13.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/23


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2013

tas-27 ta’ Ġunju 2013

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jistabbilixxi monitoraġġ aktar mill-qrib għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li jinsabu fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv permezz ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali li jimmiraw biex jiżguraw il-prevenzjoni u l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jew deċiżjonijiet biex jingħata avviż biex jiġi kkorreġut defiċit eċċessiv.

(2)

Monitoraġġ bħal dan jikkumplimenta l-obbligi ta’ rappurtar eżistenti stabbiliti fl-Artikolu 3(4)(a) u l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2) li jeħtieġu li Stat Membru f’proċedura ta’ defiċit eċċessiv soġġetta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) tat-Trattat jew avviż magħmul b’konformità mal-Artikolu 126(9) tat-Trattat għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda sabiex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Ir-rapport għandu jinkludi l-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern u għall-miżuri diskrezzjonarji kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll tad-dħul b’mod konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda u n-natura ta’ dawk previsti biex jintlaħqu l-miri.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 jikkumplimenta dan ir-rapportar inizjali billi jobbliga l-ħtieġa ta’ rappuratar aktar frekwenti minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li għandhom defiċit eċċessiv. Dawn tal-aħħar se jkollhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) kull sitt xhur jekk ikunu soġġetti għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill magħmula b’konformità mal-Artikolu 126(7) u kull tliet xhur jekk ikunu suġġetti għal Deċiżjoni tal-Kunsill li jagħtu avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE dwar l-azzjoni meħuda sabiex jikkoreġu d-defiċit eċċessiv. Ir-rappurtar għandu jinkludi, għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja matul is-sena, l-impatt baġitarju ta’ miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tal-infiq kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tal-infiq u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta’ dawk mistennija sabiex jintlaħqu l-miri. Dan ir-rappuratar aktar frekwenti se jgħin lill-Kummissjoni u lill-KEF biex jimmonitorjaw kontinwament jekk l-Istat Membru konċernat ikunx fit-triq it-tajba biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv.

(4)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, il-kontenut ta’ dan ir-rappurtar addizzjonali għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni. Dan l-att iddelegat jipprovdi qafas ċar għall-informazzjoni biex tiġi rrappurtata minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Ir-rappurtar stabbilit minn dan ir-Regolament delegat se jipprovdi perspettiva strutturata u armonizzata tas-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati Membri kkonċernati. Ir-rapport għandu jkun fih dejta annwali u trimestrali sabiex jipprovdi dettalji dwar korrezzjoni kontinwa. Id-dejta għandha tiġi rrappurtata fuq bażi tal-kassa u tad-dovuti (skont is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali ESA) sabiex ikun hemm fehim aħjar tad-dinamika tal-qagħda baġitarja. Minħabba li l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tista’ tkun miftuħa fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda bejn defiċit jew tad-dejn mal-PDG, valuri ta’ referenza tat-Trattat, l-evoluzzjoni tal-iżviluppi mill-komponenti ewlenin mid-defiċit u d-dejn tal-gvern ġenerali għandhom jiġu rrappurtati.

(5)

Id-dejta attwali rappurtata taħt dan l-att iddelegat għandha tkun konsistenti ma’ dejta rrapportata lill-Eurostat fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-kontenut tar-rapporti li jistgħu jiġu mitluba mill-Kummissjoni minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

Artikolu 2

L-istruttura u l-kontenut tar-rappurtar

1.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 1 ikollhom l-istruttura li ġejja:

Bilanċi attwali, l-iżviluppi tad-dejn, u pjanijiet baġitarji aġġornati għall-perjodu ta’ korrezzjoni għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha;

Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-istrateġija fiskali f’termini nominali u strutturali (komponent ċikliku tal-bilanċ, netti ta’ miżuri ta’ darba jew temporanji) biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sad-data ta’ skadenza stipulata mill-Kunsill fid-dawl tal-aħħar rakkomandazzjoni tal-Kunsill jew deċiżjoni li jingħata avviż skont l-Artikolu 126(7) jew l-Artikolu 126(9) tat-TFUE, li jinkludi tagħrif iddettaljat dwar il-miżuri baġitarji ppjanati jew diġà meħuda biex jintlaħqu dawn il-miri u l-impatt baġitarju tagħhom.

2.   Ir-rapporti għandhom jinkludu tabelli kif indikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(2)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.


