12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 975/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

dwar id-derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwoti għal ċerti prodotti mil-Ħonduras

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva. Fil-każ ta’ għadd ta’ prodotti, l-Appendiċi 2A ta’ dak l-Anness jipprovdi għall-possibbiltà ta’ derogi mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II fil-qafas tal-kwoti annwali. Billi l-Unjoni ddeċidiet li tuża dik il-possibiltà, huwa meħtieġ li jiġu provduti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-derogi għall-importazzjonijiet mill-Ħonduras.

(3)

Il-kwoti stipulati fl-Appendiċi 2 A tal-Anness II għandhom jiġu ġestiti fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal-benefiċċju mill-konċessjonijiet tat-tariffa għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova relevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali, kif provdut fil-Ftehim.

(5)

Billi l-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Appendiċi 2A tal-Anness II tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, japplikaw b’deroga mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Appendiċi 2 tal-Anness II tal-Ftehim, fil-kwoti kif imfissra fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-deroga stipulata fl-Artikolu 1, il-prodotti elenkati fl-Anness ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

IL-ĦONDURAS

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Kwota annwali tal-volum (fi prodotti (pari) jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.7052

6115

Panty hose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerijab’kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbiesgħar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 916 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

7 000 000

09.7053

6205 20 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 583 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

11 880 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

12 760 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

13 640 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

14 520 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

15 400 000

09.7054

6205 30 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

5 729 167

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

14 850 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

15 950 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

17 050 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

18 150 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

19 250 000

09.7055

6205 90

Qomos tal-irġiel jew tas-subien ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7056

6206 30 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

4 166 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

10 800 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

11 600 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

12 400 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

13 200 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

14 000 000

09.7057

6206 40 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet,ta’ fibri magħmulin mill-bniedem

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

5 416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

14 040 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

15 080 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

16 120 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

17 160 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

18 200 000

09.7058

6206 90

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet ta’ materjali ta’ tessuti oħrajn

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

416 667

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

1 080 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

1 160 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

1 240 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

1 320 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 400 000

09.7059

6212 10

Riċipettijiet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 083 333

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014

5 400 000

Mill-1.1.2015 sal-31.12.2015

5 800 000

Mill-1.1.2016 sal-31.12.2016

6 200 000

Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017

6 600 000

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

7 000 000

09.7060

8544 30 00

Settijiet ta’ sistemi ta’ wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta’ sistemi ta’ wajers ta’ tip użat f’vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

3 333 tunnellata ta’ piż nett

8544 42

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mgħammrin b’konnekters

8544 49

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ li ma jaqbiżx l-1 000  V, mhux mgħammrin b’konnekters

Mill-1.1.2014 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

8 000 tunnellata ta’ piż nett

8544 60

Kondutturi elettriċi oħrajn, għal vultaġġ ogħla minn 1 000  V