24.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 911/2013

tas-16 ta’ Settembru 2013

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Weideochse vom Limpurger Rind (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52, il-paragrafu 2 tiegħu,

billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, tar-Regolament (KE) nru 510/2006, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-isem “Weideochse vom Limpurger Rind” magħmula mill-Ġermanja, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni “Weideochse vom Limpurger Rind” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

It-tieni Artikolu

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343 tal-14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93 tal-31.3.2006, p. 12.

(3)  ĠU C 370 tat-30.11.2012, p. 10.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1. –   Laħam (u karkassi) friski

IL-ĠERMANJA

Weideochse vom Limpurger Rind (DPO)