ANNESS

Tabelli li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti li jridu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro

NB: Fit-tabelli hawn taħt, Sena t tikkorrispondi mas-sena tal-preżentazzjoni tar-rapport. Ir-rapportar għall-oġġetti indikati b’tipa grassa huwa obbligatorju. Il-qafas kunċettwali maqbul fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (1) għandu jiġi implimentat.

Tabella 1a

Eżekuzzjoni baġitarja trimestrali ta’ sena fuq bażi ta’ kassa  (1) għall-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha  (2)

EUR miljuni

Sena t (*)

Q1

Q2

Q3

Q4

Bilanċ globali għal kull subsettur (6-7)

1.

Amministrazzjoni Ġenerali

 

 

 

 

2.

Amministrazzjoni Ċentrali

 

 

 

 

3.

Amministrazzjoni Statali

 

 

 

 

4.

Amministrazzjoni Lokali

 

 

 

 

5.

Fondi tas-Sigurtà Soċjali

 

 

 

 

Għal kull subsettur (jekk jogħġbok indika liema)

6.

Dħul totali/flussi ’l ġewwa

 

 

 

 

Li minnhom (lista indikattiva):

Taxxi, li minnhom:

 

 

 

 

Taxxi Diretti

 

 

 

 

Taxxi indiretti, li minnhom:

 

 

 

 

VAT

 

 

 

 

Kontribuzzjonijiet soċjali

 

 

 

 

Bejgħ

 

 

 

 

Dħul kurrenti ieħor

 

 

 

 

Dħul kapitali

 

 

 

 

Flussi ’l ġewwa minn operazzjonijiet fi strumenti finanzjarji

 

 

 

 

7.

Nefqa totali/flussi ’l barra

 

 

 

 

Li minnhom (lista indikattiva):

Xiri ta’ oġġetti u servizzi

 

 

 

 

Kumpens għall-impjegati

 

 

 

 

Imgħax

 

 

 

 

Sussidji

 

 

 

 

Benefiċċji soċjali

 

 

 

 

Spejjeż rikorrenti oħra

 

 

 

 

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu

 

 

 

 

Investimenti kapitali

 

 

 

 

Flussi ’l barra minn operazzjonijiet fi strumenti finanzjarji

 

 

 

 


Tabella 1b

Eżekuzzjoni tal-baġit trimestrali tas-sena kurrenti u l-prospetti skont l-istandards tal-ESA u mhux aġġustat staġjonalment  (3) għall-amministrazzjoni ġenerali u s-sub setturi tagħha

Id-dejta tal-eżekuzzjoni baġitarja pprovduta fit-Tabella 1a u 1b għandha tkun konsistenti; tabella ta’ rikonċiljazzjoni li turi l-metodoloġija tat-transizzjoni bejn iż-żewġ tabelli għandha tiġi kkomunikata.


EUR miljuni

Kodiċi ESA

Sena t (**)

Q1

Q2

Q3

Q4

Self nett lil ħaddieħor (+)/self nett mingħand ħaddieħor (–)

1.

Amministrazzjoni Ġenerali  (3)

S.13

 

 

 

 

2.

Amministrazzjoni Ċentrali

S.1311

 

 

 

 

3.

Amministrazzjoni Statali

S.1312

 

 

 

 

4.

Amministrazzjoni Lokali

S.1313

 

 

 

 

5.

Fondi tas-Sigurtà Soċjali

S.1314

 

 

 

 

Għal kull subsettur (jekk jogħġbok indika liema)

6.

Dħul totali  (3)

TR

 

 

 

 

Li minnhom

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni

D.2

 

 

 

 

Taxxi kurrenti fuq dħul, ġid, eċċ.

D.5

 

 

 

 

Taxxi kapitali

D.91

 

 

 

 

Kontribuzzjonijiet soċjali

D.61

 

 

 

 

Dħul minn proprjetà

D.4

 

 

 

 

Oħrajn (4)

 

 

 

 

 

7.

Nefqa totali  (3)

TE

 

 

 

 

Li minnha

Kumpens għall-impjegati

D.1

 

 

 

 

Konsum intermedju

P.2

 

 

 

 

Ħlasijiet soċjali

D.62, D.632 (5)

 

 

 

 

Infiq fuq l-interessi

D.41

 

 

 

 

Sussidji

D.3

 

 

 

 

Formazzjoni kapitali fissa gross (3)

P.51

 

 

 

 

Trasferimenti ta’ kapital

D.9

 

 

 

 

Oħrajn (6)

 

 

 

 

 

8.

