|
31.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/58 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1068/2013
tat-30 ta’ Ottubru 2013
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta’ Difosfati (E 450), Trifosfati (E 451) u Polifosfati (E 452) fil-ħut frisk immellaħ fis-salmura
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kondizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata kemm l-inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq talba. |
|
(4) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2009 ġiet sottomessa talba għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-Difosfati (E 450), tat-Trifosfati (E 451) u tal-Polifosfati (E 452) fil-ħut frisk immellaħ fis-salmura u tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
|
(5) |
Il-ħut immellaħ u ppreservat biż-żieda ta’ livelli għoljin ta’ melħ għall-materja prima. Il-proċess tat-tmelliħ ġie żviluppat minn stadju wieħed għal proċess b’bosta stadji, li jinvolvi stadju ta’ tmelliħ minn qabel li jippermetti limitu ta’ żmien iqsar ta’ tmelliħ, u konċentrazzjoni ta’ melħ relattivament omoġenja fil-muskoli tal-ħut. Għal dan, l-ewwel il-ħut jiġi mmellaħ minn qabel permezz ta’ injezzjoni u/jew tat-tmelliħ bl-ilma mielaħ b’soluzzjoni ta’ ilma mielaħ ippreparata b’konċentrazzjoni kontrollata ta’ melħ. Wara li l-ħut jiġi mmellaħ fin-niexef (“curing”) sabiex tinħoloq l-aħjar konċentrazzjoni ta’ melħ fil-prodott aħħari. |
|
(6) |
Matul din il-preservazzjoni twila jaf issir l-ossidazzjoni, b’mod partikolari ta’ lipidi preżenti fil-muskoli tal-ħut. Dan se jwassal għal bidla fil-kulur u fit-togħma. L-ossidazzjoni tiġi aċċelerata bis-saħħa l-jonji tal-metall preżenti fil-muskoli tal-ħut u l-melħ użat. Minħabba li jiffurmaw kumplessi kimiċi b’jonji tal-metall, id-Difosfati (E 450), it-Trifosfati (E 451) u l-Polifosfati (E 452) ġew ippruvati li jkunu l-iktar effettivi biex il-ħut immellaħ jitħares mill-ossidazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-fosfati miżjuda u l-melħ jitneħħew billi l-ħut jixxarrab bl-ilma qabel il-konsum. Il-kontenut tal-ilma fil-prodott finali frisk immellaħ fis-salmura ma jiżdiedx b’dan l-użu tal-fosfati. Ħut immellaħ li l-kulur oriġinali u t-togħma tiegħu jkunu ġew ippreservati huwa mitlub b’mod partikolari mis-swieq fi Spanja, fl-Italja u fil-Greċja. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 3 flimkien mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (3) l-użu tal-fosfati fil-ħut frisk immellaħ fis-salmura, għandu jiġi ttikkettjat fil-lista ta’ ingredjenti. L-operaturi fin-negozju tal-ikel jistgħu wkoll jimmarkaw fuq il-prodotti tagħhom li ma ntużawx polifosfati. |
|
(8) |
Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-fosfati miżjuda jitneħħew matul it-tixrib bl-ilma, l-esponiment tal-konsumatur għall-fosfati se jkun minimu u għal dik ir-raġuni mhux mistenni jħallu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk hu xieraq li jkun permess l-użu tad-Difosfati (E 450), tat-Trifosfati (E 451) u tal-Polifosfati (E 452) għall-preservazzjoni ta’ ħut frisk immellaħ fis-salmura. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta l-aġġornament inkwistjoni mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tad-Difosfati (E 450), tat-Trifosfati (E 451) u tal-Polifosfati (E 452) għall-preservazzjoni ta’ ħut frisk immellaħ fis-salmura tikkostitwixxi aġġornament ta’ dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
|
(10) |
Il-Bacalhau jew il-bakkaljaw Portugiż jiġi prodott b’iktar tnixxif tal-ħut frisk immellaħ fis-salmura. L-użu tal-polifosfati jista’ jinfluwenza dan il-proċess ta’ tnixxif. Barra minn hekk, dan l-użu jista’ jxekkel l-iżvilupp tal-kulur u t-togħma tipiċi tal-bacalhau. Għalhekk il-ħut immellaħ li jiġi ttrattat bil-fosfati, ma jkunx mixtieq mill-produtturi tal-bacalhau tradizzjonali. Sabiex jippermetti lill-produtturi tradizzjonali tal-bacalhau jadattaw għas-sitwazzjoni fejn il-ħut ttrattati bil-fosfati jistgħu jitqiegħdu fis-suq għandu jkun propost perjodu tranżizzjonali. Matul dan il-perjodu, il-produtturi tradizzjonali tal-bacalhau jistgħu jagħmlu ftehimiet mal-fornituri u jsiru familjari ma’ metodi analitiċi li jistgħu jintużaw biex tiġi kkontrollata l-preżenza ta’ fosfati miżjuda fil-ħut. |
|
(11) |
Sabiex jiġi evalwat iktar l-impatt fuq id-disponibbiltà ta’ ħut frisk immellaħ fis-salmura għall-produzzjoni tal-bacalhau, il-Kummissjoni għal tliet snin, se tissorvelja l-użu tal-polifosfati f’pajjiżi produtturi ewlenin tal-bakkaljaw immellaħ. |
|
(12) |
Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin fil-kategorija tal-ikel 09.2 “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” wara l-annotazzjoni għal E 392:
|
|
“E 450 |
Id-Difosfati |
5 000 |
(4), (79) |
Il-ħut immellaħ biss tal-familja Gadidae li jkun ġie mmellaħ minn qabel bl-injezzjoni u/jew bit-tmelliħ bl-ilma mielaħ b’soluzzjoni tal-melħ ta’ mill-inqas 18 % u ta’ spiss segwit bit-tmelliħ fin-niexef. |
Perjodu ta’ applikazzjoni: Mill-31 ta’ Diċembru 2013 |
||
|
|
E 451 |
It-Trifosfati |
5 000 |
(4), (79) |
Il-ħut immellaħ biss tal-familja Gadidae li jkun ġie mmellaħ minn qabel bl-injezzjoni u/jew bit-tmelliħ bl-ilma mielaħ b’soluzzjoni tal-melħ ta’ mill-inqas 18 % u ta’ spiss segwit bit-tmelliħ fin-niexef. |
Perjodu ta’ applikazzjoni: Mill-31 ta’ Diċembru 2013 |
||
|
|
E 452 |
Il-Polifosfati |
5 000 |
(4), (79) |
Il-ħut immellaħ biss tal-familja Gadidae li jkun ġie mmellaħ minn qabel bl-injezzjoni u/jew bit-tmelliħ bl-ilma mielaħ b’soluzzjoni tal-melħ ta’ mill-inqas 18 % u ta’ spiss segwit bit-tmelliħ fin-niexef. |
Perjodu ta’ applikazzjoni: Mill-31 ta’ Diċembru 2013 |
||
|
|
|
|||||||
|
||||||||