r-redditi tagħha. Entità jista' jkollha portafoll ta’ investimenti direttament jew indirettament, pereżempju billi jkollha investiment uniku f'entità tal-investiment oħra li min-naħa tagħha jkollha diversi investimenti.

B85P

Jista’ jkun hemm drabi meta l-entità jkollha investiment uniku. Madankollu, il-fatt li jkollha investiment uniku mhux neċessarjament jipprevjeni entità milli tissodisfa d-definizzjoni ta' entità tal-investiment. Pereżempju, entità tal-investiment jista' jkollha investiment uniku meta l-entità:

(a)

tkun fil-perjodu tal-bidu tagħha u tkun għadha ma identifikatx investimenti xierqa u għalhekk tkun għadha ma eżegwitx il-pjan tagħha tal-investiment li tikseb diversi investimenti;

(b)

tkun għadha ma għamiltx investimenti oħra biex tissostitwixxi dawk li ċediet;

(c)

tkun stabbilita biex tippulja l-fondi tal-investituri biex tinvesti f'fondi ta' investiment uniku meta dak l-investiment ma jkunx jista' jinkiseb minn investituri individwali (eż. meta l-investiment minimu meħtieġ ikun għoli wisq għal investitur individwali); jew

(d)

tkun fil-proċess ta' likwidazzjoni.

Aktar minn investitur wieħed

B85Q

Tipikament, entità tal-investiment ikollha diversi investituri li jippuljaw il-fondi tagħhom biex jiksbu aċċess għal servizzi ta' mmaniġġjar tal-investiment u opportunitajiet ta' investiment li għandhom mnejn ma kellhomx aċċess għalihom individwalment. Diversi investituri jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra fil-grupp li fih l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament kapitali jew introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85R

Alternattivament, entità tal-investiment tista' tiġi ffurmata minn jew għal investitur wieħed li jirrappreżenta jew jappoġġja l-interessi ta’ grupp usa’ ta’ investituri (eż. fond tal-pensjonijiet, fond ta’ investiment tal-gvern jew trust familjali).

B85S

Jista' wkoll ikun hemm drabi meta temporanjament l-entità jkollha investitur uniku. Pereżempju, entità tal-investiment jista' jkollha investitur uniku meta l-entità:

(a)

tkun fil-perjodu inizjali tal-offerta tagħha, li ma jkunx skada u l-entità tkun attivament qed tidentifika investituri adattati;

(b)

tkun għadha ma identifikatx investituri adattati biex jissostitwixxu interessi ta' sjieda li jkunu ġew mifdija; jew

(c)

tkun fil-proċess ta' likwidazzjoni.

Investituri mhux relatati

B85T

Tipikament, entità tal-investiment ikollha diversi investituri li ma jkunux partijiet relatati (kif iddefinit fl-IAS 24) tal-entità jew ta' membri oħra tal-grupp li fih l-entità. Diversi investituri mhux relatati jagħmluha anqas probabbli li l-entità, jew membri oħra tal-grupp li fih l-entità, jiksbu benefiċċji oħra apparti l-apprezzament kapitali jew introjtu mill-investiment (ara l-paragrafu B85I).

B85U

Madankollu, entità xorta tista' tikkwalifika bħala entità tal-investiment anki jekk l-investituri tagħha jkunu relatati mal-entità. Pereżempju, entità tal-investiment tista' twaqqaf fond separat ‘parallel’ għal grupp ta' impjegati tagħha (bħall-persunal maniġerjali prinċipali) jew għal investitur(i) ta' parti relalata oħra, li jirrifletti l-investimenti tal-fond prinċipali ta' investiment tal-entità. Dan il-fond ‘parallel’ jista' jikkwalifika bħala entità tal-investiment anki jekk l-investituri kollha tiegħu jkunu partijiet relatati.

Interessi ta’ sjieda

B85V

Entità tal-investiment tipikament hija, iżda mhix meħtieġa tkun, entità ġuridika separata. Interessi ta' sjieda f’entità tal-investiment tipikament ikunu fil-forma ta’ ekwità jew interessi simili (eż. interessi ta' sħubija), li jiġu attribwiti b'ishma proporzjonali tal-assi netti tal-entità tal-investiment. Madankollu, il-fatt li jkollha klassijiet differenti ta' investituri, li wħud minnhom ikollhom biss drittijiet għal investiment speċifiku jew għal gruppi ta' investimenti jew li jkollhom ishma proporzjonati differenti tal-assi netti, ma jipprekludix entità milli tkun entità tal-investiment.

B85W

Barra minn hekk, entità li jkollha interessi ta’ sjieda sinifikanti fil-forma ta' dejn li, skont IFRSs applikabbli oħrajn, ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' ekwità, xorta tista' tikkwalifika bħala entità tal-investiment, jekk id-detenturi tad-dejn jkunu skoperti għal redditi varjabbli minn bidliet fil-valur ġust tal-assi netti tal-entità.

Fl-Appendiċi B jiżdiedu l-intestatura u l-paragrafi B100 – B101.

KONTABBILIZZAZZJONI TA' TIBDIL FL-ISTATUS TAL-ENTITÀ TAL-INVESTIMENT

B100

Meta entità ma tibqax entità tal-investiment, għandha tapplika l-IFRS 3 għal kwalunkwe sussidjarja li preċedentement kienet titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu skont il-paragrafu 31. Id-data tal-bidla fl-istatus għandha tkun id-data meqjusa ta' akkwiżizzjoni. Il-valur ġust tal-kumpanija sussidjarja fid-data meqjusa tal-akkwiżizzjoni għandu jirrappreżenta dak li jitqies il-korrispettiv trasferit meta jitkejjel kull avvjament jew qligħ minn xiri bi prezz innegozjat li jirrizulta mill–akkwiżizzjoni meqjusa. Is-sussidjarji kollha għandhom jiġu kkonsolidati skont il-paragrafi 19–24 ta' dan l-IFRS mid-data tal-bidla fl-istatus.

B101

Meta entità ssir entità tal-investiment, hija ma għandhiex tibqa' tikkonsolida s-sussidjarji tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus, ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li għandha tkompli tiġi kkonsolidata skont il-paragrafu 32. L-entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi 25 u 26 għal dawk is-sussidjarji li ma tibqax tikkonsolida bħallikieku l-entità tal-investiment tilfet il-kontroll ta’ dawk is-sussidjarji f'dik id-data.

Fl-Appendiċi C, jiżdied il-paragrafu ġdid C1B.

C1B

Entitajiet tal-Investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, il-paragrafi emendati 2, 4, C2A, C6A u l-Appendiċi A u l-paragrafi miżjuda 27–33, B85A–B85W, B100–B101 u C3A–C3F. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

Fl-Appendiċi C, jiġi emendat il-paragrafu C2A.

C2A

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 28 tal-IAS 8, meta jiġi applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS, u, jekk aktar tard, meta l-emendi tal-Entitajiet tal-Investiment għal dan l-IFRS jiġu applikati għall-ewwel darba, entità teħtieġ biss li tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għall-perjodu annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS (’il-perijodu immedjatament preċedenti’). Entità tista’ wkoll tippreżenta din l-informazzjoni għall-perjodu attwali jew għal perjodi komparattiv ta' qabel, iżda mhix meħtieġa tagħmel hekk.

Fl-Appendiċi C, jiżdiedu l-paragrafi ġodda C3A–C3F.

C3A

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità għandha tivvaluta jekk hijiex entità tal-investiment abbażi l-fatti u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu f'dik id-data. Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tikkonkludi li hija entità tal-investiment, għandha tapplika r-rekwiżiti tal-paragrafi C3B–C3F minflok tal-paragrafi C5–C5A.

C3B

Ħlief għal kwalunkwe sussidjarja li hija kkonsolidata skont il-paragrafu 32 (li għaliha japplikaw il-paragrafi C3 u C6 jew il-paragrafi C4 – C4C, skont liema rilevanti), l-entità tal-investiment għandha tkejjel l-investiment tagħha f’kull sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu bħal li kieku kienu dejjem effettivi r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entità tal-investiment għandha taġġusta retrospettivament kemm il-perjodu annwali li jippreċedi immedjatament id-data tal-applikazzjoni inizjali u l-ekwità fil-bidu fil-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a)

ammont riportat preċedenti tal-impriża sussidjarja; kif ukoll

(b)

il-valur ġust tal-investiment tal-entità tal-investiment fis-sussidjarja.

L-ammont kumulattiv ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust rikonoxxut preċedentament f'introjtu komprensiv ieħor għandu jiġi ttrasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali.

C3C

Qabel id-data li jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità tal-investiment għandha tuża l-ammonti tal-valur ġust li kienu rrapportati preċedentament lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta' jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

C3D

Jekk il-kejl ta' investiment f’sussidjarja skont il-paragrafi C3B– C3C ikun imprattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8), entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih tkun prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi C3B–C3C, u li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli ma jkunx il-perjodu attwali. Jekk dan ikun il-każ, l-aġġustament fl-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

C3E

Jekk entità tal-investiment tkun ċediet, jew tilfet il-kontroll ta’ investiment f’sussidjarja qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS, l-entità tal-investiment mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti ta' dik is-sussidjarja.

C3F

Jekk entità tapplika l-emendi tal-Entitajiet tal-Investiment għal perjodu aktar tard minn meta tapplika l-IFRS 10 għall-ewwel darba, referenzi għal ’id-data tal-applikazzjoni inizjali’ fil-paragrafi C3A–C3E għandhom jinqraw bħala ’il-bidu tal-perjodu ta’ rappurtar annwali li l-emendi fl-Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, jiġu applikati għall-ewwel darba.’