Dejn gross  (7)

 

 

 

 

 


Tabella 1c

Miri baġitarji annwali skont l-istandards tal-ESA tal-amministrazzjoni ġenerali u s-subsetturi tagħha

 

Kodiċi ESA

Sena t – 1

Sena t

Sena t + … (***)

Self nett lil ħaddieħor (+)/self net mingħand ħaddieħor (–) għal kull subsettur (% tal-PDG)

1.

Amministrazzjoni ġenerali

S.13

 

 

 

2.

Amministrazzjoni Ċentrali

S.1311

 

 

 

3.

Amministrazzjoni Statali

S.1312

 

 

 

4.

Amministrazzjoni Lokali

S.1313

 

 

 

5.

Fondi tas-Sigurtà Soċjali

S.1314

 

 

 

Amministrazzjoni ġenerali (S.13) (% tal-PDG)

6.

Dħul totali

TR

 

 

 

7.

Nefqa totali

TE

 

 

 

8.

Infiq fuq l-interessi

D.41

 

 

 

9.

Bilanċ primarju  (8)

 

 

 

 

10.

Miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji  (9)

 

 

 

 

 

 

rata tal-bidla

rata tal-bidla

rata tal-bidla

11.

Tkabbir reali tal-PDG

 

 

 

 

12.

Tkabbir potenzjali tal-PDG

 

 

 

 

kontribuzzjonijiet:

impjiegi

 

 

 

 

kapital

 

 

 

 

total tal-fattur tal-produttività

 

 

 

 

 

 

% tal-PDG potenzjali

% tal-PDG potenzjali

% tal-PDG potenzjali

13.

Differenza fl-output

 

 

 

 

14.

Komponent baġitarju ċikliku

 

 

 

 

15.

Bilanċ aġġustat ċiklikament (1 – 14)

 

 

 

 

14.

Bilanċ primarju aġġustat b’mod ċikliku (13 + 6)

 

 

 

 

15.

Bilanċ strutturali (13 – 10)

 

 

 

 


Tabella 2

Il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-amministrazzjoni ġenerali (S.13) skont l-istandards tal-ESA

% tal-PDG

Kodiċi ESA

Sena t – 1

Sena t

Sena t + 1

Sena t + … (****)

1.

Mira ta’ dħul totali

(= tabella 1c. 6)

TR

 

 

 

 

Li minnhom

1.1.

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni

D.2

 

 

 

 

1.2.

Taxxi kurrenti fuq dħul, ġid, eċċ

D.5

 

 

 

 

1.3.

Taxxi kapitali

D.91

 

 

 

 

1.4.

Kontribuzzjonijiet soċjali

D.61

 

 

 

 

1.5.

Dħul minn proprjetà

D.4

 

 

 

 

1.6.

Oħra  (10)

 

 

 

 

 

p.m.: Il-piż tat-taxxa

(D.2 + D.5 + D.61 + D.91-D.995) (11)

 

 

 

 

 

2.

Mira ta’ nefqa totali

(= tabella 1c.7)

TE (12)

 

 

 

 

Li minnhom

2.1.

Kumpens lill-impjegati

D.1

 

 

 

 

2.2.

Konsum intermedju

P.2

 

 

 

 

2.3.

Ħlasijiet soċjali

D.62, D.6311, D.63121, D.63131 (15)

 

 

 

 

li minnhom:

Benefiċċji għall-qgħad  (13)

 

 

 

 

 

2.4.

Infiq fuq l-interessi

D.41

 

 

 

 

2.5.

Sussidji

D.3

 

 

 

 

2.6.

Formazzjoni kapitali fissa gross

P.51

 

 

 

 

2.7.

Trasferimenti ta’ kapital

D.9

 

 

 

 

2.8.

Oħra  (14)

 

 

 

 

 


Tabella 3a

Miżuri baġitarji adottati u previsti mill-amministrazzjoni ġenerali u s-sottosetturi tagħha kemm fuq in-nefqa kif ukoll fuq id-dħul sabiex jinkisbu l-miri preżentati fit-Tabella 2

Impatt baġitarju mistenni tal-miżuri adottati u previsti (16)

Lista tal-miżuri

Deskrizzjoni ddettaljata (17)

Mira (nefqa/dħul)

Kodiċi ESA

Prinċipju tal-kontabbiltà (18)

Status ta’ adozzjoni

L-impatt baġitarju inkrementali fuq sena (EUR miljun)

 

t – 1

t

t + 1

t + 2

t + (*****)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AMMONT TOTALI


Tabella 3b

Fit-trimestru ta’ rappurtar ta’ matul is-sena dwar l-impatt baġitarju tal-miżuri ppreżentati f’Tabella 3a

Lista tal-miżuri (19)

Rappurtar ta’ matul is-sena għal miżuri li jkollhom effett fuq is-sena t (agħżel waħda mill-alternattivi ta’ hawn taħt) (20)

Impatt baġitarju annwali mistenni għas-sena t

(EUR miljuni)

(= Tabella 3a)

Impatt baġitarju osservat kull tliet xhur (EUR miljuni) (21)

Impatt baġitarju osservat kumulattiv mill-bidu tas-sena (EUR miljuni)

Q1

Q2

Q3

Q4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 


Tabella 4

Amministrazzjoni ġenerali (S.13) l-iżviluppi tad-dejn u l-prospetti

 

 

Sena t – 1

Sena t

Sena t + … (******)

 

Kodiċi ESA

% tal-PDG

% tal-PDG

% tal-PDG

1.

Dejn gross  (22)

(= Tabella 1b.8 għall-amministrazzjoni ġenerali)

 

 

 

 

2.

Il-proporzjon tal-bidla fid-dejn gross

 

 

 

 

Kontribuzzjonijiet għal bidliet f’dejn gross

3.

Bilanċ primarju

(= Tabella 1c. 9)

 

 

 

 

4.

Infiq fuq l-interessi

(= Tabella 1c.8)

D.41

 

 

 

5.

Aġġustament bejn il-fondi u l-flussi

 

 

 

 

li minnhom:

Differenzi bejn flus kontanti u dovuti (23)

 

 

 

 

Akkumulazzjoni ta’ assi finanzjarji netti (24)

 

 

 

 

li minnhom:

Dħul minn privatizzazzjoni

 

 

 

 

Effetti ta’ valutazzjoni u oħrajn (25)

 

 

 

 

p.m.: Rata tal-interessi impliċita fuq id-dejn  (26) (%)

 

 

 

 

Fatturi oħra varjabbli relevanti

6.

Assi finanzjarji likwidi (27)

 

 

 

 

7.

Debiti finanzjarji netti

Formula

 

 

 

 

8.

Dejn amortizzat (bonds eżistenti) mill-aħħar tas-sena ta’ qabel

 

 

 

 

9.

Perċentwal ta’ dejn denominat f’valuta barranija (%)

 

 

 

 

10.

Maturità medja (snin)

 

 

 

 

11.

Tkabbir Reali tal-PDG (%)

(= Tabella 1c ir-ringiela 11)

 

 

 

 


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(*)  Ir-rapportar huwa obbligatorju sat-trimestru kurrenti (inkluż). Jekk id-dejta tat-trimestru kurrenti mhux disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-aktar dejta ta’ kull xahar riċenti disponibbli, fejn tindika liema xahar tikkorrispondi għalih. Għall-bilanċ kumplessiv tal-gvern ġenerali, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni sal-aħħar trimestru disponibbli (jiġifieri q-1). L-assigurazzjoni ta’ kwalità normali u l-politika ta’ reviżjoni għandhom japplikaw.

(1)  Ċifri ekwivalenti mill-kontabbiltà pubblika jistgħu jiġi provduti jekk dejta bbażata fuq flus kontanti ma tkunx disponibbli; jekk jogħġbok speċifika l-bażi tal-kontabilità użata biex tingħata l-informazzjoni kollha pprovduta f’din it-tabella.

(2)  Tikkorrispondi mar-rappurtar li jrid jiġi provdut skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE.

(**)  Ir-rappurtar għandu jdum għaddej sat-tmiem tas-Sena kurrenti t; Prospetti trimestrali mhumiex vinkolanti u huma rrapportati bħala stimi (li possibbilment huma suġġetti għal reviżjonijiet) għall-għanijiet ta’ informazzjoni u monitorjar.

(3)  Għall-amminsitrazzjoni ġenerali, l-oġġetti mmarkati b’ “(a)” għandhom ikunu provduti addizzjonalment f’termini aġġustati staġjonalment; jekk ma jkunux jistgħu jiġu provduti mill-awtoritajiet nazzjonali, l-aġġustament staġjonali se jitwettaq mill-Eurostat b’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.

(4)  P. 11 + P. 12 + P.131 + D.39rec + D.7rec + D.9rec (għajr D.91rec).

(5)  Taħt ESA95: D6311_D63121_D63131pay; in ESA2010 D632pay.

