5.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 953/2013
tas-26 ta’ Settembru 2013
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Is-subintestatura HS 852851 fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) tinkludi monitors, għajr monitors b’tubu katodiku (CRT), ta’ tip li jintuża biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. Monitors minbarra dawk tat-tip użati biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għall-ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471 huma kklassifikati taħt is-subintestatura HS 852859. |
(2) |
Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2), il-klassifikazzjoni ta’ monitors jew taħt HS subintestatura 852851 jew 852859 għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni kumplessiva tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi ta’ kull monitor partikolari. |
(3) |
Minħabba l-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali, sar diffiċli ħafna biex jiġi determinat, b’referenza għal sempliċement karatteristiċi tekniċi, jekk monitor partikolari huwiex ta’ tip użat biss jew prinċipalment f’sistema awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta tal-intestatura 8471. B’mod partikulari, l-iżgurar li l-klassifikazzjoni korretta u uniformi ta’ displays b’pannelli ċatti li jistgħu juru, b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità, sinjali kemm minn sistemi awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta kif ukoll minn sorsi oħra sar teknikament impossibbli. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni u l-espansjoni tal-konsum fi ħdan it-territorju tal-Unjoni u jiġi promoss il-kummerċ bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, huwa fl-interess kemm tal-konsumaturi tal-Unjoni kif ukoll tal-industrija tal-Unjoni li tingħata eżenzjoni mid-dazju għal monitors imsemmija hawn fuq. |
(5) |
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. L-emendi għas-subintestaturi NM previsti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli bħala subintestaturi TARIC sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GUSTAS
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2009 fil-Każ C-376/07, Staatssecretaris van Financiën v Kamino International Logistics BV. ([2009] Ġabra I-1167).
ANNESS
Fit-Tieni Parti, Taqsima XVI, Kapitolu 85 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-ringieli għall-kodiċi NM 8528 59, 8528 59 10, 8528 59 40 u 8528 59 80 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“8528 59 |
– – Oħrajn: |
|
|
|
– – – Displays b’Pannelli Ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità: |
|
|
8528 59 20 (1) |
– – – – Monokrom |
14 (5) |
p/st |
|
– – – – Kulur: |
|
|
8528 59 31 (2) |
– – – – – Bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD) |
14 (5) |
p/st |
8528 59 39 (3) |
– – – – – Oħrajn |
14 (5) |
p/st |
8528 59 70 (4) |
– – – Oħrajn |
14 |
p/st. |
(1) Kodiċi TARIC 8528591020
(2) Kodiċi TARIC 8528594091
(3) Kodiċi TARIC 8528598091
(4) Kodiċi TARIC 8528591090, 8528594099 u 8528598099
(5) Rata awtonoma ta’ dazju: B’xejn”