13.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 875/2013

tat-2 ta’ Settembru 2013

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 291(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), impona, bir-Regolament (KE) Nru 682/2007 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2001 90 30 u ex 2005 80 00 u li joriġinaw fit-Tajlandja (“il-miżuri antidumping definittivi”). Il-miżuri kellhom il-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 3,1 % u 12,9 %.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 954/2008 (3) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 fir-rigward tar-rata ta’ dazju imposta fuq kumpanija waħda u fuq “il-kumpaniji l-oħrajn kollha”. Id-dazji emendati għalhekk ivarjaw bejn 3,1 % u 14,3 %. L-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi esportaturi Tajlandiżi li l-impenji tagħhom kienu ntlaqgħu bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/424/KE (4) kienu eżentati mid-dazju.

(3)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 847/2009 (5), qies li l-impenji ta’ prezzijiet bi prezzijiet ta’ importazzjoni minimi fissi ma baqgħux adegwati biex ipattu għall-effett ta’ ħsara tad-dumping. Konsegwentement, l-impenji aċċettati ġew irtirati u l-impenji offruti minn 10 produtturi esportaturi Tajlandiżi oħra ġew miċħuda.

2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti (6) tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ, fid-19 ta’ Marzu 2012 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet mill-Association Européenne des Transformateurs de Maïs Doux (AETMD) (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ qamħirrum ippreparat jew ippreżervat, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-Industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

(6)

Ladarba ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni ħabbret, fid-19 ta’ Ġunju 2012, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (7) (“in-notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjoni

4.1.   Perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

(7)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu meqjus”).

4.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedimenti

(8)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti u lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fit-Tajlandja, lill-importaturi mhux relatati, lill-utenti fl-Unjoni li hu magħruf li huma mħassbin, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat dwar it-tnedija ta’ reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu.

(9)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(10)

Fid-dawl tal-għadd apparentament kbir ta’ produtturi esportaturi fit-Tajlandja u importaturi mhux relatati fl-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, ġie ppjanat it-teħid ta’ kampjuni għal dawn il-partijiet fin-notifika ta’ bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba, li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni.

(11)

Rigward l-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fit-Tajlandja, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni kompleta minn 17-il produttur esportatur, li 9 minnhom kienu esportaw lejn l-Unjoni matul il-PIR. Ġie deċiż li jintgħażel kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi li l-esportazzjonijiet tagħhom f’daqqa kienu jirrappreżentaw 90 % tal-kwantitajiet totali esportati lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PIR.

(12)

Minħabba li waslet biss tweġiba waħda minn importatur mhux relatat, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għal importaturi mhux relatati.

(13)

Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dawn il-proċedimenti, in-notifika ta’ bidu ħabbret li l-Kummissjoni kienet għażlet kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni għad-determinazzjoni tal-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Dik l-għażla minn qabel kienet saret bl-użu tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu u kienet ibbażata fuq il-volum tal-bejgħ, tal-produzzjoni u l-lok ġeografiku tal-produtturi fl-Unjoni. Il-kampjun propost jikkorrispondi għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistħarreġ fiż-żmien disponibbli, li jirrappreżenta 58 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-kampjun propost huwa rappreżentattiv f’termini tal-lok ġeografiku tal-kumpaniji għaliex ikopri tliet Stati Membri differenti. Il-produtturi tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar il-kampjun propost fid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. Minħabba li l-ebda produttur ieħor ma ppreżenta ruħu u ma waslu l-ebda kummenti dwar il-kampjun, il-kampjun propost ġie kkonfermat.

(14)

Żewġ partijiet interessati affermaw li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ntgħażel biss minn fost l-applikanti u li kellu jsir sforz biex fil-kampjun jintgħażlu produtturi minn barra l-grupp ta’ applikanti.

(15)

Madankollu, il-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni, kemm applikanti kif ukoll mhux applikanti, ġew mistiedna jikkooperaw. Għaxar produtturi tal-Unjoni, kemm applikanti kif ukoll mhux applikanti, ressqu tagħrif tat-teħid ta’ kampjuni. Kif spjegat fil-premessa 13, il-kampjun magħżul jikkorrispondi għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistħarreġ fiż-żmien disponibbli, li jirrappreżenta 58 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-kampjun magħżul huwa rappreżentattiv f’termini ta’ lok ġeografiku, irrispettivament minn jekk il-produtturi humiex applikanti jew le. Għalhekk, it-talba hija rifjutata.

