16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2013

tal-14 ta’ Novembru 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Televiżjoni tal-kulur mhux komplut tat-tip bl-iskrin tal-kristalli likwidi (LCD), mingħajr l-hekk imsejjaħ “tuner”, b’kejl dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 81 cm (32 pulzier) u b’dimensjonijiet (mingħajr l-istand) ta’ bejn wieħed u ieħor 75 × 44 × 5 cm bi:

riżoluzzjoni normali ta' 1 920  × 1 080 pixels,

proporzjon tal-aspett ta’ 16:9,

pixel pitch ta' 0,369 mm,

żewġ loudspeakers ta' 10 W,

buttuni biex tixgħelu u titfih u buttuni ta' kontroll, inkluż buttuni biex tbiddel l-istazzjoniet,

slot għall-inkorporazzjoni tal-hekk imsejjaħ “tuner” li għandu l-forma ta’ modulu li jinkludi ċirkwiti tal-frekwenza tar-radju (blokka FR), ċirkwiti tal-frekwenza intermedjarja (blokka IF) u ċirkwiti ta’ demodulazzjoni (blokka DEM). Wara l-inkorporazzjoni tal-modulu tat-tuner l-apparat jista’ jirċievi sinjali diġitali tat-televiżjoni.

Huwa mgħammar bl-interfaċċji li ġejjin:

żewġ HDMI,

IN kompost,

IN komponent.

L-apparat huwa wkoll mgħammar b'dekoder MPEG għad-dikompressjoni għal sinjali ta’ video diġitali u bl-elettronika għall-kontroll tal-għażla tal-istazzjonijiet (“tuning”) u li biex dawn jiġu mmemorizzati.

Għandu stand fissa mingħajr mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel u huwa ppreżentat b’remote control.

8528 72 40

Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 , 8528 72  u 8528 72 40 .

Meta jitqiesu l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri slot biex jiddaħħal l-hekk imsejjaħ “tuner”, il-preżenza ta' dekoder MPEG u l-elettronika għall-kontroll tal-għażla tal-istazzjon (tuning) u l-memorizzazzjoni, l-apparat għandu l-karattru essenzjali ta’ apparat ta’ riċezzjoni komplut għat-televiżjoni. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt is-subintestaturi 8528 51 jew 8528 59 bħala moniter hija eskluża.

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8528 72 40 bħala apparat ta' riċezzjoni tat-televiżjoni bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD).