7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/1


REGOLAMENT (UE) Nru 1071/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Settembru 2013

dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni)

(BĊE/2013/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1), 6(4) u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riżervi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ECB/2008/32) (3) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress illi jridu jsiru aktar emendi, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropewa tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (4), huwa għandu jkun riformulat fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha l-produzzjoni ta’ karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM). L-iskop prinċipali ta’ din l-informazzjoni huwa li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jingħata stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”) li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. Din l-istatistika tkopri l-assi u l-passiv finanzjarju aggregat, bħala stokks u tranżazzjonijiet, fuq il-bażi ta’ settur tal-IFM u popolazzjoni li tirrapporta kompleti u omoġenji, u jiġu prodotti fuq bażi regolari. Dejta statistika f’dettall suffiċjenti hija wkoll meħtieġa biex tiggarantixxi l-utilità analitika kontinwa tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u tal-kontrapartijiet.

(3)

Il-BĊE huwa mitlub, b’konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “Statut tas-SEBĊ”), li jagħmel regolamenti sa fejn hu neċessarju biex jimplimenta l-kompiti tas-SEBĊ kif definiti fl-Istatut tas-SEBĊ u f’xi każijiet kif stipulat fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill bis-saħħa tal-Artikolu 129(4) tat-Trattat.

(4)

L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jitlob li l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand l-operaturi ekonomiċi sabiex huwa jkun jista’ jidħol għall-kompiti tas-SEBĊ. L-Artikolu 5.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula li l-BĊNi jwettqu, sa fejn huwa possibbli, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar fil-limiti tal-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ operaturi li jirrapportaw mill-obbligi ta’ rapportar statistiku tiegħu. L-Artikolu 6(4) jistipola illi l-BĊE jista’ jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew it-twettiq tal-ġbir obbligatorju ta’ tagħrif statistiku.

(6)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 jeżiġi li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-SEBĊ biex jiżguraw li jiġu sodisfatti l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(7)

Jista’ jkun xieraq għal BĊNi li jiġbru mingħand il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar it-tagħrif statistiku neċessarju biex jiġu sodisfatti l-obbligi statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta’ rappurtar statistiku usa’ li l-BĊNi jistabbilixxu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-prattika stabbilita u li sservi ukoll għanijiet statistiċi oħrajn, sakemm ma jiġix mhedded it-twettiq tal-obbligi statistiċi tal-BĊE. Dan jista’ wkoll inaqqas il-piż tar-rappurtar. Sabiex titrawwem it-trasparenza, huwa xieraq, f’dawn il-każijiet, li l-operaturi li jirrapportaw jiġu informati li d-dejta tinġabar għat-twettiq ta’ skopijiet statistiċi oħrajn. F’każijiet speċifiċi, il-BĊE jista’ jistrieħ fuq tagħrif statistiku miġbur għal dawn l-iskopijiet l-oħra sabiex jitwettqu l-obbligi tiegħu.

(8)

L-obbligi statistiċi huma l-aktar dettaljati fejn il-kontrapartijiet huma parti mis-settur taż-żamma tal-flus. Dejta dettaljata hija mitluba dwar: (a) passiv tad-depożiti skont is-subsettur u l-maturità kklassifikati aktar skont il-munita sabiex tkun permessa analiżi aktar mill-qrib tal-iżviluppi fil-komponenti ta’ munita barranija inklużi fl-aggregat monetarju M3 u biex jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet li jirrigwardaw il-grad ta’ sostitwibbiltà bejn il-munita barranija u l-komponenti denominati f’euro tal-M3; (b) self skont is-subsettur, il-maturità, l-iskop, l-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax u l-munita, billi din l-informazzjoni hija meqjusa essenzjali għal skopijiet ta’ analiżi monetarja; (c) pożizzjonijiet fir-rigward ta’ IFM oħra safejn ikun meħtieġ li jitħalla jsir netting ta’ bilanċi bejn IFM jew biex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva; (d) pożizzjonijiet fir-rigward ta’ residenti li mhumiex miż-żona tal-euro (bqija tad-dinja) għal ‘depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’, ‘depożiti mifdija b’notifika ta’ aktar minn sentejn’ u ‘riakkwisti’ sabiex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva soġġetti għall-proporzjon ta’ riżerva pożittiva; (e) pożizzjonijiet fir-rigward tal-bqija tad-dinja għat-total tal-passiv tad-depożiti ta’ responsabbiltajiet sabiex jiġu kkompilati l-kontrapartijiet esterni; (f) passiv ta’ depożiti u self fir-rigward tal-bqija tad-dinja b’maturità oriġinali ta’ inqas minn jew iktar minn sena għal skopijiet ta’ bilanċ ta’ pagamenti u kontijiet finanzjarji.

(9)

Għall-iskop ta’ ġbir ta’ tagħrif statistiku dwar il-portafolji ta’ titoli ta’ IFM, bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (5), il-BĊNi jirrapportaw kull trimestru fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Il-BĊNi jistgħu jikkombinaw l-obbligi tar-rapportar f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) fejn dan jista’ jimminimizza l-piż tar-rapportar fuq l-istituzzjonijet ta’ kreditu. Il-BĊNi jistgħu jħallu l-fondi tas-swieq tal-flus (MMFs), jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-assi u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2013/38) (6) sabiex jitħaffef l-piż fuq il-maniġers tal-fondi.

(10)

Tranżazzjonijiet finanzjarji huma kkomputati mill-BĊE bħala d-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokks fid-dati tar-rappurtar tal-aħħar tax-xahar, li minnha jitneħħa l-effett tal-bidliet li jirriżultaw minħabba influwenzi li ma jkunux tranżazzjonijiet. L-obbligu indirizzat lill-operaturi li jirrapportaw ma tkoprix it-tibdil fir-rati tal-kambju, li huwa kkalkolat mill-BĊE, jew minn BĊNi wara li jikkonsultaw il-BĊE, minn dejta tal-istokk munita b’munita mogħtija mill-operaturi li jirrapportaw, jew l-aġġustamenti ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, li jinġabru mill-BĊNi stess permezz ta’ sorsi varji ta’ informazzjoni li huma diġà disponibbli.

(11)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 jagħti s-setgħa lill-BĊE li jadotta regolamenti jew deċiżjonijiet sabiex jeżenta istituzzjonijiet mill-ħtiġijiet ta’ riżerva minima, biex jispeċifika l-modalitajiet biex jeskludu jew inaqqsu l-passiv dovut lil xi istituzzjoni oħra mill-bażi ta’ riżerva, u biex jistabbilixxi proporzjonijiet ta’ riżerva differenti għal kategoriji speċifiċi ta’ passiv. Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98, il-BĊE għandu d-dritt li jiġbor it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ ħtiġijiet ta’ riżerva minima mingħand l-istituzzjonijiet, u biex jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif li jipprovdu l-istituzzjonijiet sabiex tintwera konformità mal-ħtiġijiet ta’ riżerva minima. Sabiex jitnaqqas il-piż totali tar-rappurtar totali, huwa mixtieq li jintuża t-tagħrif statistiku li għandu x’jaqsam mal-karta tal-bilanċ ta’ kull xahar għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (7).

(12)

Hemm bżonn li jiġu ddeterminati proċeduri speċifiċi biex jiġu applikati fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jiġu kkjarifikati l-obbligi ta’ dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ riżerva.

(13)

Il-BĊE jitlob tagħrif dwar l-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni ta’ IFM sabiex jinterpreta żviluppi fil-kreditu u fis-self fiż-żona tal-euro. Dan it-tagħrif jikkumplimenta wkoll it-tagħrif rapportat taħt ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (8).

(14)

Filwaqt illi huwa rikonoxxut illi regolamenti adottati mill-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ ma jagħtu l-ebda dritt jew ma jimponu l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm lill-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, timplika obbligu sabiex fil-livell nazzjonali jitfasslu u jiġu implimentati l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex isir il-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-obbligi tar-rapportar statistiku u t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro.

(15)

L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw.

(16)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq l-operaturi li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti fir-regolamenti jew fid-deċiżjonijiet tal-BĊE,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“istituzzjoni finanzjarja monetarja” (IFM) tfisser impriża residenti li tappartjeni lil xi wieħed mis-setturi li ġejjin:

1.

banek ċentrali; u

2.

IFM oħrajn, li jinkludu

(a)

korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti:

(i)

istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (9) u

(ii)

korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma:

istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li huma prinċipalment impenjati fl-intermedjazzjoni finanzjarja u li n-negozju tagħhom huwa li jaċċettaw id-depożiti u/jew sostituti mill-qrib għad-depożiti mingħand unitajiet istituzzjonali, mhux biss mingħand IFM (il-grad ta’ sostitwibbiltà bejn l-istrumenti maħruġin minn IFM oħrajn u d-depożiti mqiegħda f’istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jiddetermina l-klassifikazzjoni tagħhom bħala IFM); u li f’isimhom, tal-anqas f’termini ekonomiċi, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f’titoli; jew

dawk l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi; jew

(b)

fondi tas-swieq tal-flus (MMFs) bis-saħħa tal-Artikolu 2;

(b)

“operatur li jirrapporta” u “residenti” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

(c)

“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih IFM hija residenti;

(d)

“korporazzjoni finanzjarja vettura (FVC)” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40);

(e)

“titolizzazzjoni” tfisser transazzjoni li hija jew: (a) titolizzazzjoni tradizzjonali kif iddefinita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u/jew (b) titolizzazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), li tinvolvi ċ-ċessjoni ta’self li qiegħed titolizzat lil FVC;

(f)

“istituzzjoni ta’ flus elettroniċi” u “flus elettroniċi” għandhom l-istess tifsira kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(g)

“tnaqqis fil-valur” tfisser it-tnaqqis dirett tal-ammont riportat tas-self fuq il-karta tal-bilanċ minħabba l-indeboliment tiegħu;

(h)

“kanċellazzjoni” tfisser tnaqqis fil-valur tal-ammont sħiħ riportat fis-self li jwassal għat-tneħħija tiegħu mill-karta tal-bilanċ;

(i)

“servizzjant” tfisser IFM li tiġġestixxi self sottostanti għal titolizzazzjoni jew self li ġie ttrasferit b’xi mod ieħor f’termini tal-ġbir ta’ kapitali u ta’ imgħax mingħand id-debituri;

(j)

“ċessjoni ta’ self” tfisser it-trasferiment ekonomiku ta’ self jew pul ta’ self mill-operatur li jirrapporta lil ċessjonarju, miksub jew permezz ta’ trasferiment ta’ sjieda jew b’sub-parteċipazzjoni;

(k)

“akkwist ta’ self” tfisser it-trasferiment ekonomiku ta’ self jew ġabra ta’ self mit-trasferitur lill-operatur li jirrapporta, miksub jew permezz ta’ trasferiment ta’ sjieda jew b’sub-parteċipazzjoni;

(l)

“pożizzjonijiet intra-grupp” tfisser pożizzjonijiet bejn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti fiż-żona tal-euro li jappartjenu għall-istess grupp, li jikkonsisti minn korporazzjoni prinċipali u l-membri tal-grupp residenti fiż-żona tal-euro li huma kkontrollati minnha direttament jew indirettament;

(m)

“istituzzjoni tad-‘denb’ ” tfisser IFM żgħira li tkun ingħatat deroga bis-saħħa tal-Artikolu 9(1);

(n)

“irtirar tar-rikonoxximent” tfisser it-tneħħija ta’ self jew ta’ parti minnu mill-istokks irrappurtati b’konformità ma’ Partijiet 2 u 3 tal-Anness I, inkluż it-tneħħija tiegħu minħabba l-applikazzjoni ta’ deroga msemmija fl-Artikolu 9(4).

Artikolu 2

Identifikazzjoni ta’ MMFs

Impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkonformaw ma’ dawn kollha li ġejjin jiġu ttrattati bħala MMFs, fejn huma:

(a)

isegwu l-għan tal-investiment li jinżamm il-kapital ta’ fond u jingħata rendiment skont ir-rati ta’ imgħax ta’ strumenti tas-suq tal-flus;

(b)

jinvestu fi strumenti tas-suq tal-flus li jikkonformaw mal-kriterji għall-istrumenti tas-suq tal-flus stipulati fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (11), jew depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew, bħala alternattiva, jiżguraw illi l-likwidità u l-valutazzjoni tal-portafoll li jinvestu fih jiġu evalwati fuq bażi ekwivalenti;

(c)

jiżguraw illi l-istrumenti tas-suq tal-flus li jinvestu fihom ikunu ta’ kwalità għolja, kif determinat mill-kumpanija għall-ġestjoni. Il-kwalità ta’ strument tas-suq tal-flus għandha tiġi kkunsidrata, inter alia, fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kwalità tal-kreditu tal-istrument tas-suq tal-flus;

(ii)

it-tip ta’ klassi tal-attiv irrappreżentat mill-istrument tas-suq tal-flus;

(iii)

għal strumenti finanzjarji strutturati, ir-riskju operattiv u tal-kontroparti inerenti fit-tranżazzjoni finanzjarja strutturata;

(iv)

il-profil tal-likwidità;

(d)

jiżguraw illi l-portafoll tagħhom ikollu maturità b’medja ppeżata (WAM – weighted average maturity) ta’ mhux aktar minn sitt xhur u tul tal-medja ppeżata (WAL – weighted average life) ta’ mhux aktar minn 12-il xahar (b’konformità mal-Anness I, Parti 1, Taqsima 2);

(e)

jipprovdu valur nett tal-assi (NAV) ta’ kuljum u kalkolu tal-prezz tal-ishma/unitajiet tagħhom, u sottoskrizzjoni u fidi ta’ ishma/unitajiet ta’ kuljum;

(f)

jillimitaw l-investiment fit-titoli għal dawk b’maturità residwa sad-data tal-fidi legali ta’ anqas minn jew ekwivalenti għal sentejn, sakemm iż-żmien li jkun baqa’ sad-data li jmiss li fiha tiġi iffissata mill-ġdid ir-rata ta’ imgħax ikun anqas minn jew ekwivalenti għal 397 jum filwaqt li t-titoli b’rata varjabbli għandhom jiġu ffissati mill-ġdid għal rata jew indiċi tas-suq tal-flus;

(g)

jillimitaw l-investiment f’impriżi ta’ investiment kollettiv oħrajn għal dawk li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ MMFs;

(h)

ma jesponux ruħhom direttament jew indirettament għall-ekwità jew komoditajiet, inkluż permezz ta’ derivattivi u li jużaw biss id-derivattivi skont l-istrateġija għall-investiment fis-suq tal-flus tal-fond. Derivattivi li jesponu l-kambju barrani jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging. Investiment f’titoli li mhumiex f’munita bażi huwa permess sakemm l-iskopertura tal-munita tkun iħħeġġjata kollha;

(i)

għandhom NAV kostanti jew varjabbli.

Artikolu 3

Popolazzjoni attwali li tirapporta

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fl-IFM residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (konformi ma’ Parti 1 ta’ Anness II).

2.   L-IFM fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandhom ikunu soġġetti għal obbligi ta’ rapportar statistiku komprensiv sakemm ma tapplikax deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 9.

3.   Entitajiet li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ IFM għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament anki jekk ikunu esklużi mill-iskop tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   Għall-iskop tal-ġbir ta’ tagħrif statistiku dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF kif speċifikat fit-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 ta’ Anness I, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti ukoll minn intermedjarji finanzjarji oħra minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (“IFO”), mingħajr ħsara għal derogi skont l-Artikolu 9(2)(c). Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabilixxu u jżommu lista ta’ IFO li jirrapportaw skont il-prinċipji stipulati fit-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi

1.   Il-Bord Eżekuttiv jistabbilixxi u jżomm lista tal-IFM għal skopijiet statistiċi, filwaqt li jqis obbligi fir-rigward tal-frekwenza u l-puntwalità li jirriżultaw mill-użu tiegħu fil-kuntest tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Il-lista tal-IFM għal skopijiet statistiċi għandha tinkludi nota dwar jekk humiex suġġetti għas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE. Il-lista tal-IFM għandha tkun aġġornata, preċiża u omoġenja kemm jista’ jkun u stabbli biżżejjed għal skopijiet statistiċi.

2.   Il-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi u l-aġġornamenti tagħha għandhom isiru aċċessibbli mill-BĊNi u l-BĊE għall-operaturi li jirrapportaw b’mod xieraq, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba tal-operaturi li jirrapportaw, fuq il-karta.

3.   Il-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi għandha tkun biss għal skopijiet ta’ tagħrif. Madankollu, jekk l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi entità li ma twettaqx sew l-obbligi tagħha tar-rapportar statistiku sakemm din tkun fdat in bona fede fuq il-lista mhux korretta.

Artikolu 5

Obbligi ta’ rapportar statistiku

1.   Il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar għandha tirrapporta lill-BĊN tal-Istat Membru li fih hija residenti l-IFM: (a) stokks ta’ kull xahar li jirrigwardaw il-karta tal-bilanċ tal-aħħar tax-xahar; u (b) aġġustamenti fir-rivalutazzjoni aggregati ta’ kull xahar. Aġġustamenti fir-rivalutazzjoni aggregati għandhom jiġu rrapportati fir-rigward ta’ kanċellazzjoni ta’ self u tnaqqis fil-valur ta’ self li jikkorrispondi għas-self u li jkopri r-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ titoli. Aktar dettalji dwar ċerti punti tat-tagħrif fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu rrapportati kull trimestru jew kull sena. Il-BĊNi jistgħu jiġbru d-dejta trimestrali fuq bażi ta’ kull xahar jekk dan jiffaċilita l-proċess tal-produzzjoni tad-dejta. It-tagħrif statistiku meħtieġ huwa speċifikat fl-Anness I.

2.   Il-BĊNi jistgħu jiġbru t-tagħrif statistiku meħtieġ dwar titoli maħruġa u miżmuma mill-IFM fuq bażi ta’ titolu b’titolu, sakemm id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 tkun tista’ tiġi derivata b’konformità mal-istandards statistiċi minimi speċifikati fl-Anness IV.

3.   L-IFM għandhom jirrapportaw, skont l-obbligi minimi stipulati fit-Tabella 1 A tal-Parti 4 tal-Anness I, l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward tas-sett sħiħ tad-dejta mitlub mill-BĊE. Il-BĊNi jistgħu jiġbru dejta addizzjonali li mhijiex koperta mill-obbligi minimi. Din id-dejta addizzjonali tista’ tirreferi għat-tqassim imniżżel fit-Tabella 1 A li ma jkunx tal-“obbligi minimi”.

4.   Il-BĊE jista’ jitlob ukoll tagħrif li jispjega l-aġġustamenti fir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħrajn” miġbura mill-BĊNi.

5.   Il-BĊE jista’ jimponi sanzjonijiet fuq l-operaturi li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/10 tad-19 ta’ Awwissu 2010 dwar nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għar-rapportar tal-istatistika (12).

Artikolu 6

Obbligi ta’ rapportar statistiku addizzjonali għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti oħra ta’ self

L-IFM għandhom jirrapportaw dan li ġej:

(a)

il-fluss nett ta’ titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti oħra ta’ self imwettaq matul il-perijodu ta’ rapportar, b’konformità ma’ Taqsima 2 ta’ Parti 5 ta’ Anness I;

(b)

l-ammont pendenti fl-aħħar tal-perijodu u tranżazzjonijiet finanzjarji bl-esklużjoni ta’ tneħħija ta’ self u akkwisti matul il-perijodu relevanti fir-rigward ta’ self titolizzat u li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent li għalihom l-IFM tagħmilha ta’ servizzjatur b’konformità ma’ Taqsima 3 ta’ Parti 5 ta’ Anness I. Il-BĊNi jistgħu jestendu dawn l-obbligi ta’ rapportar lil self li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu li jkun jingħata s-servizz minn IFM li jkun ġie titolizzat jew ittrasferit b’mod ieħor;

(c)

l-ammont pendenti fl-aħħar tat-trimestru fir-rigward tas-self kollu li għalih l-IFM jagħti s-servizz f’titolizzazzjoni, b’konformità ma’ Taqsima 4 ta’ Parti 5 ta’ Anness I;

(d)

meta jkunu qed japplikaw l-Istandard Internazzjonali ta’ Kontabilità 39 (IAS 39), l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 9 (IFRS 9) jew regoli simili nazzjonal ta’ kontabilità, l-ammont tal-aħħar tal-perijodu li jkun pendenti fir-rigward ta’ self allokat permezz ta’ titolizzazzjoni li ma jkunx ġie irtirat ir-rikonoxximent tagħha mill-karta tal-bilanċ, b’konformità ma Taqsima 5 ta’ Parti 5 tal-Anness I.

Artikolu 7

Tempestività

1.   Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta u b’liema perjodiċità jeħtieġu li jirċievu d-dejta mingħand l-operaturi li jirrapportaw sabiex jilħqu l-iskadenzi stipulati aktar ‘l isfel, billi jqisu, fejn relevanti, l-obbligi tat-tempestività tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE, u għandhom jinfurmaw lill-operaturi li jirrapportaw f’dan is-sens.

2.   Il-BĊNi għandhom jittrażmettu l-istatistika ta’ kull xahar lill-BĊE sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum ta’ xogħol wara l-aħħar tax-xahar li għalih tirreferi.

3.   Il-BĊNi għandhom jittrasmettu l-istatistika ta’ kull trimestru lill-BĊE sal-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara l-aħħar tat-trimestru li għalih tirreferi.

Artikolu 8

Regoli ta’ kontabilità għal skopijiet ta’ rapportar statistiku

1.   Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-regoli tal-kontabiltà segwiti minn IFM għall-iskopijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament huma dawk stabbiliti fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (13), kif ukoll f’ kull standard internazzjonali ieħor applikabbli.

2.   Il-passiv tad-depożiti u s-self għandhom jiġu rrapportati skont l-ammont tal-kapital pendenti fl-aħħar tax-xahar. Kanċellazzjonijiet u tnaqqis fil-valur kif iddeterminati mill-prattiċi ta’ kontabilità relevanti għandhom jiġu esklużi minn dan l-ammont. Il-passiv tad-depożiti u s-self m’għandhomx ikunu nnettjati kontra kull attiv u passiv ieħor.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-Istati Membri fiż-żona tal-euro, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollha għandhom jiġu rrapportati fuq bażi gross għal skopijiet statistiċi.

4.   Il-BĊNi jistgħu jħallu r-rapportar ta’ self kopert wara li jitnaqqsu l-koperturi u r-rapportar ta’ self mixtri skont il-prezz miftiehem fil-ħin tal-akkwist tagħhom, sakemm dawn il-prattiċi tar-rapportar ikunu applikati mill-operaturi kollha residenti li jirrapportaw.

Artikolu 9

Derogi

1.   Derogi jistgħu jingħataw lil IFM żgħar, kif ġej:

(a)

BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM żgħar, sakemm l-kontribuzzjoni kkombinata tagħhom għall-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM f’termini ta’ stokks ma jaqbiżx il-5 %;

(b)

fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-derogi msemmija fil-punt (a) għandhom ikollhom l-effett li jnaqqsu l-obbligi tar-rapportar statistiku ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom japplikaw dawn id-derogi mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kalkolu ta’ riżervi minimi kif stipulat fl-Anness III;

(c)

fir-rigward ta’ IFM żgħar, fejn tapplika deroga msemmija f’punt (a), il-BĊNi għandhom ikomplu, bħala minimu, jiġbru d-dejta relatata mal-karta tal-bilanċ totali tal-anqas ta’ kull sena sabiex il-kontribuzzjoni kkombinata lill-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM tal-istituzzjonijiet tad-“denb” tista’ tiġi mmonitorjata;

(d)

mingħajr ħsara għall-punt (a), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jibbenefikawx mir-reġim stipulat fil-punti (a) u (b) bl-effett li jitnaqqsu l-obbligi tar-rapportar tagħhom għal dawk stipulati fil-Parti 6 tal-Anness I, sakemm il-kontribuzzjoni kkombinata tagħhom lill-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM f’termini ta’ stokk la taqbeż l-10 % tal-karta tal-bilanċ nazzjonali tal-IFM u lanqas il-1 % tal-karta tal-bilanċ taż-żona tal-euro tal-IFM;

(e)

Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (d) malajr sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, xi deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena;

(f)

IFM żgħar jistgħu jagħżlu li ma jużawx id-derogi u li minflok iwettqu l-obbligi tar-rapportar kollha.

2.   Derogi jistgħu jingħataw lil MMFs żgħar minn BĊNi, kif ġej:

(a)

BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil MMFs mill-obbligi tar-rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 5(1) sakemm l-MMFs minflok jirrapportaw dejta tal-karta ta’ bilanċ b’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38), suġġett għall-obbligi li ġejjin:

(i)

MMFs jirrapportaw din id-dejta fuq bażi ta’ kull xahar skont l-“approċċ ikkombinat” stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) u b’konformità mal-obbligi tat-tempestività stipulati fl-Artikolu 9 tiegħu; u

(ii)

L-MMFs jirrapportaw dejta tal-istokk tal-aħħar tax-xahar dwar ishma/unitajiet tal-MMF b’konformità mal-obbligi tat-tempestività stipulati fl-Artikolu 7(2);

(b)

Il-BĊNi jistgħu wkoll jagħtu derogi lil MMFs mill-obbligi tar-rapportar statistiku li ġejjin:

(i)

li jipprovdu l-pożizzjonijiet totali għal: (1) depożiti ta’ self mogħti lil banek ċentrali u korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti; (2) depożiti ta’ u self mogħti lis-setturi kontroparti kollha minbarra s-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kkategorizati skont il-maturità oriġinali; u (3) depożiti u self transkonfinali fi ħdan iż-żona tal-euro kkategorizzati skont il-pajjiż u skont is-settur;

(ii)

li jipprovdu t-total tal-imgħax akkumulat għal self, u depożiti;

(iii)

li jipprovdu l-pożizzjonijiet tal-attiv u tal-passiv fir-rigward tas-setturi tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi tal-pensjonijiet separatament;

(iv)

li jipprovdu tagħrif dwar pożizzjonijiet intra-grupp, self u depożiti;

(ċ)

BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tal-obbligi tar-rapportar statistiku f’dak li jirrigwarda r-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet tal-MMF:

(i)

fejn ishma/unitajiet tal-MMF jinħarġu għall-ewwel darba jew fejn żviluppi tas-suq jeħtieġu bidla fl-opzjoni tar-rapportar jew il-kombinazzjoni ta’ dawn, kif definit fit-Taqsima 5.7(b) ta’ Parti 2 tal-Anness I, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi, għal perijodu ta’ sena, fir-rigward tal-obbligi tar-rapportar statistiku stipulati fit-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 tal-Anness I; jew

(ii)

fejn it-tagħrif statistiku meħtieġ dwar ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet tal-MMF tinġabar minn sorsi oħrajn disponibbli b’konformità mat-Taqsima 5.7 ta’ Parti 2 tal-Anness I, il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq ta’ din il-kundizzjoni malajr sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi ftehim mal-BĊE.

3.   Id-derogi jistgħu jingħataw lil IFM fir-rigward tar-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni, kif ġej:

(a)

mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi rigward ir-rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni lill-MMFs, filwaqt li jneħħu lill-MMFs kull obbligu li jirrapportaw l-aġġustamenti fir-rivalutazzjoni;

(b)

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tal-frekwenza u t-tempestività tar-rapportar ta’ rivalutazzjonijiet fil-prezz ta’ titoli u jitolbu din id-dejta fuq bażi trimestrali u bl-istess tempestività bħal tad-dejta tal-istokk irrapportata fuq bażi trimestrali, mingħajr ħsara għall-obbligi li ġejjin:

(i)

operaturi li jirrapportaw, li jużaw metodi ta’ valutazzjoni differenti, għandhom jipprovdu lill-BĊNi bit-tagħrif relevanti dwar il-prattiki ta’ valutazzjoni, inkluż l-indikazzjonijiet kwantitattivi fuq il-persentaġġ ta’ dawn l-istrumenti fit-titoli tagħhom; u

(ii)

fejn tkun seħħet rivalutazzjoni sostanzjali fil-prezz, il-BĊNi għandhom ikunu intitolati jitolbu lill-operaturi li jirrapportaw biex jipprovdu tagħrif addizzjonali fir-rigward tax-xahar li fih din seħħet;

(c)

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi fir-rigward tar-rapportar tar-rivalutazzjonijiet fil-prezz ta’ titoli, inkluż l-għoti ta’ eżenzjoni sħiħa minn kull rapportar bħal dan, lil istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw l-istokks tat-titoli ta’ kull xahar fuq bażi ta’ titolu b’titolu, mingħajr ħsara għall-obbligi li ġejjin:

(i)

it-tagħrif irrapportat jinkludi, għal kull titolu, il-valur kontabbli tiegħu fuq il-karta tal-bilanċ; u

(ii)

għal titoli mingħajr kodiċijiet ta’ identifikazzjoni disponibbli pubblikament, it-tagħrif irrapportat jinkludi tagħrif dwar il-kategorija ta’ strumenti, il-maturità u l-emittent li huwa tal-anqas biżżejjed biex wieħed ikun jista’ jasal għall-kategorizzazzjonijiet iddefiniti bħala “obbligi minimi” fil-Parti 5 tal-Anness I.

4.   Jistgħu jingħataw derogi lil IFM fir-rigward tar-rapportar statistiku ta’ self li huwa allokat permezz ta’ titolizzazzjoni.

IFM li japplikaw l-Istandard Internazzjonali ta’ Kontabilità 39 (IAS 39), l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 9 (IFRS 9) jew regoli ta’ kontabilità nazzjonali simili jistgħu jkunu permessi mill-BĊN tagħhom sabiex jeskludu mill-istokks mitluba minn Partijiet 2 u 3 tal-Anness I kull self allokat permezz ta’ titolizzazzjoni skont il-prattika nazzjonali, sakemm din il-prattika tiġi applikata mill-IFM residenti kollha.

5.   Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil IFM fir-rigward tar-rapportar ta’ ċerti stokks trimestrali relatati ma’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro.

Jekk il-figuri miġbura f’livell aktar għoli ta’ aggregazzjoni juru li l-pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontrapartijiet residenti f’xi Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro jew il-pożizzjonijiet fil-konfront tal-munita ta’ Stat Membru li mhuwiex fiż-żona tal-euro huma mingħajr importanza, BĊN jista’ jiddeċiedi li ma jitlobx rapportar fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru. Il-BĊN għandu jinforma lill-operaturi li jirrapportaw tiegħu b’kull deċiżjoni bħal din.

Artikolu 10

Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali

1.   L-operaturi li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b’konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rapportar b’konformità mal-ħtiġijiet nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jagħtu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu verifika preċiża li jintlaħqu l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet kif speċifikat fl-Anness IV.

Artikolu 11

Fużjonijet, diviżjonijet u rijorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta’ fużjoni, diviżjoni jew kull rijorganizzazzjoni oħra li tista’ taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tiegħu, l-operatur li jirrapporta kkonċernat għandu jgħarraf lill-BĊN rilevanti, ladarba tkun saret pubblika l-intenzjoni li tiġi implimetata operazzjoni bħal din u f’ħin raġonevoli qabel ma tidħol fis-seħħ, bil-proċeduri ppjanati sabiex jitwettqu l-obbligi ta’ rapportar statistiku stipulati f’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Użu tat-tagħrif statistiku rrapportat għall-iskop ta’ riżervi minimi

1.   It-tagħrif statistiku rrapportat minn istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konformità ma’ dan ir-Regolament jintuża minn kull istituzzjoni ta’ kreditu biex tikkalkula l-bażi ta’ riżerva tagħha b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). B’mod partikolari, kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża dan it-tagħrif biex tivverifika t-twettiq tal-ħtieġa tagħha għal riżerva matul il-perijodu taż-żamma.

2.   Id-dejta tal-bażi ta’ riżerva għall-istituzzjonijiet tad-“denb” għal tliet perijodi ta’ żamma ta’ riżerva għandha tkun ibbażata fud dejta tat-tmiem tat-trimestru miġbura mill-BĊNi fi żmien 28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirreferu.

3.   Ir-regoli speċjali dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE stipulati fl-Anness III għandhom jipprevalu fuq kull dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) f’każ ta’ kunflitt.

4.   Sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tal-likwidità tal-BĊE u tal-istituzzjonijet ta’ kreditu, il-ħtiġijiet ta’ riżerva għandhom jiġu kkonfermati sa mhux iktar tard mill-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma; madankollu b’mod eċċezzjonali jista’ jkun meħtieġ li l-istituzzjonijet ta’ kreditu jirrapportaw reviżjonijet lill-bażi ta’ riżerva jew ħtiġijiet ta’ riżerva li jkunu ġew ikkonfermati. Il-proċeduri għal konferma jew ir-rikonoxximent tal-ħtiġijiet ta’ riżerva huma mingħajr ħsara għall-obbligu biex operaturi li jirrapportaw dejjem jirrapportaw tagħrif statistiku korrett u li jirrevedu, mill-aktar fis possibli, kull tagħrif statistiku mhux korrett li jkunu diġà rrapportaw.

Artikolu 13

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-operaturi li jirrapportaw huma mitluba jagħtu bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għad-dritt tal-BĊE li jeżerċità dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rapportar ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.

Artikolu 14

L-ewwel rapportar

1.   L-ewwel rapportar bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jibda bid-dejta għal Diċembru 2014.

2.   L-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċelloli li jikkorrispondu għall-Istati Membri taż-żona tal-euro fit-Tabella 3 ta’ Parti 3 ta’ Anness I għandu jibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data li fiha jadottaw l-euro.

3.   L-ewwel rapportar skont dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċelloli li jikkorrispondu għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fit-Tabelli 3 u 4 ta’ Parti 3 ta’ Anness I għandu jibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data tad-dħul tagħhom fl-Unjoni. Jekk il-BĊN relevanti jiddeċiedi li ma jitlobx l-ewwel rapportar ta’ dejta mhux sinifikanti li tibda bl-ewwel dejta trimestrali wara d-data tad-dħul fl-Unjoni tal-Istat Membru jew Stati Membri relevanti, ir-rapportar jibda 12-il xahar wara li l-BĊN jinforma lill-operaturi li jirrapportaw li d-dejta hija meħtieġa.

Artikolu 15

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32) huwa mħassar b’effett minn Jannar 2015.

2.   Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 16

Dispożizzjoni finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(4)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.

(6)  Ara paġna 73 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

(8)  Ara paġna 107 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(9)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(10)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(11)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(12)  ĠU L 266, 28.8.2010, p. 48.

(13)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.


ANNESS I

ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI MONETARJI U OBBLIGI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU

Introduzzjoni

Is-sistema statistika għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “l-Istati Membri taż-żona tal-euro” li tkopri l-karta tal-bilanċ tas-settur finanzjarju monetarju (IFM) tinkludi ż-żewġ elementi prinċipali li ġejjin:

(a)

lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi (ara l-Parti 1 għall-identifikazzjoni ta’ ċerti IFM); u

(b)

speċifikazzjoni tat-tagħrif statistiku rrapportat minn dawn l-IFM fi frekwenza ta’ kull xahar, trimestrali u annwali (ara l-Partijiet 2, 3, 4, 5, 6 u 7).

Bl-iskop li jinkiseb it-tagħrif kollu dwar il-karti tal-bilanċ tal-IMF, huwa ukoll neċessarju li jiġu imposti ċerti obbligi ta’ rapportar statistiku fuq fondi ta’ investiment (FI) li mhumiex MMF u fuq intermedjarji finanzjarji oħrajn minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet (minn hawn ‘il quddiem ‘IFO’), meta jaġixxu fil-kuntest ta’ attivitajiet finanzjarji li jinvolvu ishma/unitajiet tal-fondi fis-suq tal-flus (MMF – money market fund). Dan it-tagħrif statistiku jinġabar mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) mingħand l-IFM u mingħand l-FI u l-IFO, b’konformità mal-Parti 2 u skont l-arranġamenti nazzjonali li jiddependu fuq id-definizzjonijiet armonizzati u l-klassifikazzjonijiet armonizzati stipulati fl-Artikolu 1 u fl-Anness II.

L-istokk tal-flus jinkludi karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni u passiv monetarju ieħor (depożiti u strumenti finanzjarji oħra li huma sostituti mill-qrib għal depożiti) tal-IFM. Il-kontrapartijiet tal-istokk tal-flus jinkludi l-partiti l-oħrajn kollha fil-karta tal-bilanċ tal-IFM. Il-BĊE jikkompila wkoll tranżazzjonijiet finanzjarji derivati mill-istokks u minn dejta oħra, inkluża d-dejta dwar l-aġġustament tar-rivalutazzjoni rrapportata minn IFM (ara Parti 5).

It-tagħrif statistiku mitlub mill-BĊE huwa mogħti fil-qosor fil-Parti 8.

PARTI 1

Identifikazzjoni ta’ ċerti IFM

TAQSIMA 1

Identifikazzjoni ta’ ċerti IFM fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sostitwibbilità ta’ depożiti

1.1.

Istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu strumenti finanzjarji kkunsidrati bħala sostituti mill-qrib għal depożiti huma klassifikati bħala IFM sakemm jissodisfaw id-definizzjoni ta’ IFM f’aspetti oħra. Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji tas-sostitwibbiltà tad-depożiti, jiġifieri jekk il-passiv huwiex klassifikat bħala depożiti, li jiġi stabbilit mil-likwidità tagħhom, bil-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ trasferibbiltà, konvertibbiltà, ċertezza u kummerċjabilità, u billi jitqiesu, fejn xieraq, it-termini tal-ħruġ tagħhom.