Fl-Appendiċi C, huwa emendat il-paragrafu C6A.

C6A

Minkejja referenzi għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali (il-'perjodu immedjatament preċedenti') fil-paragrafi C4-C5A, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu preċedenti, ir-referenzi kollha għal ‘il-perjodu immedjatament preċedenti’ fil-paragrafi C3B–C5A għandhom jinqraw bħala ‘l-aktar perjodu kmieni komparattiv aġġustat ippreżentat’.

Appendiċi

Emendi konsegwenzjali għal Standards oħra

Din l-appendiċi tistipula emendi għal Standards oħra li huma b'konsegwenza li l-IASB joħroġ Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27). Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin. Il-paragrafi emendati jintwerew bit-test il-ġdid b’linja taħtu u t-test imħassar ingassat.

IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju

Jiżdied il-paragrafu 39T.

39T

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi D16, D17 u l-Appendiċi C u żiedu intestatura u l-paragrafi E6–E7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

L-Appendiċi C hija emendata.

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-IFRS. Entità għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin għal kombinamenti ta' negozji li l-entità rikonoxxiet qabel id-data ta' tranżizzjoni għall-IFRSs. Din l-Appendiċi għandha tkun applikata biss għal kombinamenti ta' negozji li jaqgħu taħt l-IFRS 3 Kombinamenti ta' Negozji.

Fl-Appendiċi D, il-paragrafi D16–D17 huma emendati.

D16

Jekk xi kumpanija sussidjarja tadotta l-IFRS għall-ewwel darba aktar tard mill-kumpanija prinċipali tagħha, il-kumpanija sussidjarja għandha, fir-rapporti finanzjarji tagħha, tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha jew:

(a)

skont l-ammonti riportati li kieku jiġu inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-kumpanija prinċipali, abbażi tad-data ta' tranżizzjoni tal-kumpanija prinċipali għall-IFRSs, jekk ma' kinux saru aġġustamenti fil-proċeduri ta' konsolidazzjoni u għall-effetti tal-kombinament tan-negozji li fih il-kumpanija prinċipali akkwistat lis-sussidjarja (din l-għażla mhijiex disponibbli għal sussidjarja ta' entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, li hija meħtieġa tkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu); jew

(b)

D17

Iżda, jekk entità tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba aktar tard mis-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) tagħha, l-entità għandha, fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha, tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta) bl-istess ammonti riportati fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew il-kumpanija assoċjata jew l-impriża konġunta), wara li taġġusta għall-konsolidazzjoni u l-aġġustamenti fil-kontabbiltà tal-ekwità u għall-effetti tal-kombinament tan-negozji li fih l-entità tkun akkwistat lis-sussidjarja. Minkejja dan ir-rekwiżit, entità prinċipali mhux tal-investiment ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni għal konsolidazzjoni li tintuża minn kwalunkwe entità tal-investiment sussidjarja. …

Fl-Appendiċi E, wara il-paragrafu E5, jiżdiedu l-intestatura u l-paragrafi E6–E7.

Entitajiet tal-investiment

E6

Kumpanija prinċipali li tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba, għandha tivvaluta jekk hijiex entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, abbażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jkunu jeżistu fid-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs.

E7

Entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 u li tadotta l-IFRSs għall-ewwel darba tista' tapplika d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafi C3C–C3D tal-IFRS 10 u fil-paragrafi 18C–18G tal-IAS 27 jekk l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS ikunu għal perjodu annwali li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2014 jew qabel. Ir-referenzi f’dawk il-paragrafi għall-perjodu annwali li jippreċedi immedjatament id-data tal-applikazzjoni inizjali għandhom jinqraw bħala l-eqreb perjodu annwali ppreżentat. Konsegwentement, ir-referenzi f'dawk il-paragrafi għandhom jinqraw bħala d-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs.

IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozju

Il-paragrafu 7 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 2A u 64G.

2A

Ir-rekwiżiti ta' dan l-istandard ma japplikawx għall-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment, kif iddefinita fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ta' investiment f'sussidjarja li jkun meħtieġ jitkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

7

Il-gwida fl-IFRS 10 għandha tintuża biex jiġi identifikat l-akkwirent …

64G

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 7 u żiedu l-paragrafu 2A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawn l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni (Żvelar)

Il-paragrafu 3 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 44X.

3

Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpanniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpanniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS u, għal dawk imkejla skont il-valur ġust, ir-rekwiżiti tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-IFRS għad-derivattivi marbutin ma' interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti sakemm id-derivattiv ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ strument ta' ekwità fl-IAS 32.

44X

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

L-IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus

Il-paragrafi 42A u 42B huma emendati u l-paragrafi 40A u 58 huma miżjuda.