(6)  D.29pay + D.4pay (għajr D.41pay) + D.5pay + D.7pay + P.52 + P.53 + K.2 + D.8.

(7)  Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

(***)  Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

(8)  Il-bilanċ primarju huwa kkalkulat bħala (B.9, punt 8) flimkien ma’ (D.41, punt 9).

(9)  sinjal ta’ plus ifisser miżuri li jnaqqsu d-defiċit.

(****)  Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

(10)  P.11 + P.12 + P.131 + D.39rec + D.7rec + D.9rec (għajr D.91rec).

(11)  Inklużi dawk miġbura mill-UE u inkluż aġġustament għal taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li ma nġabrux D.995), kif adatt.

(12)  

Formula

(13)  Tinkludi benefiċċji fi flus kontanti (D.621 u D.624) u benefiċċji in natura (D.631) marbuta mal-benefiċċji tal-qgħad.

(14)  D.29 + D.4 (għajr D.41) + D.5 + D.7 + P.52 + P.53 + K.2 + D.8.

(15)  In ESA2010: D.62, D.632.

(*****)  Is-sena meta d-defiċit eċċessiv huwa ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjonijiet biex jingħata avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

(16)  Miżuri dettaljati biżżejjed u mħabbra b’mod kredibbli biss għandhom jiġu rrappurtati.

(17)  Inkluż ir-rappurtar li fuqu s-subsettur ikun qed jieħu l-miżura.

(18)  Awtomatikament, l-impatt tal-miżuri se jiġi rrapportat fuq bażi tad-dovuti, iżda, jekk ma jkunx possibbli u r-rappurtaġġ ikun fi flus, għandu jiġi indikat b’mod espliċitu. L-impatt għandu jiġi rrekordjat f’termini inkrementali — kuntrarju għal-livelli — meta mqabbla ma’ projezzjoni ta’ linja bażi tas-sena preċedenti. Miżuri permanenti sempliċi għandhom jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/- X fis-sena (snin) li jiġu introdotti u żero fil-bqija (l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq m’għandux jinnewtralizza). Jekk l-impatt ta’ miżura jvarja maż-żmien, huwa biss l-impatt inkrimentali li għandu jiġi rreġistrat fit-tabella. Min-natura tagħhom, miżuri ta’ darba għandhom jiġu dejjem irreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/- X fis-sena tal-ewwel impatt baġitarju u -/+ X fis-sena ta’ wara, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq f’sentejn konsekuttivi għandu jkun żero.

(19)  Agħżel il-miżuri rrappurtati fit-Tabella 3a li għandhom impatt baġitarju fis-sena t.

(20)  Il-mili ta’ waħda miż-żewġ alternattivi hija obbligatorja: rappurtar trimestrali (stimi li possibbilment huma suġġetti għal reviżjonijiet) għallinqas sat-trimestru kurrenti u/jew totali tal-impatt baġitarju osservat sad-data preżenti.

(21)  Indika għal kull trimestu jekk id-dejta rrapportata tikkorrispondix għad-dejta osservata; ir-rapportar huwa obbligatorju sat-trimestru kurrenti.

(******)  Wara t-talba mill-Kummissjoni biex jiġu attivati r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, ir-rappurtar jibda mis-sena tal-ftuħ tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(6) tat-TFUE, u jkompli għaddej sakemm l-iżbilanċ eċċessiv ikun ppjanat li jiġi kkoreġut, skont l-iskadenza stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE jew deċiżjoni li tagħti avviż skont l-Artikolu 126(9) tat-TFUE.

(22)  Kif definit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009.

(23)  Id-differenzi dwar l-infiq fuq l-interessi, infiq ieħor u dħul, jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PGD huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.

(24)  Assi likwidi (munita), titoli tal-gvern, assi f’pajjiżi terzi, impriżi kkontrollati mill-gvern u d-differenza bejn assi kkwotati u mhux ikkwotati jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.

(25)  Id-differenzi minħabba movimenti fir-rata tal-kambju, u operat fit-tieni suq jistgħu jiġu distinti meta jkun relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG huwa ogħla mill-valur ta’ referenza.

(26)  Miksuba min-nefqa fuq l-interessi diviżi mil-livell ta’ dejn tas-sena preċedenti.

(27)  Assi likwidi hawnhekk huma definiti bħala AF.1, AF.2, AF.3 (konsolidati għall-amministrazzjoni ġenerali, jiġifieri kalkolu fuq pożizzjonijiet finanzjarji bejn entitajiet tal-gvern), A.F511, AF.52(biss jekk kkwotati fil-borża).