Dawn il-kriterji għas-sostitwibbiltà tad-depożiti huma wkoll applikati biex jiġi determinat jekk passiv għandux jiġi kklassifikat bħala depożiti, sakemm ma jkunx hemm kategorija separata għal dan il-passiv.

1.2.

Għall-iskopijiet kemm tad-determinazzjoni tas-sostitwibbiltà tad-depożiti kif ukoll tal-klassifikazzjoni ta’ passiv bħala depożiti:

(a)

it-trasferibbiltà tirreferi għall-possibbiltà li jiġu mobilizzati fondi mqiegħda fi strument finanzjarju permezz ta’ faċilitajiet ta’ ħlas, bħal ma huma ċekkijiet, ordnijiet ta’ trasferiment, debiti diretti jew mezzi simili,

(b)

il-konvertibbiltà tirreferi għall-possibbiltà u l-kost tal-konverżjoni ta’ strumenti finanzjarji f’munita jew depożiti trasferibbli; it-telf ta’ vantaġġi fiskali fil-każ ta’ din il-konverżjoni tista’ titqies bħala penali li tnaqqas il-grad ta’ likwidità;

(c)

iċ-ċertezza tfisser li jkun magħruf bil-preċiż minn qabel il-valur kapitali ta’ strument finanzjarju f’termini ta’ munita nazzjonali,

(d)

it-titoli kwotati u nnegozjati regolarment f’suq organizzat huma kkunsidrati bħala negozjabbli. Għal ishma f’impriżi ta’ investiment kollettiv bla żmien speċifiku, ma hemm l-ebda suq fis-sens tas-soltu. Madankollu, l-investituri jkunu jafu l-kwotazzjoni tal-ishma ta’ kuljum u jistgħu jirtiraw il-fondi b’dan il-prezz.

TAQSIMA 2

Speċifikazzjonjiet għall-kriterji għall-identifikazzjoni tal-MMFs:

Għall-iskop tal-Artikolu 2:

(a)

l-istrument tas-suq tal-flus għandu jitqies bħala ta’ kwalita kreditizja għolja, jekk tkun ingħatat waħda mill-ogħla żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq żmien qasir disponibbli minn kull aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rikonoxxuta li tkun ikklassifikat l-istrument jew, jekk l-istrument mhuwiex ikklassifikat, ikun ta’ kwalità ekwivalenti kif determinat mill-proċess ta’ klassifikazzjoni intern tal-kumpanija għall-ġestjoni. Fejn aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rikonoxxuta taqsam l-ogħla klassifikazzjoni fuq żmien qasir f’żewġ katergoriji, dawn iż-żewġ klassifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala kategorija waħda u għalhekk l-ogħla klassifikazzjoni disponibbli;

(b)

il-fond tas-suq tal-flus jista’, bħala eċċezzjoni għall-obbligu fil-punt (a), iżomm ħruġ sovran li huwa ta’ kwalità mhux anqas minn ta’ klassifika ta’ investiment, fejn “ħruġ sovran” tfisser strumenti tas-suq tal-flus maħruġin jew iggarantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew minn bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-BĊE, l-Unjoni jew il-Bank Ewropew għall-Investiment;

(c)

meta jkun qed jiġi kkalkolat il-WAL għal titoli, inklużi strumenti finanzjarji strutturati, il-kalkolu tal-maturità huwa bbażat fuq il-maturità reżidwa sal-fidi legali tal-istrumenti. Madankollu, fejn strument finanzjarju jkollu opzjoni ta’ bejgħ integrata, id-data tal-eżerċitar tal-opzjoni ta’ bejgħ tista’ tintuża minflok il-maturità reżidwa legali biss jekk il-kundizzjonijet li ġejjin ikunu sodisfatti f’kull ħin:

(i)

l-opzjoni ta’ bejgħ tista’ tiġi eżerċitata liberament mill-kumpanija għall-ġestjoni fid-data tal-eżerċitar tagħha;

(ii)

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni ta’ bejgħ jibqa’ viċin tal-valur mistenni tal-istrument fid-data tal-eżerċitar li jmiss;

(iii)

l-istrateġija għall-investiment tal-MMF timplika illi hemm probabbiltà għolja illi l-opzjoni tiġi eżerċitata fid-data tal-eżerċitar li jmiss;

(d)

meta jkunu qed jiġu kkalkulati kemm il-WAL kif ukoll il-WAM, l-impatt tal-strumenti derivattivi finanzjarji, id-depożiti u t-tekniċi ta’ ġestjoni tal-portafoll effiċjenti għandhom jiġu kkunsidrati.

(e)

“maturità medja ppeżata” (WAM – weighted average maturity) tfisser kejl tat-tul ta’ żmien medju sal-maturità tat-titoli sottostanti kollha fil-fond ippeżat sabiex jirrifletti l-investimenti relattivi f’kull strument, bl-assunzjoni illi l-maturità ta’ strument b’rata varjabbli hija ż-żmien li għad baqa’ sakemm l-iffissa mill-ġdid li jmiss tar-rata ta’ imgħax għar-rata tas-suq tal-flus, minflok iż-żmien li għad baqa’ qabel ma jkollu jitħallas lura l-valur prinċipali tat-titolu. Fil-prattika, il-WAM jintuża biex titkejjel is-sensittività ta’ MMF għat-tibdil fir-rati ta’ imgħax tas-suq tal-flus;

(f)

“tul tal-ħajja tal-medja ppeżata” (WAL) għandha tfisser il-medja ppeżata tal-maturità li għad baqa’ għal kull titolu miżmum f’fond, jiġifieri ż-żmien sakemm jitħallas lura l-kapital kollu, filwaqt li jiġi injorat l-imgħax u mingħajr skont. Bil-kontra tal-kalkolu tal-WAM, il-kalkolu tal-WAL għal titoli b’rata varjabbli u strumenti finanzjarji strutturati ma jippermettix l-użu ta’ dati għall-iffissar mill-ġdid tar-rati tal-imgħax u minflok juża biss il-maturità finali ddikjarata ta’ titolu. Il-WAL jintuża biex jitkejjel ir-riskju ta’ kreditu, peress illi aktar ma jiġi rimandat fit-tul ir-rimborż tal-kapital, aktar ikun għoli r-riskju ta’ kreditu. Il-WAL jintuża wkoll biex jiġi limitat ir-riskju tal-likwidità;

(g)

“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti li normalment jiġu nnegozjati fis-suq tal-flus li huma likwidi u li għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod preċiż f’kull ħin;

(h)

“kumpanija għall-ġestjoni” tfisser kumpanija li n-negozju regolari tagħha huwa l-ġestjoni tal-portafoll ta’ MMF.

PARTI 2

Il-karta tal-bilanċ (stokks ta’ kull xahar)

Biex jikkompila l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ id-dejta tat-Tabella 1 kif ġej:

1.   Kategoriji ta’ strumenti

(a)   Passiv

Il-kategoriji ta’ strumenti relevanti huma: muniti fiċ-ċirkolazzjoni, passiv ta’ depożiti, ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġa, titoli ta’ dejn maħruġa, kapital u riżervi u l-bqija tal-passiv. Sabiex jinfired il-passiv monetarju minn dak mhux monetarju, il-passiv tad-depożiti jinqasam ukoll f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti mifdija b’avviż u ftehim ta’ riakkwist (repos). Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.

(b)   Attiv

Il-kategoriji ta’ strumenti relevanti huma: flus kontanti, titoli ta’ dejn miżmuma, ekwità, ishma f’fond ta’ investiment, assi fissi u l-assi li jifdal. Ara d-definizzjonijiet fl-Anness II.

2.   Kategorizzazzjoni skont il-maturità

L-iskadenzi tal-maturità oriġinali jipprovdu sostitut għad-dettall tal-istrument meta l-istrumenti finanzjarji ma jkunux kompletament paragunabbli bejn is-swieq.

(a)   Passiv

Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità, jew għal perijodi ta’ avviż, huma: għal depożiti b’maturità miftiehma, b’maturità ta’ sena u ta’ sentejn meta jinħarġu; u għal depożiti li jinfdew b’avviż, b’avviż ta’ tliet xhur u ta’ sentejn. Ir-riakkwisti mhumiex ikkategorizzati skont il-maturità peress illi dawn normalment ikunu strumenti għal żmien qasir ħafna, jiġifieri b’maturità ta’ inqas minn tliet xhur meta jinħarġu. Titoli ta’ dejn maħruġa mill-IFM huma kkategorizzati f’dawk ta’ sena u dawk ta’ sentejn. L-ebda kategorizzazzjoni tal-maturità ma hija meħtieġa għal ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs.

(b)   Attiv

Il-punti ta’ skadenza għall-faxex tal-maturità huma: għal self tal-IFM lil residenti taż-żona tal-euro (minbarra IFM) skont is-subsettur u wkoll għal self tal-IFM lil unitajiet domestiċi bhala skop, b’faxex ta’ maturità ta’ sena u ta’ ħames snin; u għal investimenti ta’ IFM f’titoli ta’ dejn maħruġin minn IFM oħrajn li jinsabu fiż-żona tal-euro, b’faxex ta’ maturita ta’ sena u sentejn biex jippermettu li l-investimenti inter-IFM jiġu nnettjati fil-kalkolu tal-aggregati monetarji.

3.   Kategorizzazzjoni skont l-iskop u identifikazzjoni separata ta’ self lil proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali

Self lil unitajiet domestiċi u lil istituzzjonijiet mingħajr qliegħ li jservu lill-unitajiet domestiċi huma kkategorizzati aktar skont l-iskop tas-self (kreditu għall-konsum, self għal xiri ta’ dar, self ieħor). Fil-kategorija “self ieħor”, self mogħti lil proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali għandu jiġi identifikat separatament (ara d-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ strumenti f’Parti 2 tal-Anness II u d-definizzjonijiet tas-setturi f’Parti 3 tal-Anness II). Il-BĊNi jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ identifikazzjoni separata ta’ self lil propjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali jekk dan is-self jikkostitwixxi inqas minn 5 % tas-self totali mill-Istat Membru taż-żona tal-euro lill-unitajiet domestiċi.

4.   Kategorizzazzjoni skont il-munita

Għal partiti tal-karta tal-bilanċ li jistgħu jintużaw fil-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji, il-bilanċi f’euro għandhom jiġu identifikati separatament sabiex il-BĊE jkollu l-għażla li jiddefinixxi l-aggregati monetarji f’termini ta’ bilanċi ddenominati fil-valuti kollha kkombinati jew fl-euro waħedha.

5.   Kategorizzazzjoni skont is-settur u r-residenza tal-kontropartijiet

5.1.

Il-kompilazzjoni ta’ aggregati monetarji taż-żona tal-euro u ta’ kontrapartijiet teħtieġ l-identifikazzjoni ta’ dawk il-kontrapartijiet li jinsabu fit-territorju taż-żona tal-euro li jifformaw is-settur taż-żamma tal-flus. Għal dan il-għan, il-kontrapartijiet li mhumiex IFM jinqasmu, kif stabbilit fis-Sistema Ewropea ta’ Kontijiet riveduta (minn hawn ‘il quddiem ‘l-ESA 2010’) stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (ara Parti 3 tal-Anness II) fi gvern ġenerali (S. 13), bil-gvern ċentrali (S.1311) jkun identifikat separatament fil-passiv totali tad-depożiti, u setturi residenti oħra. Sabiex tiġi kkalkolata ta’ kull xahar disaggregazzjoni tas-settur tal-aggregati monetarji u l-kontrapartijiet ta’ kreditu, setturi residenti oħrajn huma kkategorizzati skont is-subsetturi li ġejjin: fondi ta’ investiment mhux ta’ MMF (S.124), intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.125 + S.126 + S.127), korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128), fondi tal-pensjonijiet (S.129), korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) u unitajiet domestiċi + instituzzjonijiet mingħajr qliegħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15). Issir distinzjoni addizzjonali għal kontropartijiet li huma FVCs u kontropartijiet ċentrali tal-ikklerjar, fi ħdan is-setturi kontroparti amalgamati (S.125 + S.126 + S.127). Għal proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali ara t-Taqsima 3. Fir-rigward tat-total tal-passiv tad-depożiti u l-kategoriji ta’ depożitu “depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”, “depożiti mifdija b’avviż ta’ aktar minn sentejn” u “riakkwisti”, għandha ssir distinzjoni addizzjonali bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu, kontrapartijiet oħra tal-IFM u l-gvern ċentrali għal skopijiet tas-sistema ta’ riżerva minima tal-BĊE.

5.2.

Fir-rigward tat-total tal-passiv tad-depożiti u l-kategorija tal-assi ‘tat-total tas-self’, issir distinzjoni addizzjonali għal banek ċentrali (S.121) u korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra l-bank ċentrali (S.122) u għall-bqija tal-banek dinjin u entitajiet li mhumiex banek sabiex jinftehmu aħjar il-politiki tas-self u l-iffinanzjar fis-settur bankarju u biex attivitajiet interbankarji jiġu mmonitorjati aħjar.

5.3.

Fir-rigward ta’ pożizzjonijiet intragrupp, issir distinzjoni addizzjonali għal pożizzjonijet ta’ self u tad-depożiti u tranżazzjonijiet bejn korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra l-bank ċentrali (S.122) sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazzjoni ta’ interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp (domestiċi u ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro).

5.4.

Fir-rigward ta’ investimenti f’titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa sena, b’kategorizzazzjoni tal-kreditu, issir distinzjoni addizzjonali għall-gvern ġenerali (S.13) sabiex tiġi żgurata stampa aħjar tal-interkonnessjonijiet bejn sovrani u banek.

5.5.

Ċerti depożiti/self li jirriżulta minn riakkwisti/riakkwisti bil-maqlub jew operazzjonijiet simili ma’ “intermedjarji finanzjarji oħra” (S. 125) + awżiljarji finanzjarji (S.126) + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus (S.127) jistgħu jirrelataw ma’ tranżazzjonijiet ma’ kontraparti ċentrali. Kontraparti ċentrali hija entità li legalment tpoġġi lilha nnifisha bejn il-kontrapartijiet għal kuntratti nnegozjati fis-swieq finanzjarji, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ ghal kull xerrej. Minħabba illi dawn it-transazzjonijiet huma ta’ spiss sostituti għal negozju bilaterali bejn IFM, issir distinzjoni addizzjonali fi ħdan il-kategorija tad-depożiti “ftehimiet għal xiri mill-ġdid” fir-rigward ta’ negozju ma’ dawn il-kontrapartijiet. Bl-istess mod, issir distinzjoni addizzjonali fi ħdan il-kategorija tal-assi “self” fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid bil-maqlub ma’ dawn il-kontrapartijiet.

5.6.

Il-kontropartijiet domestiċi huma identifikati separatament minn kontropartijiet fiż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi fir-rigward tal-kategorizzazzjonijiet statistiċi kollha. Kontropartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro jiġu identifikati skont is-settur domestiku tagħhom jew il-klassifikazzjoni istituzzjonali b’konformità mal-listi miżmuma mill-BĊE għal skopijiet statistiċi u l-“Manwal tal-istatistika tas-settur monetarju, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika ta’ klijenti” (‘Monetary, financial institutions and markets statistics sector manual: Guidance for the statistical classification of customers’) tal-BĊE li jsegwi l-prinċipji tal-klassifikazzjoni li huma konsistenti mal-ESA 2010 safejn huwa possibbli. Ma hemmx ħtieġa għal kategorizzazzjoni ġeografika tal-kontrapartijiet li jinsabu barra miż-żona tal-euro.

5.7.

Fil-każ ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF maħruġin mill-IFM tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-operaturi li jirrapportaw jirrapportaw bħala minimu d-dejta dwar ir-residenza tad-detenturi skont il-kategorizzazzjoni domestiċi/taż-żona tal-euro ħlief dawk domestiċi/bqija tad-dinja sabiex tkun tista’ ssir l-esklużjoni ta’ investimenti ta’ non-residenti ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro. Il-BĊNi jistgħu joħorġu it-tagħrif statistiku neċessarju mid-dejta li tinġabar fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), sal-punt illi d-dejta tkun konformi mat-tempestività bis-saħħa tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u mal-istandards minimi definiti fl-Anness IV.

(a)

Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF li għalihom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jinżamm reġistru li jidentifika d-detenturi tagħhom, inkluż tagħrif dwar ir-residenza tad-detenturi, l-MMFs tal-ħruġ jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment jirrapportaw dejta dwar il-kategorizzazzjoni tar-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet tagħhom maħruġin fil-karta ta’ bilanċ ta’ kull xahar.

(b)

Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet ta’ MMF li għalihom ma jinżammx reġistru li jidentifika d-detenturi tagħhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jew li għalihom jinżamm reġistru iżda ma jkunx fih tagħrif dwar ir-residenza tad-detenturi, l-operaturi li jirrapportaw jirrapportaw dejta dwar il-kategorizzazzjoni tar-residenza b’konformità mal-metodu deċiż mill-BĊN relevanti bi ftehim mal-BĊE. Dan l-obbligu huwa limitat għal waħda minn jew kombinazzjoni tal-opzjonijiet li ġejjin, li għandhom jintgħażlu wara li jitqiesu l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u l-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru in kwistjoni. Din l-obbligu ser jiġi mmonitorjat perjodikament mill-BĊN.

(i)

MMFs tal-ħruġ:

L-MMFs tal-ħruġ jew il-persuni legali li jirrappreżentawhom legalment jirrapportaw dejta dwar il-kategorizzazzjoni skont ir-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa. Dan it-tagħrif jista’ jiġi mingħand l-operatur li jqassam l-ishma/unitajiet jew mingħand xi entità oħra involuta fil-ħruġ, ix-xiri lura jew it-trasferiment tal-ishma/unitajiet.

(ii)

IFM u IFO bħala kustodji ta’ ishma/unitajiet tal-MMF:

Bħala operaturi li jirrapportaw, l-IFM u l-IFO li jikdhru bħala kustodji tal-ishma/unitajiet tal-MMF jirrapportaw dejta dwar il-kategorizzazzjoni tar-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs residenti u miżmumin fil-kustodja f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor li jidher ukoll bħala kustodju. Din l-opzjoni hija applikabbli jekk: il-kustodju jiddistingwi ishma/unitajiet tal-MMFs miżmumin f’kustodja f’isem id-detenturi minn dawk miżmumin f’isem kustodji oħrajn; u (ii) il-biċċa l-kbira tal-ishma/unitajiet tal-MMF huma fil-kustodja ta’ istituzzjonijet domestiċi residenti li huma kklassifikati bħala intermedjarji finanzjarji (IFM jew IFO).

(iii)

IFM u l-IFO bħala dawk li jirrapportaw it-tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ non-residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ MMF residenti:

Bħala operaturi li jirrapportaw, IFM u IFO li jidhru bħala dawk li jirrapportaw it-tranżazzjonijiet ta’ residenti ma’ non-residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta’ MMF residenti jirrapportaw id-dejta dwar il-kategorizzazzjoni tar-residenza tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn MMF residenti, li jinnegozjaw f’isem id-detentur jew intermedjarju ieħor involut ukoll fit-tranżazzjoni. Din l-opzjoni hija applikabbli jekk: il-kopertura tar-rapportar hija komprensiva, jiġifieri tkopri b’mod sostanzjali it-tranżazzjonijiet kollha mwettqa mill-operaturi li jirrapportaw; (ii) tingħata dejta preċiża dwar ix-xiri u l-bejgħ ma’ non-residenti taż-żona tal-euro; (iii) id-differenzi bejn il-valur tal-ħruġ u l-valur tal-fidi, bl-esklużjoni tat-tariffi, tal-istess ishma/unitajiet huma minimi; (iv) l-ammont ta’ ishma/unitajiet miżmuma minn non-residenti taż-żona tal-euro u li nħarġu minn MMF residenti huwa baxx.

(iv)

Jekk l-opzjonijiet (i) sa (ii) ma japplikawx, l-operaturi li jirrapportaw, inklużi l-IFM u l-IFO, jirrapportaw id-dejta relevanti fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli.

Image Image

PARTI 3

Karta ta’ bilanċ (stokks trimestrali)

Sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji u biex iservu skopijiet statistiċi oħra, il-BĊE jeħtieġ dan li ġej fir-rigward ta’ partiti prinċipali:

1.

Kategorizzazzjoni tas-subsettur, tal-maturità u ta’ garanziji fil-bini ta’ kreditu lil entitajiet li mhumiex IFM fiż-żona tal-euro(ara t-Tabella 2).

Dan hu meħtieġ sabiex ikun jista’ jsir l-immonitorjar tal-istruttura sħiħa tas-subsettur u tal-maturità tal-finanzjament ta’ kreditu totali tal-IFM (self u titoli) fil-konfront tas-settur taż-żamma tal-flus. Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” li jidentifikaw is-self assigurat b’kollateral ta’ proprjetà immobbli.

Għal self denominat f’euro b’maturità oriġinali ta’ iktar minn sena u iktar minn sentejn fil-konfront ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi, huma meħtieġa aktar pożizzjonijiet “li minnhom” għal ċerti maturitajiet u perijodi ta’ rati tal-iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax li jifdal (ara t-Tabella 2). L-iffissar mill-ġdid ta’ rata tal-imgħax għandha tinftiehem bħala bidla fir-rata tal-imgħax ta’ self stipulata fil-kuntratt ta’ self kurrenti. Self soġġett għal iffissar mill-ġdid tar-rata tal-imgħax jinkludi, inter alia, self rata tal-imgħax li tiġi reveduta perjodikament skont l-evoluzzjoni ta’ indiċi, eż. Euribor, self b’rati tal-imgħax li jiġu reveduti fuq bażi kontinwa, jiġifieri rati varjabbli, u self b’rati tal-imgħax revedibbli bid-diskrezzjoni tal-IFM.

2.

Kategorizzazzjoni skont is-subsettur tal-passiv ta’ depożiti tal-IFM lill-gvern ġenerali (minbarra gvern ċentrali) tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2).

Dan hu meħtieġ bħala tagħrif komplimentari tar-rappurtar ta’ kull xahar.

3.

Kategorizzazzjoni skont is-settur ta’ pożizzjonijiet mal-kontrapartijiet barra miż-żona tal-euro (ara t-Tabella 2).

Il-klassifikazzjoni tas-setturi skont is-Sistema ta’ Kontijiet Nazzjonali (minn hawn ‘il quddiema “SNA 2008”) tapplika fejn l-ESA 2010 ma tkunx fis-seħħ.

4.

L-identifikazzjoni ta’ pożizzjonijiet fil-karta tal-bilanċ għal derivati u imgħax akkumulat fuq self u depożiti fi ħdan l-assi li jifdal u l-passiv li jifdal (ara t-Tabella 2).

Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-istatistika.

5.

Il-kategorizzazzjoni skont il-pajjiż, inkluż pożizzjonijiet fil-konfront tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (ara t-Tabella 3).

Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu analizzati aktar l-iżviluppi monetarji u anke għall-iskopijiet tal-ħtiġijiet tranżitorji u għal spezzjonijiet tal-kwalità tad-dejta.

6.

Il-kategorizzazzjoni skont is-settur għal depożiti transkonfinali fi ħdan iż-żona tal-euro minn u self lil non-IFM (ara t-Tabella 3).

Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa biex jiġu evalwati l-pożizzjonijiet tas-setturi tal-IFM fl-Istati Membri individwali fil-konfront tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li jibqa’.

7.

Kategorizzazzjoni skont il-munita (ara t-Tabella 4)

Din il-kategorizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tkun tista’ ssir il-kalkolu ta’ tranżazzjonijiet għal aggregati monetarji u kontrapartijiet aġġustati għall-bidliet fir-rata tal-kambju meta dawn l-aggregati jinkludu l-muniti kollha kkombinati flimkien.

Image Image Image

PARTI 4

Rapportar ta’ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni għall-kompilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet

Biex jiġu kkompilati tranżazzjonijiet fir-rigward tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontrapartijiet, il-BĊE jeħtieġ aġġustamenti fir-rivalutazzjoni fir-rigward tal-kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self u rivalutazzjonijiet tal-prezz ta’ titoli.

1.   Kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self

L-aġġustament fir-rigward tal-kanċellazzjoniiet/tnaqqis fil-valur ta’ self huwa rrapportat sabiex il-BĊE jitħalla jikkompila tranżazzjonijiet finanzjarji mill-istokks irrapportati f’żewġ perijodi ta’ rapportar konsekuttivi. L-aġġustament jirrifletti kull tibdil fl-istokk tas-self irrapportat skont il-Partijiet 2 u 3 kkawżat mill-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-valur, inkluż it-tnaqqis fil-valur tal-ammont kollu pendenti ta’ self (kanċellazzjoni). L-aġġustament għandu jirrifletti ukoll il-bidliet fid-dispożizzjonijiet dwar is-self jekk BĊN jiddeċiedi li stokks fil-karta tal-bilanċ jiġu rreġistrati bħala netti mill-provvisti. Kanċellazzjonijiet/tnaqqis fil-valur ta’ self li jintgħaraf fil-ħin li s-self jinbiegħ jew jiġi ttrasferit lill-parti terza huwa inkluż wkoll, fejn ikun jista’ jiġi identifikat.

L-obbligi minimi għal kanċellazzjonijiet/tnaqis fil-valur ta’ self huma stipulati fit-Tabella 1 A.

2.   Rivalutazzjoni fil-prezz ta’ titoli

L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz ta’ titoli jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ titoli li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih jiġu rreġistrati jew innegozjati t-titoli. L-aġġustament jinkludi l-bidiliet li jseħħu biż-zmien fil-valur tal-istokks tal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tal-perijodu minħabba bidiliet fil-valur ta’ referenza li bihom jiġu rreġistrati t-titoli, jiġifieri qligħ/telf potenzjali. L-aġġustament jista’ jkollu wkoll bidliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn transazzjonijiet fit-titoli jiġifieri qligħ/telf realizzat.

L-obbligi minimi għal rivalutazzjoni fil-prezz ta’ titoli huma stipulati fit-Tabella 1 A.

L-ebda obbligu ta’ rappurtar minimu ma hu stabbilit għan-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ. Madankollu, jekk il-prattiċi tal-valutazzjoni applikati mill-operaturi li jirrapportaw lit-titoli ta’ dejn maħruġa jirriżultaw f’bidliet fl-istokks tagħhom fl-aħħar tal-perijodu, il-BĊNi huma awtorizzati li jiġbru dejta dwar dawn il-bidliet. Din id-dejta hija rrapportata bħala aġġustamenti ta’ “rivalutazzjoni oħra”.

Image Image

PARTI 5

Obbligi ta’ rapportar statistiku għal titolizzazzjonijiet ta’ self u trasferimenti ta’ self oħra

1.   Obbligi ġenerali

Id-dejta hija rrapportata skont l-Artikolu 8(2), ikkwalifikata b’dawk tal-Artikolu 8(4) fejn applikabbli. Il-partiti kollha tad-dejta huma kategorizzati skont ir-residenza u s-subsettur ta’ min issellef kif indikat fl-intestaturi tal-kolonni tat-Tabella 5. Self allokat matul fażi ta’ħżin f’titolizzazzjoni jiġi ttrattat bħal li kieku kien diġà titolizzat.

2.   Obbligi ta’ rapportar ta’ flussi netti ta’ self titolizzat jew ittrasferit mod ieħor.

2.1.

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 6(a), l-IFM jikkalkolaw il-partiti fil-Partijiet 1 u 2 tat-Tabella 5 bħala flussi netti ta’ self titolizzat jew allokat b’mod ieħor waqt il-perijodu relevanti li minnhom jitnaqqas is-self miksub matul il-perijodu rilevanti. Self ittrasferit lil jew li jinkiseb mingħandIFM domestika oħra, u self li t-trasferiment tiegħu iseħħ bħala riżultat ta’ diviżjoni tal-operatur li jirrapporta, jew ta’ fużjoni jew akkwist li jinvolvi lill-operatur li jirrapporta u lil IFM domestiku ieħor, mhuwiex inkluż f’din il-kalkolu. Self ittrasferit lil jew miksub mingħand IFM mhux domestiċi huwa inkluż fil-kalkolu.

2.2.

Il-partiti li għalihom issir referenza f’Taqsima 3.1 huma allokati lill-Partijiet 1 u 2 tat-Tabella 5 kif ġej:

(a)

allokazzjonijiet u akkwisti b’impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati b’konformità mal-Parti 2 u 3 tal-Anness I, jiġifieri, allokazzjonijiet li jirriżultaw f’nuqqas ta’ għarfien u akkwisti li jirriżultaw f’għarfien jew f’għarfien mill-ġdid, jiġu allokati lil Parti 1; u

(b)

allokazzjonijiet u akkwisti b’impatt fuq l-istokks tas-self irrapportati b’konformità mal-Parti 2 u 3 tal-Anness I, jiġifieri, allokazzjonijiet li jirriżultaw f’nuqqas ta’ għarfien u akkwisti li jirriżultaw f’għarfien jew f’għarfien mill-ġdid, jiġu allokati lil Parti 2; u

2.3.

Il-partiti f’Parti 1 ta’ Tabella 5 jiġu kkategorizzati aktar skont il-kontraparti fit-trasferiment tas-self, fuq bażi ta’ kull xahar, b’distinzjoni bejn FVCs, li minnhom l-FVCs residenti fiż-żona tal-euro, u kontrapartijiet oħrajn. Tenħtieġ aktar kategorizzazzjoni skont il-maturità oriġinali u l-iskop tas-self fuq bażi trimestrali għal xi partiti kif indikat fit-Tabella 5(b).

3.   Obbligi għar-rapportar ta’ self titolizzat u li tneħħielu r-rikonoxximent li huma b’servizz

3.1.

B’konformità mal-Parti 3 tat-Tabella 5, l-IFM jagħtu dejta dwar self titolizzat u li għalih l-IFM jaġixxi bħala servizzjant skont kif ġej:

(a)

ammonti pendenti fit-tmiem tal-perijodu; u

(b)

tranżazzjonijiet finanzjarji esklużi ċessjonijiet u akkwisti ta’ self matul il-perijodu relevanti, jiġifieri l-bidla fl-ammonti dovuti li għandha tiġi attribwita lil ħlasijiet lura tal-kapital fuq self dawk li jissellfu.

3.2.

Rigward it-Taqsima 3.1(b), il-BĊNi jistgħu minflok jeħtieġu li l-IFM jipprovdu flussi netti ta’ ċessjonijiet u akkwisti ta’ self li għalihom l-IFM jaġixxi bħala servizzjant sabiex il-BĊN ikunu jistgħu jidderivaw it-transazzjonijiet finanzjarji li għalihom issir referenza fit-Taqsima 3.1(b).

3.3.

Il-BĊNi jistgħu jipprovdu deroga lill-operaturi li jirrapportaw mir-rekwiżiti tat-Taqsima 3.1(b) meta l-flussi netti miġbura fil-Parti 1.1 tat-Tabella 5 jilħqu l-iskop tat-Taqsima 3.2, jiġifieri meta tkun il-prattika nazzjonali li self titolizzati jiġu sservizzjati mill-IFM. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawk il-flussi netti huma konsistenti mal-iskopijiet tal-ikkalkular tat-transazzjonijiet finanzjarji esklużi ċessjonijiet u akkwisti ta’ self taħt it-Taqsima 3.1(b). Il-BĊNi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand IFM sabiex jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa.

3.4.

Il-BĊNi jistgħu jestendu l-obbligi ta‘ rapportar statistiku ta’ din it-Taqsima lis-self kollu sservizzjat mill-IFM, li jkunu ġew titolizzati jew inkella ttrasferiti b’mod ieħor. Meta dan ikun il-każ, il-BĊN għandu jinforma lill-IFM dwar l-obbligi ta‘ rapportar statistiku skont il-Parti 3 tat-Tabella 5.

4.   Obbligi tar-rapportar ta’ ammonti pendenti ta’ self isservizzjat f’titolizzazzjoni

4.1.

L-IFM jipprovdu dejta trimestrali fuq is-self kollu sservizzjat f’titolizzazzjoni b’mod konformi mal-Parti 4 tat-Tabella 5 irrispettivament minn jekk is-self isservizzjat jew id-drittijiet ta’ servizzjar rispettivi tagħhom ikunux rikonoxxuti fuq il-karta tal-bilanċ tal-aġent li jirrapporta.

4.2.

Fir-rigward ta’ self isservizzjat għal FVCs residenti fi Stati Membri oħra taż-żona tal-euro, l-IFM jipprovdu klassifikazzjonijiet oħrajn, billi jaggregaw is-self isservizzjat separatament għal kull Stat Membru li fih tkun residenti FVC.

4.3.

Il-BĊNi jistgħu jiġbru d-dejta msemmija fl-Artikolu 6(2), jew parti minnha, fuq bażi ta’ FVC b’FVC minn IFM residenti li jaġixxu bħala servizzjanti ta’ self titolizzati. Jekk xi BĊN jqis li d-dejta msemmija fit-Taqsima 4.4 u l-klassifikazzjonijiet msemmija fit-Taqsima 4.2 jistgħu jinġabru fuq bażi ta’ FVC b’FVC, huwa għandu jinforma lill-IFM jekk, u sa liema grad, huwa meħtieġ ir-rappurtar imsemmi fit-Taqsimiet 4.1 u 4.2.

5.   Obbligi ta rapportar statistiku għal IFM li japplikaw l-IAS 39, l-IFRS 9 jew regoli simili nazzjonali ta’ kontabilità.

5.1.

L-IFM li japplikaw l-IAS 39, l-IFRS 9 jew regoli simili jirrapurtaw l-ammonti tal-aħħar tax-xahar pendenti ta’ self ċedut permezz ta’ titolizzazzjoni li ma kinux soġġetti għal dirikonoxximent skont il-Parti 5 tat-Tabella 5.

5.2.

L-IFM li għalihom tapplika d-deroga fl-Artikolu 9(6) jirrapurtaw l-ammonti tal-aħħar tax-xahar pendenti tas-self ċeduti permezz ta’ titolizzazzjoni li jkunu ġew soġġetti għal dirikonoxximent, imma li jkunu għadhom rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji skont il-Parti 5 tat-Tabella 5.

Image Image

PARTI 6

Rapportar simplifikat għal istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom japplikaw id-derogi msemmija fl-Artikolu 9(1)(d) jistgħu jiġu eżentati mill-obbligi li ġejjin:

1.

Il-klassifikazzjoni skont il-munita msemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 2.

2.

L-identifikazzjoni separata ta’:

(a)

pożizzjonijiet ma’ kontrapartijiet ċentrali kif imsemmi fit-Taqsima 5.3 tal-Parti 2;

(b)

self sindikat kif indikat fit-Tabella 1 tal-Parti 2;

(c)

titoli ta’ dejn ta’ maturità sa sentejn u garanzija kapitali nominali taħt 100 %, kif indikat fit-Tabella 1 tal-Parti 2.

3.

Il-klassifikazzjoni skont is-settur imsemmija fit-Taqsima 3 tal-Parti 3.

4.

Il-klassifikazzjoni skont il-pajjiż imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Parti 3.

5.

Il-klassifikazzjoni skont il-munita msemmija fit-Taqsima 5 tal-Parti 3.

Flimkien ma’ dan, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu iwettqu l-obbligi ta’ rapportar statistiku imsemmija fil-Partijiet 2, 5 u 6 billi jirrapurtaw dejta fuq bażi trimestrali biss u skont l-obbligu ta’ puntwalità mogħti għal statistika trimestrali fl-Arikolu 7(3).

PARTI 7

Sommarju

Sommarju tal-klassifikazzjonijiet għall-finijiet tal-karta tal-bilanċ aggregata tas-settur tal-IFM (1)

KATEGORIJI TA’ STRUMENTI U MATURITÀ

PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ

ATTIV

PASSIV

1.

Flus

2.

Self

 

sa sena (2)

 

Aktar minn sena u sa 5 snin (2)

 

aktar minn ħames snin (2)

li minnhom: pożizzjonijiet intra-grupp

li minnhom: self sindakat

li minnhom: riakkwisti bil-maqlub

li minnhom: self li jiġġedded u overdrafts (euro)

li minnhom: kreditu tal-karti ta’ kreditu ta’ konvenjenza (euro)

li minnhom: kreditu estiż tal-karti ta’ kreditu (euro)

li minnhom: kollateral tal-proprjetà immobbli (6)

Self b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena (euro)

li minnhom: self b’maturità li jkun għad fadal ta’ anqas minn sena

li minnhom: self b’maturità li jkun għad fadal ta’ aktar minn sena u b’rata ta’ imgħax mibdula fit-tnax-il xahar li jsegwu

Self b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn (euro)

li minnhom: self b’maturità li jkun għad fadal ta’ anqas minn sentejn

li minnhom: self b’maturità li jkun għad fadal ta’ aktar minn sentejn u b’rata ta’ imgħax mibdula fl-erbgħa u għoxrin xahar li jsegwu 3.

3.

Titoli ta’ dejn miżmuma

 

sa sena (2)

 

aktar minn sena sa mhux aktar minn sentejn (2)

 

aktar minn sentejn (2)

4.

Ekwità

5.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment

 

Ishma/unitajiet tal-MMF

 

ishma/unitajiet f’fond tal-investiment mhux MMF

6.

Assi mhux finanzjarji (inklużi assi fissi)

7.

Bqija tal-assi

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

li minnhom: imgħax akkumulat fuq self

8.

Munita fiċ-ċirkolazzjoni

9.

