26.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 922/2013

tal-25 ta’ Settembru 2013

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għal prodotti agrikoli li joriġinaw fin-Nikaragwa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE tal-25 ta’ Ġunju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Parti IV tiegħu dwar kwistjonijiet kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2012/734/UE awtorizzat l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). F’konformità mad-Deċiżjoni 2012/734/UE, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013.

(2)

L-Appendiċi 2 għall-Anness I mal-Ftehim jirrigwarda l-kwoti tar-rata tariffarja tal-UE għall-importazzjoni ta’ merkanzija li toriġina fl-Amerika Ċentrali. Kwota tariffarja waħda tingħata b’mod esklużiv lin-Nikaragwa. Għaldaqstant huwa neċessarju li tinfetaħ kwota tariffarja għal tali prodotti. Il-kwota tariffarja għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2). Sabiex tibbenefika mill-konċessjonijiet tariffarji pprovduti għalihom f’dan ir-Regolament, il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu akkumpanjati minn prova tal-orġini kif ipprovdut fil-Ftehim.

(3)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), fih kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija f’dan il-Ftehim. Il-kodiċijiet il-ġodda għaldaqstant għandhom ikunu riflessi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota tariffarja tal-Unjoni tinfetaħ għall-oġġetti li joriġinaw fin-Nikaragwa u elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-dazji doganali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ oġġetti li joriġinaw fin-Nikaragwa u elenkati fl-Anness, ikunu sospiżi fil-kwota tariffarja stipulata fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-prodotti elenkati fl-Anness ikunu akkumpanjati minn prova tal-oriġini kif stipulat fl-Appendiċi 3 tal-Anness II tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ikunu ġestiti mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikoli 308a u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 15.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)   ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli ta’ interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.7315

0201

0202

Laħam ta’ bovini, frisk jew imkessaħ:

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

209  (1)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

525  (1)  (2)


(1)  Espress bħala ekwivalent tal-piż tal-karkassi kif ġej: 100 kilogramma ta’ laħam bl-għadam se jkun ekwivalenti għal 70 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam.

(2)  B’żieda ta’ 25 tunnellata metrika kull sena mill-1.1.2015.