40A

Entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ma għandhiex għalfejn tapplika l-paragrafi 40(c) jew 40(d) għal investiment f’sussidjarja li huwa meħtieġ jitkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

42A

Flussi ta’ flus li jirriżultaw minn bidliet f’interessi ta' sjieda f’sussidjarja li ma jirriżultawx f’telf ta’ kontroll għandhom jiġu kklassifikati bħala flussi ta’ flus minn attivitajiet ta’ finanzjament, sakemm is-sussidjarja mhijiex ta' entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10, u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu.

42B

Tibdil fl-interessi ta' sjieda f'sussidjarja li ma jirriżultax f'telf ta' kontroll, bħall-akkwist jew il-bejgħ suċċessiv minn kumpanija prinċipali tal-istrumenti tal-ekwità tas-sussidjarja, jiġi kkontabilizzat bħala tranżazzjonijiet ta' ekwità (ara l-IFRS 10, sakemm is-sussidjarja ma tkux ta' entità tal-investiment u tkun meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu. Għaldaqstant, il-flussi ta’ flus li jirriżultaw jiġu kklassifikati bl-istess mod bħal tranżazzjonijiet oħra mas-sidien deskritti fil-paragrafu 17.

58

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 42A u 42B u żiedu l-paragrafu 40A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IAS 12 Taxxi fuq id-Dħul

Il-paragrafi 58 u 68C huma emendati u jiżdied il-paragrafu 98C.

58

Taxxa kurrenti u differita għandha tiġi rrikonoxxuta bħala dħul jew nefqa u inkluża fl-introjtu għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn:

(a)

(b)

kombinament ta’ negozji (minbarra l-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment, kif iddefinit fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, ta' sussidjarja li hija meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu) (ara l-paragrafi 66 sa 68).

68C

Kif ġie osservat fil-paragrafu 68A, l-ammont ta’ tnaqqis għat-taxxa (jew tnaqqis għat-taxxa smat għall-futur, imkejjel skont il-paragrafu 68B) jista’ jkun differenti min-nefqa relatata kumulattiva mar-remunerazzjoni. Il-paragrafu 58 tal-Istandard jirrikjedi li t-taxxa kurrenti u differita għandha tiġi rrikonoxxuta bħala dħul jew nefqa u inkluża fl-introjtu għall-perjodu, sakemm it-taxxa ma tirriżultax minn (a) tranżazzjoni jew avveniment li huma rikonoxxuti, fl-istess perjodu jew f'perjodu differenti, 'il barra mill-introjtu, jew (b) kombinament ta’ negozji (minbarra l-akkwiżizzjoni minn entità tal-investiment ta’ sussidjarja li hija meħtieġa titkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu). Jekk l-ammont ta’ tnaqqis fit-taxxa (jew tnaqqis fit-taxxa smat għall-futur) jaqbeż l-ammont tan-nefqa kumulattiva relatata mar-remunerazzjoni, dan jindika li t-tnaqqis tat-taxxa mhuwiex relatat biss man-nefqa tar-remunerazzjoni iżda wkoll ma’ xi entrata ta' ekwità. F’din is-sitwazzjoni, l-eċċess tat-taxxa kurrenti jew differita assoċjata għandu jkun rikonoxxut direttament f'ekwità.

98C

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 58 u 68C. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IAS 24 Divulgazzjoni dwar (Żvelar fuq) Partijiet Relatati

Il-paragrafi 4 u 9 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 28B.

4

Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta' parti relatata ma' entitajiet oħra fi grupp jiġu ddivulgati fir-rapporti finanzjarji ta' entità. Tranżazzjonijiet u bilanċi pendenti ta' parti relatata fl-istess grupp, ħlief għal dawk bejn entità tal-investiment u s-sussidjarji tagħha imkejla bil-valur ġust permezz tal-introjtu, fil-preparazzjoni ta' rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp.

9

It-termini ‘kontroll’ u ’entità tal-investiment’, ‘kontroll konġunt’ u ‘influwenza sinifikanti’ huma ddefiniti fl-IFRS 10, l-IFRS 11 Impriżi Konġunti u l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u f’Impriżi Konġunti u huma użati f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs.

28B

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 4 u 9. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Il-paragrafu 4 huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 97N.

4

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a)

dawk l-interessi f'sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti li jiġu kontabbilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta bl-użu tal-IFRS 9; f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS. L-entitajiet għandhom ukoll japplikaw dan l-Istandard għad-derivattivi kollha marbutin mal-interessi fis-sussidjarji, kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti.

97N

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim

Il-paragrafu 16A huwa emendat u jiżdied il-paragrafu 54. It-test il-ġdid huwa sottolinjat.

16A

Minbarra li tiddivulga avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma tkunx iddivulgata x’imkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Normalment din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ dik is-sena finanzjarja sal-jum attwali.

