25.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 919/2013

tal-20 ta’ Settembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-lipp abjad f'ilmijiet tal-UE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tat-20 ta’ Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (2), jistipula l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk li hemm referenza għalih fl-Anness ta' dan ir-Regolament li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru li huwa msemmi hemmhekk jew huma irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru li hemm referenza għalih fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk li hemm referenza fih għall-2013 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk li hemm referenza għalih fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi rilokat, ittrażbordat, jew żbarkat, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22.


ANNESS

Nru

41/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

GFB/89-

Speċi

Lipp Abjad (Phycis blennoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

Data

20.8.2013