Depożiti

 

sa sena (3)

 

aktar minn sena (3)

li minnhom: pożizzjonijiet intra-grupp

li minnhom: depożiti trasferibbli

li minnhom: sa sentejn

li minnhom: self sindakat

9.1.

Depożiti ta’ matul il-lejl

li minnhom: depożiti trasferibbli

9.2.

Depożiti b’maturità miftiehma

 

sa sena

 

aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn

 

aktar minn sentejn

9.3.

Depożiti li jistgħu jiġu mifdija b’avviż

 

sa tliet xhur

 

aktar minn tliet xhur

 

li minnhom: aktar minn sentejn (4)

9.4.

Riakkwisti

10.

Ishma/unitajiet tal-MMF

11.

Titoli ta’ dejn maħruġin

 

sa sena

 

aktar minn sena u sa mhux aktar minn sentejn

li minnhom: sa mhux aktar minn sentejn u garanzija kapitali nominali anqas minn 100 %

 

aktar minn sentejn

12.

Kapital u riżervi

13.

Bqija tar-responsabbiltajiet

 

li minnhom: derivattivi finanzjarji

 

li minnhom: imgħax akkumulat fuq depożiti


KONTROPARTIJIET U KATEGORIJI SKONT L-ISKOP

ASSI

PASSIV

A.

Residenti domestiċi

 

IFM

 

li minnhom: Banek Ċentrali

 

li minnhom: Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr il-bank ċentrali

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Gvern Ġenerali

 

gvern ċentrali

 

Gvern statali

 

il-gvern lokali,

 

il-fondi ta’ sigurtà soċjali.

 

Setturi residenti oħrajn (5)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127) (5)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali (6)

 

li minnhom: FVCs (6)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

 

fondi tal-pensjoni (S.129) (5)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (5)

 

djar u istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (5)

 

kreditu għall-konsum (6)

 

self għax-xiri ta’ dar (6)

 

self ieħor (6)

li minnhom: proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali (6)

B.

Residenti taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

IFM

 

li minnhom: Banek Ċentrali

 

li minnhom: Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr il-bank ċentrali

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Gvern Ġenerali

 

gvern ċentrali

 

Gvern statali

 

il-gvern lokali,

 

il-fondi ta’ sigurtà soċjali.

 

Setturi residenti oħrajn (5)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127) (5)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali (6)

 

li minnhom: FVCs (6)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

 

fondi tal-pensjoni (S.129) (5)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (5)

 

djar u istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (5)

 

kreditu għall-konsum (6)

 

self għax-xiri ta’ dar (6)

 

self ieħor (6)

 

li minnhom: proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali (6)

Ċ

Residenti tal-bqija tad-dinja

 

Banek

 

Istituzzjonijiet mhux banek

 

Gvern Ġenerali

 

residenti oħra

A.

Residenti domestiċi

 

IFM

 

li minnhom: Banek Ċentrali

 

li minnhom: Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr il-bank ċentrali

 

li minnhom: istituzzjonijiet ta’ kreditu;

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Gvern Ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern ġenerali ieħor

 

Gvern statali

 

il-gvern lokali,

 

il-fondi ta’ sigurtà soċjali.

 

Setturi residenti oħrajn (5)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127) (5)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali (6)

li minnhom: FVCs (6)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

 

fondi tal-pensjoni (S.129) (5)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (5)

 

djar u istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (5)

B.

Residenti taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi

 

IFM

 

li minnhom: Banek Ċentrali

 

li minnhom: Korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti minbarra l-bank ċentrali

 

li minnhom: istituzzjonijiet ta’ kreditu;

 

Istituzzjonijiet mhux IFM

 

Gvern Ġenerali

 

gvern ċentrali

 

gvern ġenerali ieħor

 

Gvern statali

 

il-gvern lokali,

 

il-fondi ta’ sigurtà soċjali.

 

Setturi residenti oħrajn (5)

 

fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124)

 

intermedjarji finanzjarji oħrajn, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127) (5)

 

li minnhom: kontropartijiet ċentrali (6)

 

li minnhom: FVCs (6)

 

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

 

fondi tal-pensjoni (S.129) (5)

 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (5)

 

djar u istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (5)

Ċ

Residenti tal-bqija tad-dinja

 

Banek

 

Istituzzjonijiet mhux banek

 

Gvern Ġenerali

 

residenti oħra

D.

Total

D

Total

MUNITI

e

euro

x

muniti barranin - muniti oħra għajr l-euro, (jiġifieri muniti ta’ Stati Membri oħra, USD, JPY, CHF, muniti li jibqa’) (7).


(1)  Rendikonti tad-dejta ta’ kull xahar huma indikati b’tipa ħoxna, rendikonti tad-dejta trimestrali huma indikati b’tipa normali.

(2)  Rendikont tal-maturità ta’ kull xahar jirreferi biss self lil setturi prinċipali ta’ residenti għajr IFM u l-gvern ġenerali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Il-klassifikazzjonijiet korrispondenti tal-maturità għal self lill-gvern ġenerali, għajr il-gvern ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro huma trimestrali.

(2)  Il-klassifikazzjoni tal-maturità ta’ kull xahar jirreferi biss għal investimenti f’titoli maħruġa minn IFM li jinsabu fiż-żona tal-euro. Bħala daejta trimestrali, l-investimenti f’titoli maħruġa minn istituzzjonijiet mhux IFM fiż-żona tal-euro huma maqsuma f’sa sena’ u ‘iktar minn sena’.

(3)  Fil-konfront tal-bqija tad-dinja biss.

(4)  Ir-rappurtar tal-partita ‘depożiti mifdija fuq abbiż ta’ aktarm inn sentejn’ huwa volontarju sakemm ma jingħatax avviż ieħor.

(5)  Rendikont ta’ kull xahar skont is-sottosetturi huwa meħtieġ għal self u depożiti.

(6)  Għal self, huwa inkluż rendikont ulterjuri skont l-iskop għas-sottosettur S.14 + S.15. Barra minn dan, għal numru limitat ta’ strumenti, huma meħtieġa aktar ‘li minnhom pożizzjonijiet’ għal xi sottosetturi: ‘li minnhom kontropartijiet ċentrali’ u ‘li minnhom korporazzjonijiet ta’ vetturi finanzjarji’ għas-sottosettur S.125; ‘li minnhom proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali’ għal self lis-sottosettur S.14; ‘li minnhom kollateral ta’ proprjetà immobbli’ għal self lis-sottosetturi S.11 u S.14 + S.15 (obbligi trimestrali biss).

(7)  Rendikont trimestrali skont il-munita ta’ kull Stat Membru ieħor huwa meħtieġ għal partiti magħżula biss.


ANNESS II

PRINĊIPJI TA’ KONSOLIDAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

PARTI 1

Konsolidazzjoni għal skopijiet statistiċi fl-istess Stat Membru.

1.

Għal kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem ‘Stat Membru taż-żona tal-euro’), il-popolazzjoni ta’ rapportar tikkonsisti fl-IFM inklużi fil-lista ta’ IFM għal skopijiet statistiċi u ta’ residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro (1). Dawn huma:

(a)

istituzzjonijiet inkorporati u li jinsabu fit-territorju, inklużi sussidjarji (2) ta’ kumpanniji parent li jkunu jinsabu barra dak it-territorju; u

(b)

fergħat ta’ istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra dak it-territorju.

Istituzzjonijiet li jinsabu f’ċentri finanzjarji offshore huma meqjusa statistikament bħala residenti tat-territorji fejn jinsabu ċ-ċentri.

2.

L-IFM jikkonsolidaw għal skopijiet statistiċi in-negozju tal-uffiċċji kollha tagħhom (uffiċċju reġistrat jew prinċipali u/jew fergħat) li jinsab fl-istess Stat Membru. L-ebda konsolidazzjoni ma hija permessa għal skopijiet statistiċi bejn konfini nazzjonali.

(a)

Jekk kumpanija parent u s-sussidjarji tagħha jkunu IFM li jinsabu fl-istess Stat Membru, il-kumpanija parent titħalla tikkonsolida fil-prospetti statistiċi tagħha n-negozju ta’ dawn is-sussidjarji, iżda għandhom jinżammu separati n-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u IFM oħra.

(b)

Jekk istituzzjoni jkollha fergħat li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro, l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali li jinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro jqis il-pożizzjonijiet lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjoni lejn residenti ta’ Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro. Bil-maqlub, fergħa li tinsab fi Stat Membru taż-żona tal-euro partikolari tqis il-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew lejn il-fergħat l-oħra tal-istess istituzzjoni li tinsab fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri parteċipanti l-oħra bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri l-oħrajn taż-żona tal-euro.

(c)

Jekk istituzzjoni jkollha fergħat li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali li jinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro tqis il-pożizzjoni lejn dawn il-fergħat kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti tal-bqija tad-dinja. Bil-maqlub, fergħa li tinsab fi Stat Membru partikolari taż-żona tal-euro tqis il-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew lejn il-fergħat l-oħra tal-istess istituzzjoni li tinsab barra mill-Istati Membri taż-żona tal-euro bħala pożizzjonijiet lejn residenti fil-bqija tad-dinja.

PARTI 2

Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti

1.

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji applikabbli fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet ma humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għall-ESA 2010.

2.

Il-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, tirreferi għall-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi biss qabel jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. Il-perijodu ta’ avviż jikkorrispondi għaż-żmien bejn il-mument li d-detentur jagħti avviż ta’ intenzjoni li jifdi l-istrument u d-data ta’ meta d-detentur jitħalla jikkonvertih fi flus mingħajr ma jeħel penali. L-istrumenti finanzjarji huma klassifikati skont il-perijodu ta’ avviż biss meta ma jkunx hemm ebda maturità miftehma.

3.

Tista’ ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun faċilment tista’ tiġi trasferita minn unità għal oħra b’konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta’ borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.

Tabella

Kategoriji ta’ strumenti

KATEGORIJI TA’ ATTIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

1.

Flus

Żammiet ta’ euro u karti tal-flus u muniti barranin fiċ-ċirkolazzjoni li huma użati b’mod komuni sabiex isiru l-pagamenti.

2.

Self b’maturità oriġinali sa u tinkludi sena waħda/aktar minn sena u sa u tinkludi ħames snin/aktar minn ħames snin

L-investimenti f’assi finanzjarji maħluqa meta l-kredituri jsellfu fondi lid-debituri, li mhumiex ippruvati minn dokumenti jew li huma ppruvati minn dokumenti mhux negozzjabbli. Din il-partita tinkludi wkoll assi fil-forma ta’ depożiti magħmula minn aġenti li jirrapportaw. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll rendikont sħiħ tas-settur għal din il-partita.

1.

Din il-partita tinkludi:

(a)

self mogħtija lil unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jisservizzjaw unitajiet domestiċi, ikklassifikati skont:

(i)

kreditu għall-konsum (self mogħti għall-iskop ta’ użu prinċipalment personali fil-konsum ta’ oġġetti u servizzi). Kreditu għall-konsum mogħti lil proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali huwa inkluż f’din il-kategorija, jekk l-IFM li tirrapporta tkun taf li s-self jintuża b’mod predominanti għal skopijiet ta’ konsum personali;

(ii)

self għal xiri ta’ dar (kreditu estiż għall-iskop ta’ investiment fi djar għal użu personali jew kiri, inkluż bini u irranġar). Dan jinkludi self iggarantiti fuq proprjetà residenzjali li jintużaw għall-iskop ta’ xiri ta’ dar u self oħrajn għal xiri ta’ dar li jsiru fuq bażi personali jew li jkunu ggarantiti kontra forom ta’ assi oħrajn. Self fuq djar mogħtija lil proprjetajiet uniċi/soċjetajietmingħajr status legali huma inklużi f’din il-kategorija ħlief jekk l-IFM li tirrapporta tkun taf li d-dar tintuża b’mod predominanti għal skopijiet relatati ma’ negozju, f’liema każ tiġi rrapportata bħala ‘self ieħor li minnhom proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali’;

(iii)

ieħor (self mogħtija għal skopijiet minbarra konsum u xiri ta’ djar, bħal negozju, konsolidazzjoni ta’ dejn, edukazzjoni, eċċ). Din il-kategorija tista’ tinkludi self għal skopijiet ta’ konsum lil sidien proprjetajiet uniċi/soċjetajiet mingħajr status legali (ara l-Parti 3 tal-Anness II) jekk dan ma jiġix irrappurtat fil-kategorija “kreditu għall-konsum”. Sakemm ma japplikawx il-kundizzjonijiet għal rappurtar imnaqqas, għandha tiġi rrappurtata pożizzjoni “li minnhom”, li tidentifika separatament f’din il-kategorija s-self mogħtija lil proprjetajiet uniċi (ara l-Parti 3 tal-Anness II).

(b)

dejn tal-karti ta’ kreditu

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, din il-kategorija tkopri kreditu mogħti lil unitajiet domestiċi jew lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji jew permezz ta’ karti ta’ debitu ttardjati, jiġifieri kards li jipprovdu kreditu ta’ konvenjenza kif iddefinit hawn isfel, jew permezz ta’ karti ta’ kreditu, jiġifieri kards li jipprovdu kreditu ta’ konvenjenza u kreditu estiż. Dejn tal-karti ta’ kreditu huwa rreġistrat f’kontijiet dedikati ta’ kards u għalhekk ma jkunx evidenti f’kontijiet kurrenti jew ta’ overdraft. Kreditu ta’ konvenjenza huwa ddefinit bħala kreditu mogħti b’rata ta’ imgħax ta’ 0 % fil-perijodu bejn it-tranżazzjonijiet tal-ħlas imwettqa bil-kard matul ċiklu wieħed ta’ fatturar u d-data li fiha l-bilanċi ta’ debitu minn dan iċ-ċiklu speċifiku ta’ fatturar isiru dovuti. Kreditu estiż huwa ddefinit bħala l-kreditu mogħti wara li d-dati dovuti taċ-ċiklu ta’ fatturar ta’ qabel ikunu għaddew, jiġifieri ammonti ta’ debitu fuq il-kont tal-kard li ma jkunux ġew saldati meta dan kien possibbli l-ewwel darba, li s-soltu fuqhom ikun hemm rata ta’ imgħax jew rati ta’ imgħax gradwatorji ta’ aktar minn 0 %. Ħafna drabi jkollhom isiru ħlasijiet minimi bin-nifs kull xahar, ħalli ta’ lanqas jitħallas lura parzjalment il-kreditu estiż.

Il-kontroparti ta’ dawn il-forom ta’ kreditu hija l-entità attwalment responsabbli biex tħallas lura l-ammonti pendenti skont il-ftehim kuntrattwali, li jikkoinċidi mad-detentur tal-kard fil-każ ta’ kards użati privatament, imma mhux fil-każ ta’ kards tal-kumpaniji;

(c)

Self li jiġġedded u overdrafts

Self li jiġġedded huwa self li għandu dawn il-karatteristiċi kollha: (i) min jissellef jista’ juża jew jirtira fondi sa limitu ta’ kreditu approvat minn qabel mingħajr ma javża minn qabel lil min isellef; (ii) l-ammont ta’ kreditu disponibbli jista’ jiżdied u jonqos hekk kif il-fondi jiġu mislufa u mħallsa lura; (iii) il-kreditu jista’ jintuża b’mod ripetut; (iv) ma hemm ebda obbligu ta’ ħlas lura regolari tal-fondi.

Self li jiġġedded jinkludi l-ammonti miksuba permezz ta’ linja ta’ kreditu u li jkunu għadhom ma tħallsux lura (ammonti pendenti). Linja ta’ kreditu hija ftehim bejn min jislef u min jissellef li jħalli lil min jissellef jieħdu flus bil-quddiem, matul perijodu ddefinit u sa ċertu limitu, u jħallas lura fid-diskrezzjoni tiegħu l-flus miġbuda qabel data ddefinita. Ammonti disponibbli permezz ta’ linja ta’ kreditu li ma jkunux inġibdu jew li jkunu tħallsu lura diġà m’għandhomx jitqiesu taħt l-ebda kategorija tal-partiti tal-karta tal-bilanċ. Overdrafts huma bilanċi ta’ debitu fuq kontijiet kurrenti. Kemm self li jiġġeddu u overdrafts jeskludu self mogħti permezz ta’ karti ta’ kreditu. L-ammont totali dovut minn min jissellef għandu jiġi rrappurtat, irrispettivament minn jekk huwiex fi ħdan jew lil hinn minn kwalunkwe limitu miftiehem bejn min jislef u min jissellef fir-rigward tad-daqs u/jew il-perijodu massimu tas-self;

(d)

Self sindakati (ftehim ta’ self wieħed, li fih jipparteċipaw diversi istituzzjonijiet bħala selliefa).

Self sindakati jkopru biss każijiet fejn min jissellef jaf, mill-kuntratt tas-self, li s-self huwa magħmul minn diversi selliefa. Għall-finijiet ta’ statistika, huma l-ammonti biss attwalment maħruġa mis-selliefa (aktar milli linji ta’ kreditu totali) li jitqiesu bħala self sindakati. Is-soltu s-self sindakat huwa arranġat u kkoordinat minn istituzzjoni waħda (ħafna drabi msejħa “il-maniġer ewlieni”) u magħmul minn diversi parteċipanti fis-sindakat. Il-parteċipanti kollha, inkluż il-maniġer ewlieni, ilkoll jirrappurtaw is-sehem tagħhom tas-self fil-konfront ta’ min jissellef (jiġifieri mhux fil-konfront tal-maniġer ewlieni) fl-attiv tal-karti tal-bilanċ tagħhom;

(e)

depożiti kif definiti fil-kategorija tal-passiv 9;

(f)

kiri finanzjarju lil terzi persuni

Kiri finanzjarju huma kuntratti fejn is-sid legali ta’ beni durevoli (iktar ‘il quddiem il-“lokatur”) jislef dawn l-assi lil terza persuna (iktar ‘il quddiem il-“lokatarju”) għall-biċċa l-kbira tal-ħajja kollha ekonomika tal-assi, jew mhux kollha, bi skambju għal ħlasijiet bin-nifs li jkopru kemm jiswa l-beni flimkien ma’ ħlas tal-imgħax imputat. Il-lokatarju fil-fatt huwa preżunt li jirċievi l-benefiċċji kollha li jistgħu jinkisbu mill-użu tal-beni u li jġarrab l-ispejjeż u r-riskji assoċjati mas-sjieda. Għal finijiet statistiċi, kirjiet finanzjarji huma ttrattati bħala self mil-lokatur lil-lokatarju li jippermettu lil-lokatarju biex jixtri l-beni durevoli. L-assi (oġġetti durevoli) li jkunu ġew mislufa lil-lokatarju m’huma rreġistrati mkien fuq il-karta ta’ bilanċ;

(g)

self li ma jistax jiġi rkuprat li jkun għadu ma tħallasx lura u lanqas ma ġie kkanċellat

L-ammont totali ta’ self li fir-rigward tiegħu l-ħlas lura jkun ilu dovut jew inkella identifikat bħala indebolit, parzjalment jew totalment, skont id-definizzjoni ta’ inadempjenza fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h)

investimenti f’titoli mhux negozjabbli

Investimenti f’titoli ta’ dejn li ma humiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji;

(i)

self innegozjati

Self li de facto jkunu saru negozjabbli għandhom jiġu kklassifikati taħt il-partita ta’ assi “self” kemm-il darba ma jkun hemm ebda evidenza ta’ negozjar f’suq sekondarju. Inkella għandhom jiġu kklassifikati bħala titoli ta’ dejn (kategorija 3);

(j)

dejn subordinat fil-forma ta’ depożiti jew self

Strumenti ta’ debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista’ tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, eż. depożiti/self, biex b’hekk jingħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta’ ekwità. Għal skopijiet statistiċi, dejn subordinat għandu jiġi kklassifikat bħala “self” jew “titoli ta’ dejn” skont in-natura tal-istrument finanzjarju. Meta investimenti ta’ IFM ta’ kull forma ta’ dejn subordinat ikunu identifikati attwalment bħala ċifra unika għal skopijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt il-partita tal-assi “titoli ta’ dejn”, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa kkostitwit b’mod predominanti fil-forma ta’ titoli, aktar milli self;

(k)

pretensjonijiet taħt riakkwisti bil-maqlub jew self ta’ titoli kontra kollateral fi flus

Kontraparti ta’ flus mħallsa bi skambju għal titoli mixtrija minn aġenti ta’ rappurtar bi prezz miftiehem b’impenn sod biex l-istess titoli jew simili jerġgħu jinbiegħu bi prezz fiss f’data future speċifikata, jew self ta’ titoli kontra kollateral fi flus (ara l-kategorija tal-passiv 9.4).

Għall-finijiet ta’ din l-iskema ta’ rapprotar, il-klassifikazzjoni tas-self skont il-kollateral ta’ proprjetà immobbli jinkludi l-ammont totali ta’ self pendenti li huma kollateralizzati b’mod konformi mal-Artikolu 199 paragrafi 2 sa 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi proporzjon ta’ self pendenti/kollaterali ta’ 1 jew inqas minn 1. Jekk dawn ir-regoli ma jiġux applikati mill-aġent tar-rapportar, id-determinazzjoni tas-self li għandhom jiġu inklużi f’dan il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq l-approċċ magħżul biex tinkiseb konformità mar-rekwiżiti kapitali.

2.

Il-partita li ġejja mhijiex trattata bħala self:

Self mogħtija fuq bażi ta’ trust

Self mogħtija fuq bażi ta’ trust, jiġifieri self lil trust jew self fiduċjarji, huma self li jinħarġu f’isem ta’ persuna waħda (iktar ‘il quddiem il-“fiduċjarju”) f’isem terza persuna (iktar ‘il quddiem il-“benefiċjarju”). Għal finijiet statistiċi, self lil trust ma jridux jiġu reġistrati fuq il-karta ta’ bilanċ tal-fiduċjarju meta r-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda tal-fondi jibqgħu f’idejn il-benefiċjarju. Ir-riskji u l-benefiċċji tas-sjieda jibqgħu f’idejn il-benefiċjarju meta: (a) il-benefiċjarju jassumi r-riskju ta’ kreditu tas-self, jiġifieri l-fiduċjarju huwa responsabbli biss għall-ġestjoni amministrattiva tas-self; jew (b) l-investiment tal-benefiċjarju huwa ggarantit kontra telf, jekk il-fiduċjarju jidħol f’likwidazzjoni, jiġifieri is-self lil trust mhuwiex parti mill-assi tal-fiduċjarju li jistgħu jitqassmu fil-każ ta’ falliment.

3.

Titoli ta’ dejn

Investimenti f’titoli ta’ dejn, li huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala evidenza ta’ dejn, li normalment huma nnegozjati fi swieq sekondarji jew jistgħu jiġu paċuti fis-suq, u li ma jagħtu ebda tip ta’ dritt ta’ proprjetà lid-detentur fuq l-istituzzjoni emittenti.

Din il-partita tinkludi:

(a)

Investimenti f’titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b’kuntratt fil-forma ta’ pagamenti ta’ kupuni u/jew ta’ somma fissa stabbilita minn qabel f’data jew dati speċifiċi, jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

self li jkunu saru negozjabbli f’suq organizzat, jiġifieri self innegozjati, sakemm ikun hemm prova ta’ kummerċ f’suq sekondarju, inkluża l-eżistenza ta’ ġeneraturi tas-suq, u l-kwotazzjoni frekwenti tal-ass finanzjarju, bħal dik ipprovduta minn bid-offer spreads. Meta dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu kklassidikati taħt il-partita ta’ assi ‘self’ (ara wkoll ‘self innegozjati’ fil-kategorija 2i);

(c)

dejn subordinat fil-forma ta’ titoli ta’ dejn (ara ukoll “dejn subordinat fil-forma ta’ depożiti jew self” fil-kategorija 2j)

Titoli mislufa taġt operazzjonijiet ta’ self ta’ titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta’ riakkwist jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu rreġistrati fuq il-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod biex tinqeleb l-operazzjoni, u mhux sempliċement opzjoni biex isir dan. Meta l-akkwirent temporanju ibiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala transazzjoni ċara f’titoli u mdaħħla fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.

3a/3b/3c

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

Dawn il-partiti jinkludu:

(a)

Investimenti f’titoli negozjabbli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(b)

self li jkunu saru negozjabbli f’suq organizzat, jiġifieri self oriġinali li jkunu kklassifikati bħala titoli ta’ dejn, b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(c)

Dejn subordinat fil-forma ta’ titoli negozjabbli ta’ dejn ta’ maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

4.

Ekwità

Ekwità tirrappreżenta drittijiet ta’ proprjetà fuq korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet; hija pretensjoni dwar il-valur li jifdal wara li l-pretensjonijiet tal-kredituri kollha jkunu ġew sodisfatti.

Din il-partita tinkludi ishma elenkati u mhux elenkati u ekwità oħra

5.

Ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment

Ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment li huma intrapriżi ta’ investiment kollettiv li jinvestu f’attiv finanzjarju u/jew mhux finanzjarju, sal-punt li l-għan huwa l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku

Din il-partita tinkludi ishma/unitajiet MMF (maħruġa mill-MMFs bis-saħħa tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u ishma/unitajiet maħruġa minn fondi ta’ investiment mhux MMF (kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38)

6.

Attiv mhux finanzjarju(inkluż attiv fissi)

Attiv tanġibbli jew intanġibbli minbarra attiv finanzjarju. Din il-partita tinkludi residenzi, binjiet u strutturi oħran, makkinarju u tagħmir, oġġetti prezzjużi, prodotti tal-proprjetà intellettwali bħal programmi tal-kompjuter u databases

7.

Attiv li jifdal

Il-partita ‘attiv li jifdal’ hija l-partita residwali fuq in-naħa tal-attiv tal-karta ta’ bilanċ, definita bħala “attiv mhux inkluż x’imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jitolbu r-rappurtar ta’ sotto-pożizzjonijiet speċifiċi inkużi f’din il-partita. Attiv li jifdal jista’ jinkludi:

(a)

pożizzjonijiet ta’ derivattivi finanzjarji b’valuri tas-suq gross posittivi

Għal finijiet statistiċi, strumenti derivattivi finanzjarji li jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ huma inklużi hawnhekk u għandhom jiġu rrapportati bħala partita separata “li minnhom” bi klassifikazzjoni settorjali (IFM/mhux IFM) u ġeografika (domestiċi/taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi/il-kumplament tad-dinja);

(b)

ammonti gross riċevibbli fir-rigward ta’ oġġetti sospiżi

Oġġetti sospiżi huma bilanċi tal-assi miżmuma fil-karta ta’ bilanċ tal-IFM li mhumiex reġistrati fl-isem ta’ konsumaturi imma li madanakollu għandhom x’jaqsmu ma’ fondi tal-konsumatur, eż. fondi li qed jistennew investiment, trasferiment jew saldu;

(c)

ammonti gross riċevibbli fir-rigward ta’ oġġetti ta’ tranżitu

Oġġetti ta’ tranżitu jirrappreżentaw fondi, li normalment jappartjenu lill-konsumaturi, li jkunu qegħdin jiġu trażmessi bejn IFM. Oġġetti jinkludu ċekkijiet u forom oħra ta’ pagament li jkunu ntbagħtu għall-ġbir lil IFM oħrajn;

(d)

imgħax akkumulat riċevut fuq self

Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabbiltà abbażi tal-ammonti dovuti, l-imgħax riċevut fuq is-self għandu jkun suġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif jakkumula, jiġifieri fuq il-bażi tal-ammonti dovuti, u mhux meta attwalment jiġi riċevut, jiġifieri fuq il-bażi ta’ flus. L-imgħax akkumulat fuq self huwa kklassifikat fuq bażi gross taħt il-kategorija “assi li jifdal”. L-imgħax akkumulat huwa eskluż mis-self li miegħu jkun relatat, u għandu jiġi rrapportat bħala partita separata “li minnhom”;

(e)

imgħax akkumulat fuq investimenti f’titoli ta’ dejn;

(f)

dividendi li għad iridu jiġu riċevuti;

(g)

ammonti riċevibbli mhux relatati man-negozju ewleni tal-IFM;

(h)

kontraparti tal-assi għal muniti maħruġa mill-Istat (karti tal-bilanċ tal-BĊNi biss);

“Assi li jifdal”jeskludu strumenti finanzjarji li jieħdu l-forma ta’ assi finanzjarji (inklużi fl-oġġetti l-oħra tal-karta ta’ bilanċ), ċerti strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ assi finanzjarji, bħal ma huma garanziji, impennji, self amministrati u self lil trust (irreġistrati b’mod li ma jidhirx fil-karta ta’ bilanċ), u assi li mhumiex finanzjarji (inklużi fi ħdan il-kategorija 6)


KATEGORIJI TA’ PASSIV

Kategorija

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali

8.

Munita fiċ-ċirkolazzjoni

Il-kategorija tal-passiv ta’ “munita fiċ-ċirkolazzjoni” hija karti tal-flus u muniti fiċ-ċirkolazzjoni maħruġin jew awtorizzati minn awtoritajiet monetarji. Din il-kategorija tinkludi karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u l-BĊNi. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni mhumiex passiv tal-IFM fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, imma passiv tal-gvern ċentrali. Madankollu, muniti huma parti mill-aggregati monetarji u għalhekk jiddaħħlu taħt il-kategorija “munita fiċ-ċirkolazzjoni”. Il-kontroparti għal dan il-passiv għandha tiġi inkluża taħt “assi li jifdal”

9.

Depożiti

Ammonti (ishma, depożiti jew oħrajn), li huma dovuti lil kredituri minn aġenti ta’ rapportar u li jaqgħu taħt il-karatteristiċi deskritti fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness I, ħlief dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ titoli negozjabbli jew ishma/unitajiet ta’ MMF. Għall-finijiet tal-iskema ta’ rappurtar, din il-kategorija hija maqsuma f’depożiti ta’ matul il-lejl, depożiti b’maturità miftiehma, depożiti li jinfdew fuq talba u ftehim ta’ riakkwist

(a)

depożiti u self

“Depożiti” jkopri wkoll “self” bħala passi tal-IFM. F’termini kunċettwali, self jirrappreżenta ammonti rċevuti mill-IFM li mhumiex strutturati fil-forma ta’ “depożiti”. L-ESA 2010 jiddistingwi bejn “self” u “depożiti” fuq il-bażi tal-parti li tieħu l-inizjattiva, jiġifieri jekk tkun il-parti li tissellef, allura jikkostitwixxi self, imma jekk tkun il-parti li tislef, imbagħad jikkostitwixxi depożitu. Fl-iskema ta’ rappurtar, “self” mhumiex rikonoxxuti bħala kategorija separata fuq in-naħa tal-passiv tal-karta ta’ bilanċ. Minflok, bilanċi li huma meqjusa bħala “self” għandhom jiġu kklassifikati bla distinzjoni taħt il-partita “passiv ta’ depożitu”, ħlief jekk ikunu rappreżentati permezz ta’ strumenti negozjabbli. Dan huwa konformi mad-definizzjoni ta’ “passiv ta’ depożitu” iktar ‘il fuq. Self lil IFM li huma klassifikati bħala “passiv ta’ depożitu” għandhom jiġu kklassifikati skont ir-rekwiżiti tal-iskema ta’ rappurtar, jiġifieri skont is-settur, strument, munita u maturità. Self sindakat irċevut minn aġenti tar-rapportar jaqgħu taħt din il-kategorija.

(b)

strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli.

Strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw ġeneralment għandhom jiġu klassifikati bħala “passiv ta’ depożitu”. Strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw li sussegwentement isiru negozjabbli u li jistgħu jiġu negozjati fi swieq sekondarji għandhom jiġu klassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta’ dejn”.

(c)

depożiti marġinali

Depożiti marginali (margini) li jsiru skont kuntratti derivattivi għandhom jiġu klassifikati bħala “passiv ta’ depożitu” meta jkunu jirrappreżentaw kollaterali ta’ flus depożitati ma’ IFM u meta jibqgħu l-proprjetà tad-depożitatur u jkollhom jerġgħu jitħallsu lura lid-depożitatur meta jagħlaq il-kuntratt. Fil-prinċipju, marġni riċevuti mill-aġent li jirrapporta għandhom jiġu kklassifikati bħala “passiv ta’ depożitu” biss sal-punt li l-IFM tiġi pprovduta b’fondi li jkunu disponibbli liberament għal self ta’ fondi mislufa; meta parti tal-marġini riċevuta mill-IFM ikollha tingħadda li parteċipant ieħor fis-suq tad-derivattivi, eż. clearing house, dik il-parti biss li tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-IFM għandha fil-prinċipju tiġi kklassifikata bħala “passiv ta’ depożitu”. Il-komplessitajiet ta’ prattika kurrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli biex jiġu identifikati dawk il-marġini li verament jistgħu jitħallsu lura, minħabba li tipi differenti ta’ marġini jitqiegħdu b’mod li ma jistgħux jintgħarfu fl-istess kont, jew dawk il-marġini li jipprovdu lill-IFM b’riżorsi għal self ta’ fondi mislufa. F’dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li jiġu kklassifikati dawn il-marġini taħt “passiv li jifdal” jew bħala “passiv ta’ depożitu”:

(d)

bilanċi mmarkati

Skont il-prattika nazzjonali, “bilanċi mmarkati” relatati ma’ pereżempju kuntratti ta’ kiri huma kklassifikati bħala passiv ta’ depożitu taħt “depożiti b’maturità miftiehma” jew “depożiti li jistgħu jinfdew fuq avviż” skont il-maturità/dispożizzjonijiet tal-kuntratt sottostanti.

(e)

ishma maħruġa mill-IFM

Ishma maħruġa minn IFM huma klassifikati bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi jekk: (i) ikun hemm relazzjoni ekonomika ta’ debitur-kreditur bejn l-IFM emittenti u d-detentur, irrispettivament minn kwalunkwe drittijiet ta’ proprjetà f’dawn l-ishma; u (ii) l-ishma jistgħu jiġu kkonvertiti f’munita jew mifdija mingħajr restrizzjonijiet jew penali sinifikanti. Pejodu ta’ avviż m’huwiex kunsidrat bħala restrizzjoni sinifikanti. Barra minn hekk, dawn l-ishma għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

id-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali relevanti ma jipprovdu ebda dritt mingħajr kundizzjoni lill-IFM emittenti li tirrifjuta il-fidi tal-ishma tagħha,

l-ishma huma “ta’ valur ċert”, jiġifieri taħt ċirkostanzi normali jiġu mħallsa bil-valur nominali tagħhom fil-każ ta’ fidi;

F’każ ta’ insolvenza tal-IFM, id-detenturi tal-ishma tagħha la jkunu soġġetti legalment għall-obbligu li jkopru l-passiv pendenti minbarra l-valur nominali tal-ishma, jiġifieri l-parteċipazzjoni tal-azzjonisti fil-kapital sottoskritt, u lanqas għal xi obbligu supplimentari oneruż ieħor. Is-subordinazzjoni tal-ishma għal xi strument ieħor maħruġ mill-IFM ma tikkwalifikax bħala obbligu supplimentari oneruż.

Il-perijodi ta’ avviż għall-konversjoni ta’ dawn l-ishma f’munita jintużaw sabiex dawn l-ishma jiġu klassifikati skont il-perijodu ta’ avviż fi ħdan il-kategorija tal-istrumenti “depożiti”. Dawn il-perijodi ta’ avviż japplikaw ukoll meta jiġi ddeterminat il-proporzjon ta’ riżerva taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Kull sehem immarkat relatat ma’ self magħmul mill-IFM għandu jiġi kklassifikat bħala passiv ta’ depożitu, bl-istess klassifikazzjoni oriġinali tal-maturità bħas-self sottostanti, jiġifieri bħala “depożiti b’maturità miftiehma” jew “depożiti li jinfdew b’avviż”, skont id-dispożizzjonijiet tal-maturità tal-kuntratt ta’ self sottostanti.

Meta maħruġa mill-IFM, dawn l-ishma maħruġa mill-IFM u kklassifikati bħala depożiti minflok kapital u riżervi huma klassifikati mill-IFM possedenti bħala self fuq in-naħa tal-attiv tal-karta ta’ bilanċ tagħha.

(f)

passiv ta’ titolizzazzjoni

Il-kontroparti tas-self u/jew ta’ assi oħrajn mibjugħa f’titolizzazzjoni imma li xorta waħda hija rikonoxxuta fuq il-karta tal-bilanċ tal-istatistika.

Il-partita li ġejja ma titqisx bħala depożitu:

 

Fondi (depożiti) rċevuti fuq bażi ta’ trust m’għandhomx jiġu reġistrati fuq il-karta ta’ bilanċ ta’ statistika tal-IFM (ara “Self mogħti fuq bażi ta’ trust” taħt il-kategorija 2)

9.1.

Depożiti ta’ matul il-lejl

Depożiti li jistgħu jinqelbu f’munita u/jew li huma trasferibbli fuq talba permezz ta’ ċekk, ordni bankarja, dħul ta’ dejn jew mezz simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali. Din il-partita tinkludi:

(a)

bilanċi (li jagħtu l-imgħax jew le) li jistgħu jinqelbu immedjatament f’munita fuq talba jew permezz ta’ għeluq tan-negozju fil-jum ta’ wara dak li fih ikun sar id-depożitu, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikanti, imma li mhumiex trasferibbli;

(b)

bilanċi (li jagħtu l-imgħax jew le) li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ flejjes elettroniċi bbażati fuq il-ħardwer jew fuq is-software, eż. kards imħallsa bil-quddiem;

(c)

self li jrid jitħallas lura fit-tmiem tal-ħin tax-xogħol fil-jum ta’ wara dak li fih ingħata s-self.

