27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 929/2013

tas-26 ta’ Settembru 2013

li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) u l-Artikolu 57a(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 il-valur totali tad-drittijiet għal pagament allokati kollha u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 51(2) u 69(3) ta’ dan ir-Regolament, jew, għall-2009, skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ma għandux jaqbeż il-limitu massimu nazzjonali rispettiv stabbilit fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limiti nazzjonali għas-sena tat-talba 2013 kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Greċja, Spanja, il-Lussemburgu, Malta u r-Renju Unit ġew adattati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 287/2013 (2) wara n-notifiki ta’ dawn l-Istati Membri dwar l-intenzjoni tagħhom li għall-2014 jipprovdu appoġġ lil min ikabbar id-dwieli billi jallokaw drittijiet għal pagament skont l-Artikolu 103o tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). Fost l-Istati Membri kkonċernati, il-Lussemburgu u Malta nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu jittrasferixxu l-ammont sħiħ tal-baġit tagħhom għall-programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif stipulat fl-Anness Xb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Madankollu, il-fatt li l-ammont kien żdied kemm kemm għas-sena finanzjarja 2014 meta mqabbel ma’ dak li huwa disponibbli għas-sena finanzjarja 2013 għal dawn iż-żewġ Stati Membri ma tqiesx fl-adattament tal-limiti massimi nazzjonali għal pagamenti diretti għas-sena tat-talba 2013. Għalhekk il-limiti massimi nazzjonali rispettivi msemmija fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu adattati skont dan.

(3)

Skont l-Artikolu 103n tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, Spanja, il-Lussemburgu, Malta u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li b’mod definittiv jittrasferrixxu parti minn jew l-ammont kollu disponibbli għall-programmi ta’ appoġġ imsemmija fl-Anness Xb tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex iżidu l-limiti massimi nazzjonali tagħhom għall-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-snin tat-talba 2014 ‘il quddiem. Għalhekk il-limiti massimi nazzjonali rispettivi msemmija fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu adattati skont dan.

(4)

Skont l-Artikolu 57a(9) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar iż-żona ta’ art li tnaddfet mill-mini u ġiet iddikjarata mill-bdiewa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena tat-talba 2013 u li mill-ġdid reġgħet lura għall-użu ta’ attivitajiet agrikoli bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2012. Din in-notifika inkludiet ukoll it-tqassim ta’ art bejn ettari ta’ art bil-ħaxix u l-mergħat u l-ettari l-oħra eliġibbli, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-pakketti baġitarji li jikkorrispondu għal kull kategorija ta’ art imnaddfa mill-mini: EUR 46 000 għall-art bil-ħaxix u l-mergħat u EUR 6 646 000 għall-ettari eliġibbli l-oħra. Abbażi tal-iskeda ta’ żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u skont l-Artikolu 57a(7) ta’ dak ir-Regolament, il-limiti massimi nazzjonali rispettivi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom għalhekk jiġu adattati skont dan.

(5)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 287/2013 tat- 22 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


ANNESS

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

Limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40

Tabella 1

(eluf ta’ EUR)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u snin ta’ wara

Il-Belġju

614 179

611 817

611 817

614 855

614 855

614 855

614 855

614 855

Id-Danimarka

1 030 478

1 031 321

1 031 321

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

1 049 002

Il-Ġermanja

5 770 254

5 771 981

5 771 994

5 852 938

5 852 938

5 852 938

5 852 938

5 852 938

Il-Greċja

2 380 713

2 228 588

2 231 798

2 233 227

2 233 227

2 217 227

2 217 227

2 217 227

Spanja

4 858 043

5 119 045

5 125 032

5 304 642

5 304 642

5 304 642

5 304 642

5 304 642

Franza

8 407 555

8 423 196

8 425 326

8 527 494

8 527 494

8 527 494

8 527 494

8 527 494

L-Irlanda

1 342 268

1 340 521

1 340 521

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

L-Italja

4 143 175

4 210 875

4 234 364

4 379 985

4 379 985

4 379 985

4 379 985

4 379 985

Il-Lussemburgu

37 518

37 569

37 679

37 671

37 672

37 672

37 672

37 672

Il-Pajjiżi l-Baxxi

853 090

853 169

853 169

897 751

897 751

897 751

897 751

897 751

L-Awstrija

745 561

747 344

747 425

751 788

751 788

751 788

751 788

751 788

Il-Portugall

608 751

589 811

589 991

606 551

606 551

606 551

606 551

606 551

Il-Finlandja

566 801

565 520

565 823

570 548

570 548

570 548

570 548

570 548

L-Isvezja

763 082

765 229

765 229

770 906

770 906

770 906

770 906

770 906

Ir-Renju Unit

3 985 895

3 976 425

3 976 482

3 988 042

3 988 042

3 988 042

3 988 042

3 988 042


Tabella 2  (1)

(eluf ta’ EUR)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u snin ta’ wara

Il-Bulgarija

287 399

336 041

416 372

499 327

580 087

660 848

741 606

814 295

Ir-Repubblika Ċeka

559 622

654 241

739 941

832 144

909 313

909 313

909 313

909 313

L-Estonja

60 500

71 603

81 703

92 042

101 165

101 165

101 165

101 165

Ċipru

31 670

38 928

43 749

49 146

53 499

53 499

53 499

53 499

Il-Latvja

90 016

105 368

119 268

133 978

146 479

146 479

146 479

146 479

Il-Litwanja

230 560

271 029

307 729

346 958

380 109

380 109

380 109

380 109

L-Ungerija

807 366

947 114

1 073 824

1 205 037

1 318 975

1 318 975

1 318 975

1 318 975

Malta

3 752

4 231

4 726

5 137

5 504

5 504

5 504

5 504

Il-Polonja

1 877 107

2 192 294

2 477 294

2 788 247

3 044 518

3 044 518

3 044 518

3 044 518

Ir-Rumanija

623 399

729 863

907 473

1 086 608

1 264 472

1 442 335

1 620 201

1 780 406

Is-Slovenja

87 942

103 394

117 423

131 575

144 274

144 274

144 274

144 274

Is-Slovakkja

240 014

280 364

316 964

355 242

388 176

388 176

388 176

388 176


Tabella 3  (1)

(eluf ta’ EUR)

Stat Membru

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

Il-Kroazja

94 923

113 908

132 893

151 877

189 847

227 816

265 785

303 754

341 724

379 693


(1)  Limiti massimi kkalkulati bl-inklużjoni tal-iskeda ta’ inkrementi stipulata fl-Artikolu 121.”