(16)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi u lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lill-importatur mhux relatat. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fl-Unjoni:

Bonduelle Conserve International SAS, Renescure, Franza

Compagnie Générale de Conserve France SA, Theix, Franza

Compagnie Générale de Conserve Hungary, Debrecen, l-Ungerija

Conserve Italia SCA, San Lazzaro di Savena, l-Italja;

(b)

Produtturi esportaturi fit-Tajlandja

Agri Sol., Ltd., Pathumthani City

Lampang Food Products co, Ltd., Bangkok

Sun Sweet Co., Ltd., Chiang Mai City.

(17)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(18)

Il-prodott ikkonċernat huwa qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat permezz tal-ħall jew tal-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, li fil-preżent jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 2001 90 30, u qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti oħrajn tal-intestatura 2006, li fil-preżent jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 2005 80 00, li joriġinaw fit-Tajlandja.

(19)

L-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fil-preżervazzjonijiet, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom inkomuni l-istess karatteristiċi bażiċi bijoloġiċi u kimiċi u huma użati bażikament għall-istess għanijiet.

(20)

Żewġ partijiet interessati sostnew li l-kodiċijiet NM għall-qamħirrum ma jirrappreżentawx biss il-prodott konċernat, iżda jinkludu kwantitajiet konsiderevoli ta’ qamħirrum żgħir fil-laned li mhuwiex prodott fl-Unjoni u li mhuwiex prodott simili. Huma ssuġġerixxu li l-Kummissjoni inkludiet qamħirrum żgħir fid-dejta tagħha.

(21)

Madankollu, l-investigazzjoni ffukat esklussivament fuq il-prodott taħt il-miżuri, li jeskludi l-qamħirrum żgħir, billi użat il-kodiċijiet TARIC korrispondenti bħala bażi għall-analiżi. Għalhekk, it-talba qiegħda tiġi rrifjutata bħala fattwalment skorretta.

2.   Il-prodott simili

(22)

Il-qamħirrum prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-qamħirrum prodott u mibjugħ fit-Tajlandja nstabu li kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi tal-qamħirrum prodott fit-Tajlandja u mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni. Għalhekk huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

(23)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti x’aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping.

1.   Kummenti preliminari

(24)

Kif jissemma fil-premessa 10, minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi esportaturi li wrew ix-xewqa li jikkooperaw, it-teħid ta’ kampjuni kien stipulat fin-notifika ta’ bidu. Sabiex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping intagħżel kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi, li jirrappreżenta madwar 90 % tal-esportazzjonijiet totali, minn fost il-produtturi esportaturi li esprimew ix-xewqa li jikkooperaw.

(25)

Ladarba l-kwantitajiet ikkombinati ta’ esportazzjoni tat-tliet produtturi li ntgħażlu għall-kampjun kienu jgħoddu għal madwar 25 % tal-esportazzjonijiet kollha mit-Tajlandja lejn l-Unjoni matul il-PIR, kellha tintuża informazzjoni minn sorsi oħra, bħal pereżempju t-talba għar-reviżjoni u l-istatistiki tal-kummerċ disponibbli fuq l-esportazzjonijiet (mid-dwana Tajlandiża) u fuq l-importazzjonijiet (mill-Eurostat), sabiex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping

(26)

Il-bejgħ lil negozjanti fit-Tajlandja, fejn l-oġġetti kienu destinati għal destinazzjonijiet mhux magħrufa ta’ esportazzjoni, ma ġiex inkluż fil-kalkolu tal-marġni tad-dumping.

(27)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, instab li ċerti produtturi esportaturi jissorsjaw partijiet mill-bejgħ tagħhom tal-prodott ikkonċernat minn fornituri esterni. Għall-iskop tal-investigazzjoni, il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat li ma jkunx ġie manifatturat mill-produtturi esportaturi nfushom ma tqisux fid-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping rispettiv tagħhom.

2.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

2.1.   Id-determinazzjoni tal-Valur Normali

(28)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, għal kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi, jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili matul il-PIR kienx rappreżentattiv meta mqabbel mat-total tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, jiġifieri jekk il-volumi tal-bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-konsum domestiku rrappreżentax 5 % jew aktar tal-esportazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(29)

Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv għal wieħed mit-tliet kumpaniji fil-kampjun.

(30)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa minn din il-kumpanija u maħsuba għall-konsum domestiku kinux identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għal kull wieħed minn dawn it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ intenzjonat għall-konsum domestiku kien rappreżentattiv biżżejjed meta kienu jirrapreżentaw 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn l-Unjoni.

(31)

Instab li, għal din il-kumpanija, tip wieħed biss tal-prodott simili kien direttament komparabbli mat-tip esportat lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, dan it-tip partikolari kien mibjugħ ukoll f’biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku.