(a)

(k)

għal entitajiet li qed isiru, jew li mhux ser jibqgħu, entitajiet tal-investiment, kif iddefiniti fl-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, id-divulgazzjonijiet fl-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra l-paragrafu 9B.

54

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 16A. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2014. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dik l-emenda aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafi 2 u 80 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 103R.

2

Dan l-Istandard għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju minbarra:

(a)

dawk l-interessi f’sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li jiġu kkontabilizzati skont l-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati jew l-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. Madankollu, f’xi każijiet, l-IFRS 10, l-IAS 27 jew l-IAS 28 jeħtieġu jew jippermettu lil entità tikkontabbilizza interess f’sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta skont uħud mir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard jew skonthom kollha. L-entitajiet għandhom japplikaw dan l-Istandard ukoll għal derivattivi fuq interess f'sussidjarja, kumpanija assoċjata jew impriża konġunta sakemm id-derivattiv ma jissodisfax id-definizzjoni ta' strument tal-ekwità tal-entità fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji. Preżentazzjoni.

(b)

(g)

kwalunkwe kuntratt forward bejn akkwirent u azzjonist bejjiegħ għax-xiri jew il-bejgħ ta' akkwiżit li jirriżulta f’kombinament ta’ negozju fl-ambitu tal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji f’data ta’ akkwiżizzjoni futura. It-terminu tal-kuntratt forward ma għandux jaqbeż perjodu raġonevoli li normalment huwa neċessarju sabiex tinkiseb kwalukwe approvazzjoni meħtieġa u titlesta t-tranżazzjoni.

80

B'hekk l-kontabbilizzazzjoni tal-ħeġġ tista' tiġi applikata għal tranżazzjonijiet bejn entitajiet fl-istess grupp fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta' dawk l-entitajiet biss u mhux fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp, għajr għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' entità tal-investiment, kif definit fl-IFRS 10, fejn it-tranżazzjonijiet bejn entità tal-investiment u s-sussidjarji tagħha imkejla skont il-valur ġust permezz tal-introjtu mhux ser jiġu eliminati fir-rapporti finanzjarji konsolidati. …

103R

Entitajiet tal-Investiment (Emendi fl-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 2 u 80. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija tal-Entitajiet tal-Investiment. Jekk entità tapplika dawk l-emendi aktar kmieni hija għandha tapplika wkoll l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

Emendi fl-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra

Il-paragrafu 2 huwa emendat.

2

Biex jinkiseb l-għan tal-paragrafu 1, entità għandha tiddivulga:

(a)

il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li għamlet meta ddeterminat:

(i)

in-natura tal-interess tagħha f’entità jew arranġament ieħor;

(ii)

it-tip ta’ arranġament konġunt li fih għandha interess (paragrafi 7 – 9);

(iii)

li tissodisfa d-definizzjoni ta’ entità tal-investiment, jekk applikabbli (paragrafu 9A); kif ukoll

(b)

Wara l-paragrafu 9, jiżdiedu l-intestatura u l-paragrafi 9A – 9B.

Status tal-entità tal-investiment

9A

Meta kumpanija prinċipali tiddetermina li hija entità tal-investiment skont il-paragrafu 27 tal-IFRS 10, l-entità tal-investiment għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-ġudizzji u s-suppożizzjonijiet sinifikanti li tkun għamlet fid-determinazzjoni li hija entità tal-investiment. Jekk l-entità tal-investiment ma għandhiex karatteristika tipika waħda jew aktar ta' entità tal-investiment (ara l-paragrafu 28 tal-IFRS 10), għandha tiddivulga r-raġunijiet tagħha għalfejn ikkonkludiet li xorta waħda hija entità tal-investiment.

9B

Meta entità ssir, jew ma tibqax entità tal-investiment, għandha tiddivulga l-bidla fl-istatus ta’ entità tal-investiment u r-raġunijiet għall-bidla. Barra minn hekk, entità li ssir entità tal-investiment għandha tiddivulga l-effett tal-bidla fl-istatus fuq ir-rapporti finanzjarji għall-perjodu ppreżentat, inkluż:

(a)

il-valur ġust totali, mid-data tal-bidla fl-istatus, tas-sussidjarji li ma jibqgħux jiġu kkonsolidati;

(b)

l-introjtu totali, jekk ikun hemm, ikkalkolat skont il-paragrafu B101 tal-IFRS 10; kif ukoll

(c)

l-entrata/i fil-linja tal-introjtu li fiha(fihom) jiġi rikonoxxut l-introjtu (jekk mhux ippreżentat separatament).

Wara l-paragrafu 19, jiżdiedu l-intestatura u l-paragrafi 19A-19G.

INTERESSI F'SUSSIDJARJI MHUX KONSOLIDATI (ENTITAJIET TAL-INVESTIMENT)

19A

Entità tal-investiment li, skont l-IFRS 10, hija meħtieġa tapplika l-eċċezzjoni għal konsolidazzjoni u minflok tikkontabilizza l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu għandha tiddivulga dak il-fatt.

19B

Għal kull sussidjarja mhux konsolidata, entità tal-investiment għandha tiddivulga:

(a)

isem is-sussidjarja;

(b)

il-post prinċipali tal-operat (u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni jekk differenti mill-post prinċipali tal-operat) tas-sussidjarja; kif ukoll

(c)

il-proporzjon tal-interess tas-sjieda miżmum mill-entità tal-investiment u, jekk differenti, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot miżmuma.

19C

Jekk entità tal-investiment hija l-kumpanija principali ta' entità tal-investiment oħra, il-kumpanija prinċipali għandha tipprovdi wkoll id-divulgazzjonijiet f'19B(a)–(c) għall-investimenti li huma kkontrollati mill-entità tal-investiment sussidjarja tagħha. Id-divulgazzjoni tista' tiġi pprovduta billi fir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija prinċipali jiġu inklużi r-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja (jew sussidjarji) li jkun fihom l-informazzjoni imsemmija hawn fuq.

19D

Entità tal-investiment għandha tiddivulga:

(a)

in-natura u l-firxa ta’ kwalunkwe restrizzjoni sinifikanti (eż. li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ teħid ta' self, rekwiżiti regolatorji jew arranġamenti kuntrattwali) fuq l-abilità ta' sussidjarja mhux konsolidata li tittrasferixxi fondi lill-entità tal-investiment fil-forma ta’ dividendi fi flus jew li tħallas lura selfiet jew pagamenti akkont bil-quddiem li jkunu saru lis-sussidjarja mhux konsolidata mill-entità tal-investiment; kif ukoll

(b)

kwalunkwe impenn attwali jew intenzjoni li tagħti appoġġ finanzjarju jew ieħor lil sussidjarja mhux konsolidata, inkluż impenji jew intenzjonijiet biex tgħin lis-sussidjarja tikseb għajnuna finanzjarja.

19E

Jekk, matul il-perjodu tar-rappurtar, entità tal-investiment jew kwalunkwe sussidjarja tagħha tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità sussidjarja mhux konsolidata (eż. xiri ta’ assi, jew strumenti maħruġa mis-sussidjarja, jew għenet lis-sussidjarja tikseb appoġġ finanzjarju), l-entità għandha tiddivulga:

(a)

it-tip u l-ammont ta’ appoġġ mogħti lil kull sussidjarja mhux konsolidati; kif ukoll

(b)

ir-raġunijiet għall-għoti tal-appoġġ.

19F

Entità tal-investiment għandha tiddivulga t-termini ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali li jista' jeħtieġ lill-entità jew lis-sussidjarji mhux konsolidati tagħha jagħtu appoġġ finanzjarju lil entità strutturata kontrollata mhux konsolidata, inklużi avvenimenti jew ċirkostanzi li jistgħu jesponu lill-entità li tkun qed tirrapporta għal telf (eż arranġamenti tal-likwidità jew skattaturi ta' klassifikazzjoni tal-kreditu assoċjati ma’ obbligi li tixtri assi tal-entità strutturata jew li tipprovdi appoġġ finanzjarju).

19G

Jekk waqt il-perjodu tar-rappurtar entità tal-investiment jew kwalukwe sussidjarja mhux konsolidata tkun tat, bla obbligu kuntrattwali li tagħmel hekk, appoġġ finanzjarju jew ieħor lil entità strutturata mhux konsolidata li l-entità tal-investiment ma kinitx tikkontrolla, u jekk dak l-għoti ta' appoġġ irriżulta f'li l-entità tal-investiment tikkontrolla l-entità strutturata, l-entità tal-investiment għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-fatturi rilevanti għalfejn waslet għad-deċiżjoni li tipprovdi dak l-appoġġ.

Wara l-paragrafu 21, jiżdied il-paragrafu 21A.

21A

Entità tal-investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 21(b)–21(c).

Wara l-paragrafu 25, jiżdied il-paragrafu 25A.

25A

Entità tal-investiment ma għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24 għal entità strutturata mhux konsolidata li tikkontrolla u li għaliha tippreżenta d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafi 19A–19G.

Fl-Appendiċi A, jiżdied terminu.

Dawn it-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-IAS 27 (kif emendat fl-2011), fl-IAS 28 (kif emendat fl-2011), fl-IFRS 10 u fl-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati f’dawk l-IFRSs:

kumpanija assoċjata

rapporti finanzjarji konsolidati

kontroll ta’ entità

metodu tal-ekwità

grupp

entità tal-investiment

arranġament konġunt

Fl-Appendiċi C, jiżdied il-paragrafu C1B.

C1B

Entitajiet tal-investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafu 2 u l-Appendiċi A, u żiedu l-paragrafi 9A–9B, 19A–19G, 21A u 25A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Tista' ssir adozzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

Emendi għall-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Separati

Il-paragrafi 5-6 huma emendati.

5

It-termini li ġejjin huma ddefiniti fl-Appendiċi A tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati, fl-Appendiċi A tal-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u fil-paragrafu 3 tal-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti:

kumpanija assoċjata

kontroll ta' destinatarja ta' investiment

grupp

entità tal-investiment

kontroll konġunt

6

Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati apparti r-rapporti finanzjarji konsolidati jew apparti r-rapporti finanzjarji li fihom investimenti f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jiġu kontabilizzati abbażi tal-metodu tal-ekwità, minbarra fiċ-ċirkustanzi stipulati fil-paragrafu 8–8A. Rapporti finanzjarji separati ma għandhomx għalfejn jiġu mehmużin ma' dawk ir-rapporti jew jakkumpanjawhom.

Wara l-paragrafu 8, jiżdied il-paragrafu 8A.

8A

Entità tal-investiment li hija meħtieġa, matul il-perjodu attwali u matul l-perjodi komparattivi kollha ppreżentati, tapplika l-eċċezzjoni għall-konsolidazzjoni għas-sussidjarji kollha tagħha skont il-paragrafu 31 tal-IFRS 10 tippreżenta rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha.

Wara l-paragrafu 11, jiżdiedu l-paragrafi 11A–11B.

11A

Jekk kumpanija prinċipali hija meħtieġa, skont il-paragrafu 31 tal-IFRS 10, tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9, għandha wkoll tikkontabilizza l-investiment tagħha f’sussidjarja bl-istess mod fir-rapporti finanzjarji separati tagħha.

11B

Meta kumpanija prinċipali ma tibqax entità tal-investiment, jew issir entità tal-investiment, għandha tikkontabilizza għall-bidla mid-data meta sseħħ il-bidla fl-istatus, kif ġej:

(a)

meta entità ma tibqax entità tal-investiment, l-entità għandha, skont il-paragrafu 10, jew:

(i)

tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont il-kost. Il-valur ġust tas-sussidjarja fid-data tal-bidla fl-istatus għandu jintuża bħala l-kost meqjus f'dik id-data; jew

(ii)

tkompli tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont l-IFRS 9.

(b)

meta entità ssir entità tal-investiment, għandha tikkontabbilizza investiment f’sussidjarja skont il-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9. Id-differenza bejn l-ammont riportat preċedenti tas-sussidjarja u l-valur ġust tagħha fid-data tal-bidla fl-istatus tal-investitur għandha tiġi rikonoxxuta bħala qligħ jew telf fl-introjtu. L-ammont kumulattiv ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust preċedenti rikonoxxut f'introjtu ieħor komplessiv fir-rigward ta’ dawk is-sussidjarji għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku l-entità tal-investiment ċediet dawk is-sussidjarji fid-data tal-bidla l-istatus.

Wara l-paragrafu 16, jiżdied il-paragrafu 16A.

16A

Meta entità tal-investiment li tkun kumpanija prinċipali (għajr kumpanija prinċipali koperta mill-paragrafu 16) tħejji, skont il-paragrafu 8A, rapporti finanzjarji separati bħala l-uniċi rapporti finanzjarji tagħha, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entità tal-investiment għandha wkoll tippreżenta d-divulgazzjonijiet relatati mal-entitajiet tal-investiment meħtieġa mill-IFRS 12 Divulgazzjoni ta’ Interessi f’Entitajiet Oħra.

Il-paragrafu 17 huwa emendat.

17

Meta kumpanija prinċipali (għajr kumpanija prinċipali koperta mill-paragrafu 16-16A) jew investitur b'kontroll konġunt ta', jew b'influwenza sinifikanti fuq, destinatarja ta' investiment, tħejji rapporti finanzjarji separati, il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandha tidentifika r-rapporti finanzjarji mħejjija skont l-IFRS 10, l-IFRS 11 jew l-IAS 28 (kif emendati fl-2011) li jkunu relatati magħhom. Il-kumpanija prinċipali jew l-investitur għandhom ukoll jiddivulgaw fir-rapporti finanzjarji separati tagħhom:

(a)

Il-paragrafu 18 huwa emendat.

18

…Jekk entità tapplika dan l-Istandard aktar kmieni, għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-IFRS 10, l-IFRS 11, l-IFRS 12 u l-IAS 28 (kif emendat fl-2011) fl-istess ħin.

Wara l-paragrafu 18, jiżdiedu l-paragrafi 18A–18I.

18A

Entitajiet tal-Investiment (Emendi għall-IFRS 10, l-IFRS 12 u l-IAS 27), maħruġa f'Ottubru 2012, emendaw il-paragrafi 5, 6, 17 u 18, u żiedu l-paragrafi 8A, 11A–11B, 16A u 18B-18I. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara. Tista' ssir adozzjoni bikrija. Jekk entità tapplika dawk l-emendi qabel, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u tapplika l-emendi kollha inklużi fl-Entitajiet tal-Investiment fl-istess ħin.