9.1a.

Depożiti trasferibbli

Depożiti trasferibbli huma dawk id-depożiti fi ħdan il-kategorija “depożiti ta’ matul il-lejl” li huma trasferibbli direttament fuq talba biex jagħmlu ħlasijiet lil aġenti ekonomiċi oħra permezz ta’ mezzi ta’ ħlas użati normalment, bħal trasferiment ta’ kreditu u debitu dirett, possibbilment ukoll permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, tranżazzjonijiet ta’ flus elettroniċi, ċekkijiet, jew mezzi simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjonijiet jew penali. Depożiti li jistgħu jintużaw biss għal ġbid ta’ flus, u/jew depożiti li minnhom jistgħu jinġibdu jew jiġu ttrasferiti flus permezz ta’ kont ieħor tal-istess sid, m’għandhomx jiddaħħlu bħala depożiti trasferibbli.

9.2.

Depożiti b’maturità miftiehma

Depożiti li mhumiex trasferibbli li ma jistgħux jinqalbu f’munita qabel terminu fiss miftiehem jew li jistgħu jinqalbu biss f’munita qabel dak it-terminu miftiehem kemm-il darba d-detentur iħallas xi tip ta’ penali. Din il-partita tinkludi wkoll depożiti ta’ tfaddil irregolati amministrattivament fejn il-kriterju relatat mal-maturità mhuwiex rilevanti; dawn għandhom jiġu kklassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn sentejn”. Prodotti finanzjarji b’dispożizzjonijiet roll-over għandhom jiġu kklassifikati skont il-maturità l-aktar bikrija. Għalkemm depożiti b’maturità miftiehma jista’ jkollhom il-possibbiltà li jinfdew aktar kmieni wara notifika minn qabel, jew jistgħu jinfdew fuq talba soġġetti għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi mhumiex meqjusa bħala rilevanti għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni

9.2a/9.2b/9.2ċ

Depożiti ta’ maturità miftiehma sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

Dawn il-partiti jinkludu għal kull klassifikazzjoni ta’ maturità:

(a)

Bilanċi mqegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li mhumiex trasferibbli u li ma jistgħux jinqalbu f’muniti qabel dik il-maturità;

(b)

Bilanċi mqegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li mhumiex trasferibbli imma jinfdew qabel dak it-terminu wara notifika minn qabel; meta tkun ingħatat notifika, dawn il-bilanċi għandhom jiġu klassifikati f’9.3a jew 9.3b, fejn xieraq;

(c)

Bilanċi mqegħda b’terminu fiss ta’ maturità sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn li mhumiex trasferibbli imma jinfdew fuq talba soġġetti għal ċerti penali;

(d)

Pagamenti marginali li jsiru skont kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu fi żmien sena/bejn sena u sentejn/iktar minn sentejn, li jirrappreżentaw kollateral ta’ flus kontanti mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta’ kreditu imma li jibqgħu fil-pussess tad-depożitatur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitatur meta jkun ingħalaq il-kuntratt;

(e)

Self, li tagħhom ikun hemm xiehda permezz ta’ dokumenti mhux negozjabbli jew inkella li tagħhom ma jkunx hemm xiehda permezz ta’ dokumenti, b’maturità originali sa sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(f)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli maħruġa mill-IFM li jkollhom maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(g)

Dejn subordinat maħruġ mill-IFM fil-forma ta’ depożiti jew self b’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn.

(h)

Passiv ta’ titolizzazzjoni.

Il-kontroparti tas-self u/jew ta’ assi oħrajn mibjugħa f’titolizzazzjoni imma li xorta waħda hija rikonoxxuta fuq il-karta tal-bilanċ tal-istatistika. B’konvenzjoni dan il-passiv huwa assenjat għall-klassifikazzjoni tal-maturità ta’ “maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn”.

Barra minn hekk, depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn jinkludu:

Bilanċi (irrispettivament mill-maturità) li fihom ir-rati tal-imgħax u/jew termini u kondizzjonijiet huma speċifikati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li huma ddisinjati biex jinżammu għal għanijiet speċifiċi, eż. finanzjament għal djar, li jseħħu wara sentejn, anke jekk teknikment jistgħu jinfdew fuq talba

9.3.

Depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż

Depożiti li mhumiex trasferibbli mingħajr maturità miftiehma li ma jistgħux jinqalbu f’munita mingħajr perijodu ta’ avviż minn qabel, qabel l-iskadenza l-konveżjoni f’munita mhijiex possibbli jew hija possibbli biss b’penali. Dawn jinkludu depożiti li, għalkemm forsi jistgħu jiġu rtirati legalment fuq talba, ikunu soġġetti għal penali u restrizzjonijiet skont il-prattika nazzjonali (ikklassifikata fil-faxxa ta’ maturità “sa u inklużi tliet xhur”), u kontijiet ta’ investimenti mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, imma li fihom dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus (ikklassifikati fil-faxxa ta’ maturità ta’ “aktar minn tliet xhur”)

9.3a/9.3b

Depożiti li jinfdew b’avviż sa u inklużi tliet xhur/ta’ aktar minn tliet xhur li minnhom fuq avviż ta’ aktar minn sentejn

Dawn il-partiti jinkludu:

(a)

Bilanċi mqegħda minghajr maturità fissa li jistgħu jiġu rtirati biss soġġetti għal avviż minn qabel ta’ sa u inklużi tliet xhur/iktar minn tliet xhur li minnhom aktar minn sentejn; jekk ikun possibbli li jinfdew qabel dak il-perijodu tal-avviż (jew anke fuq talba), ikun jinvolvi l-ħlas ta’ penali; u

(b)

Bilanċi mqegħda b’terminu fiss ta’ maturità li mhumiex trasferibbli imma li jkunu ġew soġġetti għal notifika ta’ inqas minn tliet xhur/ta’ aktar minn tlett xhur, li minnhom ta’ aktar minn sentejn, għal fidi aktar kmieni

Barra minn hekk, depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż sa u inklużi tliet xhur jinkludu depożiti mhux trasferibbli mad-daqqa t’għajn u tipi oħrajn ta’ depożiti bl-imnut li, għalkemm jistgħu jinfdew legalment fuq talba, huma suġġetti għal penali sinifikanti

Depożiti li jistgħu jinfdew b’avviż ta’ aktar minn tliet xhur li minnhom aktar minn sentejn avviż (fejn applikabbli) jinkludu kontijiet ta’ investiment mingħajr perijodu ta’ avviż jew maturità miftiehma, iżda li jkunu jinkludu dispożizzjonijiet restrittivi dwar ġbid ta’ flus

9.4.

Riakkwisti

Kontraparti ta’ flus irċevuti bi skambju għal titoli mibjugħa minn aġenti li jirrapportaw bi prezz miftiehem taħt rabta soda biex l-istess titoli jew simili jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f’data speċifikata fil-futur. Ammonti rċevuti minn aġenti li jirrapporaw bi skambju għal titoli trasferiti lil parti terza, jiġifieri l-akkwirent temporanju, għandhom jiġu kklassifikati taħt “ftehim ta’ riakkwist” fejn ikun hemm rabta soda biex jinqaleb l-operat u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Dan jimplika li aġenti li jirrapportaw iżommu r-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti matul l-operat.

Il-varjanti li ġejjin ta’ operazzjonijiet tat-tip ta’ riakkwist huma kollha klassifikati taħt “ftehim ta’ xiri mill-ġdid”:

(a)

ammonti rċevuti bi skambju għal titoli temporanjament ittrasferiti lil parti terza fil-forma ta’ self ta’ titoli kontra kollaterali fi flus u

(b)

ammonti rċevuti bi skambju għal titoli ittrasferiti temporanjament lil terza persuna fil-forma ta’ ftehim ta’ bejgħ/xiri lura.

It-titoli sottostanti ta’ operazzjonijiet ta’ tip ta’ riakkwist huma rreġistrati skont ir-regoli fil-partita tal-assi 3 “titoli ta’ dejn”. Operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta’ deheb kontra kollateral fi flus huma wkoll inklużi taħt din il-partita.

10.

Ishma/unitajiet tal-MMF

Ishma jew unitajiet maħruġa minn MMF. Ara d-definizzjoni fit-Taqsima 2 tal-Parti 1 tal-Anness I.

11.

Titoli ta’ dejn maħruġin

Titoli għajr ekwità maħruġa minn aġenti ta’ rappurtar, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu kkumpensati fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta’ proprjetà fuq l-istituzzjoni emittenti. Din il-partita tinkludi:

(a)

Titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b’kuntratt fil-forma ta’ pagamenti b’kupuni u/jew somma fissa stabbilita minn qabel f’data speċifika (jew dati) jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

Strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti ta’ rappurtar li sussegwentement isiru negozjabbli għandhom jiġu klassifikati mill-ġdid bħala ‘titoli ta’ debitu’ (ara wkoll il-kategorija 9).

(c)

Dejn subordinat maħruġ mill-IFM irid jiġi trattat bl-istess mod bħal dejn kli jġarrbu l-IFM ghall-finijiet ta’ statistiċi monetarju u finanzjarji. Għalhekk, debitu subordinat maħruġ fil-forma ta’ titoli għandu jiġi kklassifikat bħala “titoli ta’ dejn maħruġa”, waqt li dejn subordinat maħruġ minn IFM fil-forma ta’ depożiti jew self irid jiġi kklassifikat bħala “passiv ta’ depożitu”. Meta d-dejn subordinat kollu maħruġ mill-IFM jiġi identifikat bħala ammont waħdieni għal finijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi kklassifikata taħt il-partita “titoli ta’ dejn maħruġa” fuq il-bażi li dejn subordinat huwa kkostitwit prinċipalment fil-forma ta’ titoli aktar milli bħala self. Dejn subordinat m’għandux jiġi kklassifikat taħt il-partita tal-passiv “kapital u riżervi”

(d)

Strumenti ibridi. Strumenti negozjabbli b’taħlita ta’ dejn u komponenti derivattivi, inklużi:

(i)

strumenti ta’ dejn negozjabbli li jinkludu derivattivi inkorporati;

(ii)

strumenti negozjabbli li l-valur ta’ fidi u/jew il-kupun tagħhom huma marbuta mal-iżvilupp ta’ assi ta’ referenza, il-prezz tal-assi jew indikatur ieħor ta’ referenza fuq il-maturità tal-istrument

11a/11b/11ċ

Titoli ta’ dejn ta’ maturità oriġinali sa u inkluża sena waħda/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

Dawn il-partiti jinkludu għal kull klassifikazzjoni ta’ maturità:

(a)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli maħruġa mill-IFM li jkollhom maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn;

(b)

Dejn subordinat maħruġ mill-IFM fil-forma ta’ titoli ta’ dejn ta’maturità oriġinali sa u inkluża sena/aktar minn sena u sa u inklużi sentejn/aktar minn sentejn

11d

Li minnhom titoli ta’ dejn sa mhux aktar minn sentejn u garanzija kapitali nominali anqas minn 100 %

Strumenti ibridi maħruġa minn IFM b’maturità oriġinali ta’ mhux aktar minn sentejn, u li malli jimmaturaw, jistgħu jkollhom valur ta’ fidi kuntrattwali fil-munita tal-ħruġ anqas mill-ammont li jkun ġie investit oriġinarjament, minħabba t-taħlita tagħhom ta’ dejn u komponenti derivattivi.

12.

Kapital u riżervi

Għall-għanijiet tal-iskema ta’ rappurtar, din il-kategorija tħaddan l-ammonti li jinħolqu mill-ħruġ ta’ kapital ta’ ekwità minn aġenti li jirrapportaw jew proprjetarji oħra, li jirrappreżentaw għad-detentur drittijiet ta’ propjetà fl-IFM u ġeneralment dritt għal sehem fil-qligħ tiegħu u sehem fil-fondi proprji tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni. Profitt (jew telf) kif irreġistrat fir-rapport tal-profitt u t-telf, fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti jew fondi mwarrba minn aġenti li jirrapportaw f’antiċipazzjoni tal-ħlasijiet u l-obbligazzjonijiet li aktarx ikun hemm fil-futur huma inklużi wkoll. Fid-dettall, il-kategorija fil-prinċipju għandha tinkludi:

(a)

kapital ta’ ekwità miġbur, inkluż il-primjum tas-sehem;

(b)

profitt (jew telf) kif irreġistrat ir-rapport tal-profitt u t-telf;

(c)

dħul u spejjeż rikonoxxuti direttament fl-ekwità;

(d)

fondi li jirriżultaw minn dħul mhux imqassam lill-azzjonisti;

(e)

dispożizzjonijiet speċifiċi u ġenerali kontra self, titoli u tipi oħra ta’ assi, eż. konċessjonijiet għal indebolimenti u telf minn self (jistgħu jiġu rreġistrati skont ir-regoli tal-kontabilità)

13.

Passiv li jifdal

Il-partita “passiv li jifdal” hija l-partita residwali fuq in-naħa tal-passiv tal-karta ta’ bilanċ, iddefinita bħala “passiv mhux inklużi band’oħra”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li jiġu rrapportati subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi taħt din il-partita. Passiv li jifdal jista’ jinkludi:

(a)

pożizzjonijiet ta’ derivattivi finanzjarji b’valuri tas-suq gross negattivi

Għal finijiet statistiċi, strumenti derivattivi finanzjarji li jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ għandhom jiġu inklużi hawnhekk u għandhom jiġu rrapportati bħala partita separata “li minnhom” bi klassifikazzjoni settorjali (IFM/mhux IFM) u ġeografika (domestika/Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro/il-kumplament tad-dinja);

(b)

ammonti grossi pagabbli fir-rigward partiti sospiżi

Partiti sospiżi huma bilanċi miżmuma fil-karta ta’ bilanċ tal-IFM li mhumiex riżervati fl-isem ta’ konsumaturi imma li madanakollu għandhom x’jaqsmu ma’ fondi tal-konsumatur, eż. fondi li qed jistennew investiment, trasferiment jew saldu;

(c)

ammonti grossi pagabbli fir-rigward ta’ partiti ta’ tranżitu

Partiti ta’ tranżitu jirrappreżentaw fondi, li normalment jappartjenu lill-konsumaturi, li jkunu qegħdin jiġu trażmessi bejn IFM. Partiti jinkludu trasferimenti ta’ kreditu li ġew debitati minn kontijiet tal-konsumaturi u oġġetti oħra li għalihom il-pagament korrespondenti ma jkunx għadu sar mill-aġent li jirrapporta

(d)

imgħax akkumulat pagabbli fuq id-depożiti

Skont il-prinċipju ġenerali tal-kontabilità tad-dovuti, l-imgħax pagabbli fuq id-depożiti huwa suġġett għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ hekk kif jakkumula, jiġifieri fuq il-bażi ta’ dovuti, u mhux meta jiġi mħallas, jiġifieri fuq il-bażi ta’ flus. L-imgħax akkumulat fuq id-depożiti huwa kklassifikat fuq bażi gross taġt il-kategorija “passiv li jifdal”. L-imgħax akkumulat huwa eskluż mid-depożitu li miegħu jkun relatat, u għandu jiġi rrapportat bħala partita separata “li minnhom”;

(e)

imgħax ackkumulat fuq titoli ta’ dejn maħruġa

(f)

dividendi li għandhom jitħallsu;

ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali tal-IFM, eż. ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet;

(g)

dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw passiv kontra partijiet terzi, eż. pensjonijiet u dividendi;

(h)

pagamenti marġinali li jsiru taħt kuntratti derivattivi

Pagamenti marġinali (marġini) li jsiru taħt kuntratti derivattivi huma normalment ikklassifikati bħala “passiv ta’ depożitu” (ara l-kategorija 9). Il-kumplessitajiet ta’ prattika kurrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli biex jiġu identifikati dawk il-marġini li verament għandhom jitħallsu lura, billi tipi differenti ta’ marġini jitqiegħdu mingħajr distinzjoni fi ħdan l-istess kont, jew dawk il-marġini li jipprovdu lill-IFM b’riżorsi għal self ta’ fondi mislufa. F’dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li dawn il-marġini jiġu klassifikati taħt “passiv li jifdal” jew bħala “passiv ta’ depożitu”, skont il-prattika nazzjonali;

(i)

ammonti netti pagabbli fir-rigward saldi futuri ta’ transazzjonijiet f’titoli jew operazzjonijiet ta’ skambju barrani

“Passiv li jifdal” jista’ jeskludi kważi l-istrumenti finanzjarji kollha li jieħdu l-forma ta’ passiv finanzjarju (inklużi fi ħdan il-partiti l-oħrajn tal-karta tal-bilanċ), strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta’ responsabbiltajiet finanzjarji bħal ma huma garanziji, impennji, self amministrat u lil trust (reġistrati barra mill-karta tal-bilanċ), u passiv mhux finanzjarju bħal oġġetti kapitali fuq in-naħa tal-passiv (inklużi fi ħdan “kapital u riservi”).

PARTI 3

Definizzjonijiet tas-setturi

L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata standard tas-setturi li l-BĊNi jittrasponi fil-kategoriji nazzjonali b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament. Il-kontrapartijiet li jinsabu fiż-żona tal-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b’mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontrapartijiet ipprovduta fil-‘Manwal tas-setturi tal-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji u tal-istatistika tas-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti’tal-BĊE. Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu barra miż-żona tal-euro ssir referenza għalihom bħala “banek” u mhux IFM. Bl-istess mod, it-terminu “mhux IFM” jirreferi biss għall-Istati Membri. GħalStati Membri li l–munita tagħhom mhijiex l-euro jintuża t-terminu “mhux banek”.

Tabella

Definizzjonijiet tas-setturi

Settur

Definizzjoni

IFM

Ara l-Artikolu 1.

