22.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1011/2013

tal-21 ta’ Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti minn El Salvador

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet minn El Salvador.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

Billi l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Ottubru 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif imfissra fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti jkunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stabbilit fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

EL SALVADOR

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni tal-kwota 09.7078 sa 09.7103, il-volum tal-kwota annwali ma jistax jaqbeż l-għadd li ġej ta’ oġġetti (pari) għas-sena kalendarja rispettiva:

 

2013

2014

2015

2016

2017

Mill-2018

Unitajiet Totali għal kull sena (kwota globali għal kull sena, limiti għal kull sottotitlu)

2 250 000

10 157 500

11 315 000

12 472 500

13 630 000

14 787 500


Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Kwota annwali tal-volum (fi prodotti (pari) jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7078

6102 20

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6104 , tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

123 750

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

534 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

574 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

613 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

653 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

693 000

09.7079

6102 30

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6104 , ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

192 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

831 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

893 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

954 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 016 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 078 000

09.7080

6104 22 00

Ilbiesi sħaħ tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7081

6104 42 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7082

6104 43 00

Ilbies tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

110 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

475 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

510 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

545 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

580 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

616 000

09.7083

6104 44 00

Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri artifiċjali

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7084

6104 62 00

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

247 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 069 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 148 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 227 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 306 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 386 000

09.7085

6104 63 00

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

82 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

356 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

382 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

409 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

435 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

462 000

09.7075

6115

Panty hose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerijab’kompressjoniggradwata (pereżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbiesgħar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

625 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

2 500 000

09.7086

6202 12

Surtù, kapotti għax-xita, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili tan-nisa u l-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7087

6202 13

Surtù, kapotti għax-xita, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

137 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

594 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

638 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

682 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

726 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

770 000

09.7088

6202 92 00

Anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili, ħlief dawk tal-intestatura 6204 , tan-nisa jew il-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7089

6202 93 00

Anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili, ħlief dawk tal-intestatura 6204 , tan-nisa jew il-bniet, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

82 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

356 400

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

382 800

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

409 200

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

435 600

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

462 000

09.7090

6203 42

Qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

137 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

594 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

638 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

682 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

726 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

770 000

09.7091

6205 20 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

206 250

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

891 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

957 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 023 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 089 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 155 000

09.7092

6205 30 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

275 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 188 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 276 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 364 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 452 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 540 000

09.7093

6207 11 00

Qliezet ta’ taħt u briefs tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

137 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

594 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

638 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

682 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

726 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

770 000

09.7094

6207 19 00

Qliezet ta’ taħt u briefs tal-irġiel jew tas-subien, ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

110 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

475 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

510 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

545 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

580 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

616 000

09.7095

6207 21 00

Qomos tas-sodda u piġami tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

200 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

864 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

928 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

992 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 056 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 120 000

09.7096

6207 22 00

Qomos tas-sodda u piġami tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

137 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

594 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

638 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

682 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

726 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

770 000

09.7097

6207 91 00

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

96 250

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

415 800

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

446 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

477 400

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

508 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

539 000

09.7098

6207 99

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7099

6208 21 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

55 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

237 600

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

255 200

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

272 800

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

290 400

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

308 000

09.7100

6208 22 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

110 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

475 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

510 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

545 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

580 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

616 000

09.7101

6208 91 00

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, briefs, qliezet ta’ taħt, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

165 000

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

712 800

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

765 600

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

818 400

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

871 200

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

924 000

09.7102

6208 92 00

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, briefs, qliezet ta’ taħt, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ta’ fibri sintetiċi

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

68 750

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

297 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

319 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

341 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

363 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

385 000

09.7103

6212 10

Riċipettijiet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

247 500

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 069 200

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 148 400

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 227 600

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 306 800

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 386 000

09.7076

7607 20

Fojl ta’ aluminju (stampat jew mhux) rinfurzat b’karta, kartun, plastiks jew materjali simili ta’ rinforz ta’ ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm

Mill-1.10.2013 sal-31.12.2013

250 tunnellata ta’ piż nett

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

1 000 tunnellata ta’ piż nett