28.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 934/2013

tas-27 ta’ Settembru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2013 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3) u l-Artikolu 142(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 914/2013 (2) stabbilixxa l-livelli massimi tal-baġit għall-2013 li japplikaw għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009.

(2)

Il-Greċja għamlet użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 matul is-snin 2010, 2011 u 2012. Ġie stabbilit livell massimu baġitarju għall-appoġġ speċifiku msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għal kull waħda minn dawn is-snin skont dan.

(3)

F’Lulju 2012, il-Greċja ddeċidiet li tagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena 2013. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ fehim dwar in-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammonti li għandhom jiġu stabbiliti għall-fini tal-limitu massimu baġitarju għall-2013 ma ġewx inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013.

(4)

Minħabba li l-Greċja ddeċiediet li tkompli timplimenta l-appoġġ speċifiku fis-sena kalendarja 2013 mingħajr l-ebda bidla fl-ammonti nnotifikati mill-Greċja għall-finanzjament tal-miżuri ta’ appoġġ ikkonċernati kif dawn ġew implimentati fis-sena 2012, il-limitu massimu baġitarju għandu jiġi ffissat għal dik is-sena.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-limiti massimi li jirriżultaw mill-ammonti allokati mill-Greċja għall-miżuri kkonċernati fl-2013 għandhom jiġu ppubblikati.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2013 (3) emenda l-limiti massimi nazzjonali għall-2013 ddeterminati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-Lussemburgu u Malta. L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tuża ċertu perċentwali tal-limiti massimi ffissati fl-Artikoli 104(4) u 112(5) ta’ dak ir-Regolament għal pagamenti tan-nagħaġ u l-mogħoż u l-pagamenti għaċ-ċanga u l-vitella rispettivament. Għalhekk, il-limiti massimi baġitarji rilevanti għall-primjum tan-nagħaġ u l-mogħoż, il-primjum supplementari għan-nagħaġ u l-mogħoż u l-primjum għall-baqar li jreddgħu għandu jiġi stabbilit.

(8)

Skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja ddeċidiet qabel id-data tal-adeżjoni tagħha li tuża l-għajnuna speċifika stipulata fl-Artikolu 68(1)(a)(ii) ta’ dak ir-Regolament fis-settur tal-ħalib u kkomunikat id-deċiżjoni tagħha lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni hija skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Il-limitu massimu rilevanti għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni.

(9)

Il-Kroazja tapplika l-iskema ta’ pagament uniku stipulata fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi ppubblikat għall-2013 il-livell massimu baġitarju għall-iskema ta’ pagament uniku għall-Kroazja, li jirriżulta mit-tnaqqis tal-livelli massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, u 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 mil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament.

(10)

L-Annessi I sa V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013 huwa emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 914/2013 tat-23 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2013 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 252, 24.9.2013, p. 14).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2013 ta’ 26 ta’ Settembru 2013 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni (ĠU L 255, 27.9.2013, p. 5)


ANNESS

L-Annessi I sa V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 914/2013 jinbidlu b’dan li ġej:

“ANNESS I

Il-livelli massimi baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skont l-artikoli 52, 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2013

(eluf ta’ EUR)

 

BE

ES

FR

HR

AT

PT

FI

Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

1 192

 

21 892

600

Primjum supplementari għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

117

 

7 184

200

Primjum għall-baqar li jreddgħu

77 565

261 153

525 622

2 948

70 578

78 695

 

Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

19 389

26 000

 

 

99

9 462

 

“ANNESS II

Limiti massimi baġitarji għall-għajnuna speċifika stipulata fl-artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2013

Stat Membru

(eluf ta’ EUR)

Il-Belġju

8 600

Il-Bulgarija

28 500

Ir-Repubblika Ċeka

31 826

Id-Danimarka

40 975

L-Estonja

1 253

L-Irlanda

25 000

Il-Ġreċja

108 000

Spanja

248 054

Franza

478 600

Il-Kroazja

4 660

L-Italja

321 950

Il-Latvja

5 130

Il-Litwanja

13 304

L-Ungerija

131 898

Il-Pajjiżi l-Baxxi

38 900

L-Awstrija

13 900

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

34 111

Ir-Rumanija

44 257

Is-Slovenja

14 424

Is-Slovakkja

13 500

Il-Finlandja

57 055

L-Isvezja

3 469

Ir-Renju Unit

29 800

L-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) li huma inklużi fil-livell massimu tal-iskema ta’ pagament uniku. (eluf ta’ EUR).

Il-Greċja: 30 000

Is-Slovenja: 5 800

“ANNESS III

Il-livelli massimi baġitarji għall-għajnuna stipulata fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-artikolu 68(1)(a) u l-artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

Is-sena kalendarja 2013

Stat Membru

(eluf ta’ EUR)

Il-Belġju

4 461

Il-Bulgarija

28 500

Ir-Repubblika Ċeka

31 826

Id-Danimarka

17 075

L-Estonja

1 253

L-Irlanda

25 000

Il-Ġreċja

78 000

Spanja

179 954

Franza

297 600

Il-Kroazja

4 660

L-Italja

152 950

Il-Latvja

5 130

Il-Litwanja

13 304

L-Ungerija

46 164

Il-Pajjiżi l-Baxxi

31 420

L-Awstrija

13 900

Il-Polonja

106 558

Il-Portugall

21 210

Ir-Rumanija

44 257

Is-Slovenja

8 624

Is-Slovakkja

13 500

Il-Finlandja

57 055

L-Isvezja

3 469

Ir-Renju Unit

29 800

“ANNESS IV

L-ammonti li għandhom jintużaw mill-Istati Membri skont l-artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika stipulata fl-artikolu 68(1) ta’ dak ir-Regolament

Is-sena kalendarja 2013

Stat Membru

(eluf ta’ EUR)

Il-Belġju

8 600

Id-Danimarka

23 250

L-Irlanda

23 900

Il-Ġreċja

70 000

Spanja

144 390

Franza

84 000

L-Italja

144 900

Il-Pajjiżi l-Baxxi

31 700

L-Awstrija

11 900

Il-Portugall

21 700

Is-Slovenja

5 800

Il-Finlandja

6 190

“ANNESS V

Il-livelli massimi baġitarji għall-iskema ta’ pagament uniku

Is-sena kalendarja 2013

Stat Membru

(eluf ta’ EUR)

Il-Belġju

517 901

Id-Danimarka

1 031 277

Il-Ġermanja

5 852 938

L-Irlanda

1 339 769

Il-Ġreċja

2 225 227

Spanja

4 913 824

Franza

7 607 272

Il-Kroazja

86 007

L-Italja

4 202 935

Il-Lussemburgu

37 672

Malta

5 504

Il-Pajjiżi l-Baxxi

890 551

L-Awstrija

679 111

Il-Portugall

476 907

Is-Slovenja

141 450

Il-Finlandja

518 883

L-Isvezja

767 437

Ir-Renju Unit

3 958 242