|
14.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 880/2013
tat-13 ta’ Settembru 2013
li jemenda għall-201 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fl-4 ta' Settembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista tiegħu ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din l-entità biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-KSNU. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha titħassar:
‘Lajnat Al Daawa Al Islamiya (magħruf ukoll bħala (a) LDI, (b) Lajnat Al Dawa, (c) Islamic Missionary Commission). Indirizz: (a) l-Afganistan, (b) il-Pakistan. Informazzjoni oħra: Assoċjat mal-Grupp Ġellied Iżlamiku Libjan (Libyan Islamic Fighting Group) Id-data tal-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 20.2.2003.’