Gvern ġenerali

Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti f’unitajiet istituzzjonali, li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa maħsub għall-konsum individwali jew kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tad-dħul u l-ġid nazzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113)

Gvern ċentrali

Dan is-sottosettur (S.1311) jinkludi d-dipartimenti amministrattivi kollha tal-Istat u aġenziji ċentrali oħrajn li l-kompetenza tagħhom normalment testendi fuq it-territorju ekonomiku kollu, għajr l-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.114)

Gvern statali

Dan is-sottosettur (S.1312) jikkonsisti f’dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li huma unitajiet istituzzjonali separati li jwettqu wħud mill-funzjonijiet tal-gvern, għajr għall-amministrazzjoni tal-fondi tas-sigurtà soċjali, f’livell taħt dak ta’ gvern ċentrali u ogħla minn dak ta’ unitajiet istituzzjonali tal-gvern li jeżistu f’livell lokali (ESA 2010, paragrafu 2.115)

Gvern lokali

Dan is-sottosettur (S.1313) jinkludi dawk it-tipi ta’ amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha testendi biss għal parti lokali mit-territorju ekonomiku, minbarra l-aġenziji lokali tal-fondi tas-sigurtà soċjali (ESA 2010, paragrafu 2.116)

Fondi tas-sigurtà soċjali

Is-sottosettur tal-fondi tas-sigurtà (S.1314) jinkludi unitajiet ċentrali, statali u lokali li l-attività prinċipali tagħhom hija li jipprovdu benefiċċji soċjali u li jissodisfaw kull waħda miż-żewġ kriterji li ġejjin: (a) skont il-liġi jew ir-regolament ċerti gruppi tal-popolazzjoni huma obbligati jipparteċipaw fl-iskema jew li jħallsu kontribuzzjonijiet; u (b) gvern ġenerali huwa responsabbli għall-ġesrjoni tal-istituzzjoni fir-rigward tas-saldi jew l-approvazzjoni tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji indipendentament mir-rwol tiegħu bħala korp superviżorju jew ta’ min iħaddem (ESA 2010, paragrafu 2.117)

Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF

Fondi ta’ investiment mhux MMF kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38). Is-sottosettur jikkonsisti fl-impriżi kollha ta’ investiment kollettiv, minbarra l-MMFs, li jinvestu f’attiv finanzjarju u/jew mhux finanzjarju, sal-punt li l-objettiv ikun l-investiment ta’ kapital miġbur mill-pubbliku

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa ta’ flus

L-intermedjarji finanzjarji l-oħra, minbarra l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u s-s-subsettur tal-fondi ta’ pensjonijiet (S.125) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji kollha u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passiv f’forma oħra għajr munita, depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), unitajiet/ishma ta’ fondi ta’ investiment, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94)

Is-subsettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib ma’ intermedjazzjoni finanzjarja iżda li mhumiex intermedjarji finanzjarji huma stess. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tagħhom huma kollha jew ħafna minnhom korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97)

Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew il-passiv tagħhom mhumiex innegozjati fis-swieq miftuħa. Dan is-settur jinkludi kumpaniji holding li għandhom livelli ta’ ekwità li jagħtuhom kontroll ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm din l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 sa 2.99)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104)

Fondi tal-pensjoni

Is-subsettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jikkonsisti mill-korporazzjonijiet u l-kważi-korporazzjonijiet li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir komuni tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjoni bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu dħul meta persuna tirtira, u ħafna drabi benefiċċji għal mewt u diżabilità (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi fis-suq, li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll entitajiet kważi-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.54)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi

Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.11) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu prodotti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji li finalment huma esklużivament għal użu proprju.(ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128)

Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f’istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus jew f’oġġetti minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvernijiet ġenerali u minn dħul minn proprjetà (ESA 2010, paragrafi 2.129 sa 2.130)

Proprjetarji uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali (sotto-popolazzjoni ta’ “Unitajiet domestiċi”

Proprjetarji uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali – għajr indipendenti, minbarra dawk stabbiliti bħala kważi-korporazzjonijiet, u li huma produtturi fis-swieq. (ESA 2010, paragrafu 2.119d)


(1)  Fit-tabelli ta’ dan l-Anness, il-BĊE huwa kklassifikat bħala IFM residenti fil-pajjiż fejn jinsab fiżikament il-BĊE.

(2)  Is-sussidjarji huma entitajiet inkorporati separatament li entità oħra jkollha partċipazzjoni sħiħa jew maġġoranza fihom, filwaqt illi l-fergħat huma entitajiet mhux inkorporati (mingħajr status legali indipendenti) li huma kollha ta’ proprjetà tal-kumpanija parent.


ANNESS III

APPLIKAZZJONI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET TA’ RIŻERVI MINIMI U REGOLI SPEĊJALI RELATATI

PARTI 1

Obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu: regoli ġenerali

1.

Ċelluli mmarkati b’* fit-Tabella 1 fl-Anness I jintużaw fil-kalkolu tal-bażi tar-riżerva. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ titoli ta’ depożitu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jippreżentaw prova tal-passiv li jridu jiġu esklużi mill-bażi ta’ riserva jew japplikaw tnaqqis standardizzat ta’ persentaġġ fiss speċifikat mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Ċelluli bid-disinni jiġu rappurtati biss mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva.

2.

Il-kolonna “li minnhom istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għall-obbligazzjonijiet ta’ riżervi, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali” (BĊNi) ma tinkludix il-passiv ta’ aġenti li jirrapportaw fil-konfront ta’ istituzzjonijiet elenkati bħala eżenti mis-sistema ta’ riservi minimi tal-BĊE, jiġifieri istituzzjonijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li huma temporanjament eżenti mill-obbligazzjonijiet ta’ riżerva minima minħabba li huma soġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva minima u, għalhekk, il-passiv li jirrigwarda lil dawn l-istituzzjonijiet huwa kopert taħt il-kolonna “li minnhom istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżerva, il-BĊE u l-BĊNi”. Il-passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet li mhux attwalment meħtieġa li jżommu ħażniet ta’ riżerva mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali minħabba l-applikazzjoni tar-remunerazzjoni f’somma waħda huma wkoll koperti taħt din il-kolonna.

3.

Riporters sħaħ jistgħu jirrappurtaw pożizzjonijiet fil-konfront ta’ “IFM oħra għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi”, aktar milli fil-konfront ta’ “IFM” u “istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal riżervi minimi, il-BĊE u l-BĊNi”, kemm-il darba ma jirriżulta ebda telf ta’ dettall u l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelluli mingħajr disinni ma tiġi affettwata. Barra minn dan, skont is-sistemi nazzjonali ta’ ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta’ klassifika tal-karta tal-bilanċ tal-IFM iddikjarati f’dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għall-obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi jistgħu alternattivament jirrappurtaw id-dejta meħtieġa biex jikkalkolaw il-bażi tar-riżerva, minbarra dawk fi strumenti negozjabbli, skont it-tabella hawn taħt, kemm-il darba l-ebda waħda mill-pożizzjonijiet fiċ-ċelluli mingħajr disinni tat-Tabella 1 fl-Anness I ma tiġi affettwata.

4.

Istituzzjonijiet tad-“denb” jirrappurtaw, bħala minimu, id-dejta trimestrali li tkun meħtieġa biex tiġi kkalkolata l-bażi ta’ riżerva b’mod konformi mat-tabella hawn taħt.

5.

Għal rappurtar skont it-tabella hawn taħt, għandu jiġi żgurat qbil strett mat-Tabella 1 tal-Anness I.

Image Test ta 'immaġni

PARTI 2

Regoli speċjali

TAQSIMA 1

Rapportar statistiku fuq bażi aggregata bħala grupp minn istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-BĊE

1.1.

Mingħajr ħsara għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jippermetti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal obbligazzjonijiet ta’ riżervi minimi biex iwettqu rappurtar statistiku aggregat bħala grupp fi ħdan Stat Membru wieħed. L-istituzzjonijiet kollha kkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-BĊE tal-IFM.

1.2.

Jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu tħallew iżommu riżervi minimi permezz ta’ intermedjarju, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), u ma jibbenfikawx mir-rappurtar bħala grupp imsemmi f’din it-Taqsima, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lill-intermedjarju biex iwettaq rappurtar statistiku aggregat (għajr fir-rigward tal-bażi ta’ riżerva) f’isem istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet kollha kkonċernati huma inklużi separatament fil-lista tal-BĊE tal-IFM.

1.3.

Jekk il-grupp kollu ta’ istituzzjonjiet ta’ kreditu jkun jikkonsisti biss f’istituzzjonijiet tad-“denb”, huwa meħtieġ biss li jikkonformaw mar-rapportar simplifikat għall-istituzzjonijiet tad-“denb”. Inkella, l-iskema ta’ rappurtar għal riporters sħaħ tapplika għall-grupp kollu bħala ħaġa waħda.

TAQSIMA 2

Ħtiġijiet ta’ riżervi fil-każ ta’ fużjonijiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu

2.1.

Għall-iskop ta’ dan l-Anness, it-termini “fużjoni”, “istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni”, u “istituzzjoni akkwirenti” għandhom it-tifsiriet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1745.2003 (BĊE/2003/9).

2.2.

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni li fih isseħħ fużjoni, l-obbligazzjonijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti huma kkalkolati u jridu jitwettqu kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

2.3.

Għal perijodi ta’ manutenzjoni konsekuttivi, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riserva u ta’ informazzjoni statistika rrappurtata skont ir-regoli ddikjarati fit-tabella hawn taħt. Inkella, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu tal-ħtiġijiet ta’ riżerva, kif stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).

2.4.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi preċedenti, il-BĊN rilevanti jista’ jawtorizza lill-istituzzjoni akkwirenti biex iwettaq l-obbligazzjoni tiegħu li jirrapporta informazzjoni statistika permezz ta’ proċeduri temporanji, pereżempju formoli separati għal kull waħda mill-istituzzjonijiet li qegħdin jingħaqdu permezz ta’ fużjoni matul diversi perijodi wara li tkun saret il-fużjoni. It-tul ta’ żmien ta’ din id-deroga minn proċeduri normali ta’ rapportar għandha tiġi llimitata kemm jista’ jkun u m’għandhiex taqbeż is-sitt xhur wara li tkun seħħet il-fużjoni. Din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu biex l-istituzzjoni akkwirenti twettaq l-obbligai tagħha ta’ rappurtar skont dan ir-Regolament, u jekk ikun applikabbli, l-obbligu tagħha li tassumi l-obbligi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni skont dan l-Anness.

Tabella

Regoli speċjali għall-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet ta’ riżerva ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu involuti f’fużjoni (1)

Numru tal-każ

Tip ta’ fużjoni

Obbligi li jridu jitwettqu

1

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni ta’ akkwist) jakkwista korrispondent sħiħ wieħed jew aktar (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) li jidħol fis-seħħ wara l-iskadenza stabbilita mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ tagħrif statistiku ta’ kull xahar li għandu x’jaqsam max-xahar preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti tiġi kkalkulta fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li tammonta għal aggregazzjoni tal-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riserva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Tingħata biss konċessjoni waħda bħala somma f’daqqa.

2

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni akkwirenti) jakkwista istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” u possibilment korrispondent sħiħ wieħed jew aktar (istituzzjonijiet ta’ għaqda) tidħol fis-seħħ wara l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni li jiġi wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega il-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni ta’ akkwist u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riserva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Tingħata biss konċessjoni waħda bħala somma f’daqqa.

3

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni akkwirenti) jakkwista korrispondent sħiħ wieħed jew aktar (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) isseħħ fil-perijodu ta’ bejn l-aħħar tax-xahar u l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika ta’ kull xahar relatata max-xahar preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riserva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Hija konċessa rimunerazzjoni f’somma waħda biss. L-istituzzjoni akkwirenti għandha tassumi, minbarra l-obbligi ta’ rappurtar tagħha stess, l-obbligazzi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni għal informazzjoni statistika relatata max-xahar ta’ qabel il-fużjoni

4

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni akkwirenti) jakkwista istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” u possibilment korrispondent sħiħ wieħed jew aktar (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) isseħħ fil-perijodu ta’ bejn l-aħħar trimestru u l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riserva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Hija konċessa rimunerazzjoni f’somma waħda biss. L-istituzzjoni akkwirenti għandha tassumi, minbarra l-obbligi ta’ rapportar tagħha stess, l-obbligi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni relatati max-xahar jew it-trimestru tas-sena ta’ qabel il-fużjoni, skont l-istituzzjoni

5

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista korrisponent sħiħ wieħed jew aktar u possibilment istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ wara l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata max-xahar preċedenti

Tiġi applikata l-istess proċedura bħal fil-Każ 1

6

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista istituzzjoni tad-“denb” waħda jew aktar (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ wara l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni u sakemm l-istituzzjoni akkwirenti tkun irrappurtat id-dejta trimestrali għall-ewwel darba wara l-fużjoni b’mod konformi mal-obbligazzjonijiet ta’ rapportar statistiku mnaqqsa imposti fuq l-istituzzjonijiet tad-“denb” kif stipulat fl-Anness III, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz tal-fużjoni. Il-bażijiet ta’ riżerva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Tingħata biss konċessjoni waħda bħala somma f’daqqa.

7

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ wara l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rapportar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti u, bħala riżultat tal-fużjoni, l-istituzzjoni tad-“denb” issir korrispondent sħiħ

Tiġi applikata l-istess proċedura bħal fil-Każ 2

8

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn l-aħħar tat-trimestru u l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni u sakemm l-istituzzjoni akkwirenti tkun irrappurtat id-dejta trimestrali għall-ewwel darba wara l-fużjoni b’mod konformi mal-obbligazzjonijiet ta’ rapportar statistiku imnaqqsa imposti fuq l-istituzzjonijiet tad-“denb” kif stipulat fl-Anness III, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti u tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz tal-fużjoni. Il-bażijiet ta’ riżerva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Tingħata konċessjoni waħda biss f’somma f’daqqa. L-istituzzjoni akkwirenti għandha tassumi, minbarra l-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar tagħha stess, l-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni relatati mat-trimestru ta’ qabel il-fużjoni.

9

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista korrispondent sħiħ wieħed jew aktar u possibilment istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn l-aħħar tax-xahar u l-iskadenza stabbilita mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ kull xahar ta’ informazzjoni statistika relatata max-xahar preċedenti

Tiġi applikata l-istess proċedura bħal fil-Każ 3

10

Fużjoni bejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) takkwista istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn it-tmiem ta’ trimestru u l-iskadenza ffissata mill-BĊN relevanti għar-rapportar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti u, bħala riżultat tal-fużjoni, l-istituzzjoni tad-“denb” issir korrispondent sħiħ

Tiġi applikata l-istess proċedura bħal fil-Każ 4

11

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni akkwirenti) tinħoloq minn korrispondenti sħaħ (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn l-aħħar tax-xahar u l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika ta’ kull xahar relatata max-xahar preċedenti

Għal perijodi ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riserva tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riżerva li jridu jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni li kieku ma seħħitx il-fużjoni. Tingħata biss konċessjoni waħda ta’ somma f’daqqa. L-istituzzjoni akkwirenti għandha tassumi l-obbligi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni għal informazzjoni statistika relatata max-xahar ta’ qabel il-fużjoni

12

Fużjoni fejn korrispondent sħiħ (istituzzjoni akkwirenti) jinħoloq minn istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” u possibilment korrispondent sħiħ wieħed jew aktar (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn it-tmiem ta’ trimestru u l-iskadenza ffissata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għal perijodi ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riserva tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni. Il-bażijiet ta’ riżerva li għandhom jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni kieku l-fużjoni ma seħħitx. Tingħata biss konċessjoni waħda ta’ somma f’daqqa. L-istituzzjoni akkwirenti tassumi l-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni għal dejta relatata max-xahar jew it-trimestru ta’ qabel il-fużjoni, skont l-istituzzjoni

13

Fużjoni fejn istituzzjoni tad-“denb” (istituzzjoni akkwirenti) tinħoloq minn istituzzjoni waħda jew aktar tad-“denb” (istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni) tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta’ bejn it-tmiem ta’ trimestru u l-iskadenza stipulata mill-BĊN rilevanti għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika relatata mat-trimestru preċedenti

Għall-perijodu ta’ manutenzjoni wara l-fużjoni u sakemm l-istituzzjoni akkwirenti tkun irrappurtat id-dejta trimestrali għall-ewwel darba wara l-fużjoni b’mod konformi mal-obbligazzjonijiet ta’ rapportar statistiku imnaqqsa imposti fuq l-istituzzjonijiet tad-“denb” kif stipulat fl-Anness III, l-obbligazzjoni ta’ riżerva tal-istituzzjoni akkwirenti hija kalkolata fuq il-bażi ta’ bażi ta’ riżerva li taggrega l-bażijiet ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz tal-fużjoni. Il-bażijiet ta’ riżerva li għandhom jiġu aggregati huma dawk li kienu jkunu rilevanti għal dan il-perijodu ta’ manutenzjoni kieku l-fużjoni ma seħħitx. Tingħata biss konċessjoni waħda ta’ somma f’daqqa. L-istituzzjoni akkwirenti tassumi l-obbligi ta’ rappurtar ta’ istituzzjonijiet li jingħaqdu permezz ta’ fużjoni għal dejta relatata mat-trimestru ta’ qabel il-fużjoni


(1)  Din it-tabella tippreżenta d-dettalji ta’ proċeduri aktar kumplessi applikati għal każijiet speċifiċi. Għal każijiet mhux ippreżentati fit-tabella, japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtar ta’ informazzjoni statistika u l-kalkolu ta’ obbligazzjonijiet ta’ riżerva, kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9).


ANNESS IV

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA

L-operaturi li jirrapportaw għandhom jilħqu l-istandards minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni

(a)

ir-rapportar għandu jkun f’waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-BĊN rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi ta’ rapportar tekniċi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-operatur li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta’ persuna ta’ kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN relevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta’ dejta lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2.

Standards minimi għall-korrettezza:

(a)

l-informazzjoni statistika trid ikun korretta; iridu jkunu sodisfatti r-restrizzjonijiet lineari kollha (eż. l-assi u l-passiv iridu jibbilanċjaw, is-sottototali jridu jaqblu mat-totali), u d-dejta trid tkun konsistenti fuq il-medda tal-frekwenzi kollha;

(b)

l-operaturi li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi li jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati fid-dejta mibgħuta;

(c)

l-informazzjoni statistika trid tkun kompluta u m’għandhiex ikollha lakuni kontinwi jew strutturali; il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbilita mill-BĊN relevanti għat-trasmissjoni teknika tad-dejta.

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament;

(b)

f’każ ta’ devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f’dan ir-Regolament;

(c)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jispjegaw interruzzjonijiet fid-dejta mibgħuta meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi ta’ qabel.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta’ reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti trid tiġi segwita. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b’noti ta’ spjega.


ANNESS V

REGOLAMENT IMĦASSAR BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

 

Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)

(ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14).

 

Regolament (UE) Nru 883/2011

(ĠU L 228, 3.9.2011, p. 13).


ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 25/2009 (BĊE/2008/32)

Dan ir-Regolament

Artikolu 1a

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.2a

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.3

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.2b

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.4

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.3

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.5

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.4

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.6

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.5

Anness I, Parti 2, Taqsima 5.7

Anness I, Parti 3, Taqsima 4

Anness I, Parti 3, Taqsima 4

Anness I, Parti 3, Taqsima 5

Anness I, Parti 3, Taqsima 5

Anness I, Parti 3, Taqsima 6

Anness I, Parti 3, Taqsima 6

Anness I, Parti 3, Taqsima 7

Anness I, Parti 4

Anness I, Parti 5

Anness I, Parti 4

Anness I, Parti 6

Anness I, Parti 7

Anness I, Parti 8

Anness I, Parti 5

Anness I, Parti 6

Anness I, Parti 7