15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 983/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (2) jew ftehimiet, jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-istess Anness jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-Kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għall-2013, għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, jiġi ttrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 23, 25.01.2013, p. 54.


ANNESS

Nru

55/TQ40

Stat Membru

Franza

Stokk

USK/1214EI

Speċi

It-tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u XIV

Data

23.9.2013