24.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2013

tat-23 ta’ Ottubru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu tad-DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tar-razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ April 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu tad-DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Din irrikonoxxiet li għandha l-kapaċità tittrasforma bijoloġikament it-trikoteċeni minn għalf kontaminat għall-ħnieżer. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriacea turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intlaħqu. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   The EFSA Journal 2013; 11(5):3203.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf permezz tal-mikotossini: Deossinivalenol (DON)

1m01

Razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae

Kompożizzjoni addittiva

Il-preparazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae li fiha minimu ta’ 5 × 109 CFU/g tal-addittiv.

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’: razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-VM agar supplimentat bil-Oxyrase.

Identifikazzjoni ta’ razza ta’ mikroorganiżmu DSM 11798 tal-familja Coriobacteriaceae: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Ħnieżer

1,7 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlitiet, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

L-użu tal-addittiv huwa permess fl-għalf li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali.

3.

Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-13 ta’ Novembru 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx