|
25.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/46 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1040/2013
tal-24 ta’ Ottubru 2013
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3 (4) -beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer għat-tismin u speċijiet minuri ta’ porċini Sus scrofa domesticus u dundjani għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kienet tressqet applikazzjoni għall-użu ġdid ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin u speċijiet minuri ta’ porċini oħra għat-tismin għajr Sus scrofa domesticus, u dundjani għat-tismin, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-użu ta’ dik il-preparazzjoni kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 (2), għall-ħnienes miftuma permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 (3) u għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna u l-bajd bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 989/2012 (4). |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Marzu 2013 (5) kkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li, skont il-kondizzjonijiet proposti tal-użu, preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilinażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-kapaċità żooteknika fil-ħnieżer għat-tismin u li din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għal speċijiet minuri porċini oħra għat-tismin għajr Sus scrofa domesticus. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-piż finali tal-ġisem u l-proporzjon bejn l-għalf u d-dundjani għat-tismin. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Din il-verifika li tikkonċerna l-preparazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2009 tat-13 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enzim ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49755), u endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (MUCL 49754) bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 299, 14.11.2009, p. 6).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżim ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 14).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 989/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4) -beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu u speċijiet minuri ta’ tjur għas-simna u l-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV)
(ĠU L 297, 26.10.2012, p. 11.)
(5) The EFSA Journal 2013; 11(4):3171 u The EFSA Journal 2013; 11(4): 3172.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
4a9 |
Aveve NV |
Endo-1,4-beta ksilanażi EC 3.2.1.8 Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 |
|
Ħnieżer għas-simna Speċijiet minuri porċini oħra għat-tismin għajr Sus scrofa domesticus Dundjani għat-tismin |
— |
4 000 XU 900 BGU |
— |
|
L-14 ta’ Novembru 2023 |
||||||||||||||||||||
(1) 1 XU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ksilożi) minn ksilan tal-ħafur fil-minuta b’pH ta’ 4.8 u 50 °C.
(2) 1 BGU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ ċellobjożi) minn ß-glukan tax-xgħir fil-minuta b’pH 5.0 u 50 °C.
(3) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx