7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1103/2013

tas-6 ta’ Novembru 2013

Li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà ta’ pajjiżi terzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (2), il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-pajjiżi terzi bil-kundizzjoni li jintlaħqu l-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat li l-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe u l-ajruport Kangerlussuaq fi Greenland jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 (3) jelenka fl-Anness tiegħu l-pajjiżi terzi rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni li jistabbilixxi r-Regolament (KE) Nru 272/2009.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jigi emendat kif meħtieġ.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu 3, id-Dokument Mehmuż 3-B, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe

L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja

(2)

Fil-Kapitolu 4, id-Dokument Mehmuż 4-B, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe

L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja

(3)

Fil-Kapitolu 5, id-Dokument Mehmuż 5-A, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

L-ajruport Vagar fil-Gżejjer Faroe

L-ajruport Kangerlussuaq fil-Groenlandja