18B

Jekk, fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi Entitajiet tal-Investiment (li, għall-għanijiet ta' dan l-IFRS, hija l-bidu tal-perjodu tar-rappurtar annwali li għalih dawk l-emendi huma applikati għall-ewwel darba), kumpanija prinċipali tikkonkludi li hija entità tal-investiment, għandha tapplika l-paragrafi 18C–18I għall-investiment tagħha f’sussidjarja.

18C

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment li qabel kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja skont il-kost, minflok għandha tkejjel dak l-investiment bil-valur ġust permezz tal-introjtu daqslikieku r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS minn dejjem kienu effettivi. L-entità tal-investiment għandha taġġusta retrospettivament il-perjodu annwali li jiġi immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali u għandha taġġusta l-qligħ imfaddal fil-bidu fil-perijodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; kif ukoll

(b)

il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

18D

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment li qabel kienet tkejjel l-investiment tagħha f’sussidjarja bil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komplessiv għandha tkompli tkejjel dak l-investiment bil-valur ġust. L-ammont kumulattiv ta' kwalunkwe aġġustament fil-valur ġust rikonoxxut preċedentament f'introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi ttrasferit fil-qligħ imfaddal fil-bidu tal-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali.

18E

Fid-data tal-applikazzjoni inizjali, entità tal-investiment ma għandhiex tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti għal interess f’sussidjarja li preċedentement kienet għażlet li tkejjel bil-valur ġust permezz tal-introjtu skont l-IFRS 9, kif permess fil-paragrafu 10.

18F

Qabel id-data li jiġi adottat l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust, entità tal-investiment għandha tuża l-ammonti tal-valur ġust rapportati preċedentament lill-investituri jew lill-maniġment, jekk dawk l-ammonti jirrappreżentaw l-ammont li bih seta' jiġi skambjat l-investiment bejn partijiet infurmati u disposti fi tranżazzjoni distakkata fid-data tal-valwazzjoni.

18G

Jekk il-kejl ta' investiment fis-sussidjarja skont il-paragrafi 18C–18F ma jkunx prattikabbli (kif iddefinit fl-IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji), entità tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni li għalih hija prattikabbli l-applikazzjoni tal-paragrafi 18C–18F, li jista' jkun il-perjodu attwali. L-investitur għandu jaġġusta retrospettivament il-perjodu annwali immedjatament qabel id-data preċedenti tal-applikazzjoni inizjali, sakemm il-bidu tal-aktar perjodu bikri li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu tkun prattikabbli mhuwiex il-perjodu attwali. Meta d-data li tkun prattikabbli għall-entità tal-investiment li tkejjel il-valur ġust tas-sussidjarja tkun qabel il-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti, l-investitur għandu jaġġusta l-ekwità fil-bidu tal-perjodu immedjatament preċedenti għal kwalunkwe differenza bejn:

(a)

l-ammont riportat preċedenti tal-investiment; kif ukoll

(b)

il-valur ġust tal-investiment tal-investitur fis-sussidjarja.

Jekk il-perjodu l-aktar kmieni li għalih l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu hija prattikabbli jkun il-perjodu attwali, l-aġġustament għall-ekwità għandu jiġi rikonoxxut fil-bidu tal-perjodu attwali.

18H

Jekk entità tal-investiment tkun ċediet, jew tilfet il-kontroll ta’ investiment f’sussidjarja qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali tal-emendi fl-Entitajiet tal-Investiment, l-entità tal-investiment mhijiex meħtieġa tagħmel aġġustamenti fil-kontabbiltà preċedenti ta' dik l-investiment.

18I

Minkejja r-referenzi għall-perjodu annwali immedjatament preċedenti d-data tal-applikazzjoni inizjali (il-'perjodu immedjatament preċedenti') fil-paragrafi 18C-18G, entità tista’ wkoll tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti preżentat, iżda mhux meħtieġa tagħmel hekk. Jekk entità ma tippreżentax informazzjoni komparattiva aġġustata għall-ebda perjodu preċedenti, ir-referenzi kollha għal “il-perjodu immedjatament preċedenti” fil-paragrafi 18C–18G għandhom jinqraw bħala “l-eqreb perjodu komparattiv aġġustat ippreżentat”. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, għandha tidentifika b'mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddikjara li tħejjiet fuq bażi differenti, u tispjega dik il-bażi.


(1)  Il-paragrafu C7 tal-IFRS 10 Rapporti Finanzjarji Konsolidati jgħid "Jekk entità tapplika dan l-IFRS iżda ma tapplikax għalissa l-IFRS 9, kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji. Rikonoxximent u Kejl.'