18.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 996/2013

tas-17 ta’ Ottubru 2013

li jemenda għall-205 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja, imsemmija taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”, hija mħassra:

‘Sanabel Relief Agency Limited (alias (a) Sanabel Relief Agency (b) Sanabel L'il-Igatha, (c) SRA, (d) Sara, (e) Al-Rahama Relief Foundation Limited). Indirizzi: (a) 63 South Rd, Sparkbrook, Birmingham B 111 EX, Ir-Renju Unit (b) 1011 Stockport Rd, Levenshulme, Manchester M9 2TB, Ir-Renju Unit (c) P.O. Box 50, Manchester M19 25P, Ir-Renju Unit (d) 98 Gresham Road, Middlesbrough, Ir-Renju Unit (e) 54 Anson Road, London NW2 6AD, Ir-Renju Unit. Tagħrif ieħor: (a) numru tal-organizzazzjoni tal-karità: 1083469, (b) numru tar-reġistrazzjoni: 3713110. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 7.2.2006.’