(32)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk it-tip ta’ prodott għall-kumpanija msemmija fil-premessa 31 kienx jinbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi qligħ lill-klijenti indipendenti għat-tip ta’ prodott ikkonċernat.

(33)

Instab li aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ maħsub għall-konsum domestiku kien qed jagħmel qligħ u, f’konformità mal-Artikolu 2(4), it-tranżazzjonijiet kollha għal dan it-tip partikolari kienu użati għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(34)

Għat-tip tal-prodott ikkonċernat fejn il-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv u kien sar fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja ppeżata tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip matul il-PIR.

(35)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li jifdal li l-bejgħ tagħhom fis-suq domestiku ma ġiex ikkunsidrat li hu rappreżentattiv (wieħed minnhom ma biegħx il-prodott simili għall-konsum domestiku għalkollox) u għat-tielet produttur esportatur li l-bejgħ globali tiegħu tqies bħala rappreżentattiv iżda fejn in-numru ta’ tipi tal-prodott simili, il-kwantitajiet mibjugħa fis-suq domestiku ma ġewx ikkunsidrati bħala rappreżentattivi, il-valur normali kellu jinħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(36)

Il-valur normali nħadem billi ġiet miżjuda l-ispiża tal-manifattura għal kull tip ta’ prodott esportat lejn l-Unjoni u ammont raġonevoli għall-ispejjeż ta’ bejgħ, spejjeż ġenerali u spejjeż amministrattivi (spejjeż BĠ & A) u għall-profitt.

(37)

Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, għaż-żewġ produtturi esportaturi li kellhom bejgħ intenzjonat għall-konsum domestiku – fi kwantitajiet inqas jew aktar minn 5 % tal-kwantitajiet tal-bejgħ rispettiv tagħhom lill-Unjoni – l-ispejjeż BĠ & A u l-marġni ta’ profitt ittieħdu mill-bejgħ tal-kumpanija rispettiva skont l-andament ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku.

(38)

Għat-tielet produttur esportatur li ma biegħx il-prodott simili għall-konsum domestiku, skont l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż BĠ & A u l-qligħ użati għal dan it-tielet produttur esportatur ikkostitwixxew il-medja ppeżata tal-ispejjeż BĠ & A u l-qligħ fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi oħra msemmija fil-premessa 37.

(39)

Żewġ partijiet interessati kkontestaw il-metodoloġija użata, kif imsemmija fil-premessa 37, jiġifieri l-użu tal-profitt sabiex jiġi stabbilit valur normali meta dan il-profitt ikun ibbażat fuq tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku f’volumi taħt il-5 % ta’ kwantitajiet tal-bejgħ lill-Unjoni. Din tqis li, meta t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku ma jkunux meqjusa bħala fi kwantitajiet suffiċjenti biex ikunu rappreżentattivi, konsegwentement il-profitt minn dawk it-tranżazzjonijiet m’għandux jintuża.

(40)

Madankollu, l-istess metodoloġija ntużat fl-investigazzjoni oriġinali, u fin-nuqqas ta’ ċirkustanzi mibdula, il-Kummissjoni tqis li din il-metodoloġija tkun għadha valida għall-iskop ta’ dawn il-proċedimenti.

2.2.   Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni

(41)

Il-bejgħ kollu tal-produtturi esportaturi fil-kampjun sar direttament lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni. Il-prezz tal-bejgħ kien għaldaqstant stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew li huma pagabbli minn dawn il-klijenti indipendenti fl-Unjoni.

2.3.   Tqabbil u aġġustamenti

(42)

It-tqabbil bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi tal-prezz mill-fabbrika Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust tqiesu d-differenzi li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(43)

Konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-immaniġġjar u t-tagħbija, kummissjonijiet u ħlasijiet tal-bank ġew mogħtija meta applikabbli u ġustifikati.

(44)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku u skont il-metodoloġija applikata fl-investigazzjoni oriġinali, saru konċessjonijiet għad-differenzi fil-livell tal-kummerċ għal dawk il-produtturi esportaturi li l-bejgħ tagħhom fis-suq domestiku jġorr il-marka tiegħu stess, iżda li l-bejgħ tiegħu lejn l-Unjoni jsir taħt il-marka ta’ bejjiegħ bl-imnut. Il-livell ta’ aġġustament – ikkalkulat fil-forma ta’ tnaqqis tal-marġni tal-profitt użat matul il-bini tal-valur normali kif imsemmi fil-premessa 33 - ġie stmat fuq il-bażi tar-relazzjoni tal-marġni tal-profitt miksuba mill-industrija tal-Unjoni fuq il-prodotti bil-marka tagħhom stess u fuq il-prodotti kollha. Għalhekk, il-marġini tal-profitt tnaqqas b’bejn 20 % u 50 %.

(45)

Żewġ partijiet interessati qiesu li s-suq domestiku fit-Tajlandja u s-suq tal-Unjoni ma jistgħux jitqabblu, billi d-daqs tas-swieq ivarjaw u l-fatt li l-produtturi Tajlandiżi jbiegħu skont il-marka kummerċjali tagħhom fis-suq domestiku.

(46)

Jiġi l-ewwel mfakkar li fil-premessa 22, ġie stabbilit li l-qamħirrum mibjugħ fis-suq domestiku Tajlandiż u l-qamħirrum mibjugħ għall-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(47)

It-tieni, minħabba d-differenzi fil-livell tal-kummerċ, sar aġġustament għal marġini ta’ profitt – aġġustament ‘l isfel b’bejn 20 % u 50 % punti perċentwali tal-marġni ta’ profitt iġġenerat minn bejgħ domestiku, bil-marka proprja. Dan isegwi wkoll il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali.

2.4.   Dumping matul il-PIR

(48)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġnijiet ta’ dumping espressi bħala perċentwali tal-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, instabu li kienu bejn 8 % u 44 %.

3.   L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

3.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi

(49)

Il-produzzjoni ta’ qamħirrum tiddependi fuq l-aċċess ta’ qamħ li jiġi kkunsinnat lill-fabbrika tal-priserv direttament wara l-ħsad. Qamħ maħsud frisk għandu jitpoġġa f’laned fi żmien 24 siegħa wara l-ħsad u għalhekk il-kapaċità li tipproduċi l-prodott ikkonċernat hija direttament marbuta mad-disponibbiltà ta’ qamħ li jkun għadu kemm ġie maħsud.

(50)

Fit-Tajlandja, l-istaġun tal-ħsad idum madwar 9-10 xhur fis-sena, u jinkludi 2 ħsad fis-sena. Fl-evalwazzjoni tal-kapaċità teknika disponibbli għall-manifattura jridu jiġu inklużi fl-analiżi restrizzjonijiet tal-materja prima marbuta mal-istaġun.

(51)

It-tliet produtturi esportaturi li kienu inklużi fil-kampjun kellhom kapaċità teknika kombinata ta’ bejn 130 000 u 150 000 tunnellata. Ir-rata ta’ utilizzazzjoni attwali tal-kapaċità teknika disponibbli varjat bejn 50 % – 80 %.

(52)

Bosta partijiet interessati argumentaw li, filwaqt li jirrikonoxxu l-metodoloġija użata fit-trażżin tal-kapaċità teknika bl-aċċessibilità tal-materja prima, il-kapaċità żejda disponibbli kienet esaġerata.

(53)

Kif diġà ġie enfasizzat fil-premessa 50, il-kapaċità teknika ma tistax tiġi użata bis-sħiħ minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà staġjonali ta’ qamħirrum maħsud frisk. Minkejja dan, l-investigazzjoni wriet li xi produtturi fil-kampjun kisbu figuri ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ 80 % jew aktar, filwaqt li għal xi produtturi fil-kampjun oħrajn l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ħafna inqas. Billi l-produtturi kollha għandhom aċċess paragunabbli għall-materja prima, din l-utilizzazzjoni tal-kapaċità aktar baxxa ma tistax tiġi spjegata biss bin-nuqqas ta’ disponibbiltà staġjonali ta’ qamħirrum maħsud frisk.

(54)

Skont l-informazzjoni pprovduta mit-Thai Food Processors Association, il-kwantità totali tal-esportazzjonijiet mit-Tajlandja lejn il-bqija tad-dinja żdiedet b’mod sostnut b’madwar 20 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet volum ta’ 150 000 – 200 000 tunnellata matul il-PIR. Dan juri li l-kwantitajiet disponibbli ta’ qamħirrum jistgħu jiżdiedu u fil-fatt jiżdiedu effettivament u b’mod stabbli meta l-produtturi esportaturi jkunu jeħtieġu kwantitajiet addizzjonali. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-produzzjoni totali ta’ qamħirrum isfar varjat minn 4,1 miljun – 4,5 miljun tunnellata mit-Tajlandja matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-produzzjoni ma tistax tiġi trasferita minn qamħirrum għal qamħirrum isfar fuq bażi 1:1, id-daqs enormi tad-differenza fil-volumi tal-produzzjoni jagħmilha ċara li anke bidla żgħira fil-kwantitajiet tal-produzzjoni minn qamħirrum isfar għal qamħirrum jista’ jkollha impatt sostanzjali fuq it-total tal-produzzjoni ta’ qamħirrum fit-Tajlandja.

(55)

Fuq din il-bażi, ġie stabbilit li t-tliet produtturi fil-kampjun jistgħu jipproduċu kwantità addizzjonali ta’ madwar 40 000 - 60 000 tunnellata fis-sena (“kapaċità żejda effettiva”), li hija bejn darbtejn jew tliet darbiet aktar mill-esportazzjonijiet totali mit-Tajlandja tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(56)

Il-kapaċità żejda effettiva tal-produtturi inklużi fil-kampjun biss tista’ għalhekk tiġi kkunsidrata bħala sinifikanti. Barra minn hekk, hemm 15-il produttur magħruf ieħor tal-prodott ikkonċernat fit-Tajlandja, li bl-istess mod ikollhom aċċess għal produzzjoni kbira ta’ qamħirrum fit-Tajlandja.

(57)

Minn informazzjoni miġbura minn sorsi oħra, jiġifieri

informazzjoni miġbura mill-preżentazzjonijiet fuq l-Internet tal-produtturi esportaturi,

l-informazzjoni miġbura b’rabta mal-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, u

informazzjoni miġbura taħt il-bażi ta’ dejta stabbilita skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku,

jista’ jiġi konkluż li tal-inqas żewġ produtturi esportaturi, li wieħed minnhom ikkoopera fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni iżda li ma ntgħażilx għall-kampjun (u b’hekk ma pprovdiex informazzjoni dettaljata f’dan ir-rigward), għandhom kapaċità kombinata ta’ bejn 50 000 u 100 000 tunnellata.

(58)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-livell ta’ konsum fis-suq domestiku Tajlandiż jew fis-swieq ta’ pajjiżi terzi jiżdied u b’hekk jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni jekk tiġi użata l-kapaċità żejda tal-produtturi Tajlandiżi. B’mod partikolari, is-suq domestiku Tajlandiż hu żgħir ħafna, u bħala medja kienu jammontaw biss għal 1 % -2 % tal-bejgħ totali tal-produtturi Tajlandiżi kollha fil-kampjun. Dan jikkonferma li kwalunkwe produzzjoni addizzjonali ta’ qamħirrum se tiġi esportata barra mit-Tajlandja.

3.2.   L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

(59)

Meta l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet imposti għall-prodott simili fuq is-suq domestiku, tfaċċaw żewġ fatti: fis-suq domestiku l-prezzijiet huma relattivament għolja (minħabba bejgħ bil-marka tiegħu) u l-volumi huma relattivament żgħar meta mqabbla mal-bejgħ għall-esportazzjoni. Fuq din il-bażi, jidher li m’hemm l-ebda riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ minn bejgħ fis-suq domestiku għal bejgħ lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati.

(60)

Meta l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni tqabblu mal-prezzijiet imposti għall-prodott simili fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, ħareġ li għat-3 produtturi esportaturi fil-kampjun il-prezzijiet lejn l-Unjoni huma – fuq medja – 14 % ogħla.

(61)

Statistika dwar il-Kummerċ mid-Dwana Tajlandiża wkoll tikkonferma din is-sejba. Wara l-konverżjoni tal-piż loġistiku (landa + qamħ + likwidu) rrapportat f’piż nett f’landa (qamħ + likwidu) skont il-metodoloġija fl-applikazzjoni għar-reviżjoni, il-prezzijiet għal kull kilo imposti fuq l-Unjoni huma – fuq medja – 5 % ogħla mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(62)

Filwaqt li bosta partijiet esprimew dubji li differenza fil-prezz ta’ 5 % jew 14 % tista’ tkun sinifikanti biżżejjed biex tirriżulta f’devjazzjoni tal-kummerċ lejn l-Unjoni, l-investigazzjoni wriet li dan huwa tassew probabbli fis-suq tal-qamħirrum. F’dawn il-proċedimenti, kumpanija waħda Tajlandiża (Karn Corn) preċedentement kisbet rata ta’ dazju li hija 8 % -10 % inqas minn dik ta’ ħafna mill-esportaturi Tajlandiżi l-oħrajn. Dan il-vantaġġ ta’ 8 % -10 % kien, madankollu, biżżejjed biex is-sehem tagħhom fl-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn l-Unjoni jiżdied b’seba’ darbiet bejn il-PI tal-investigazzjoni oriġinali u l-PIR tal-investigazzjoni attwali.

(63)

Barra minn hekk, minkejja d-dazju anti-dumping ta’ 3,1 % fis-seħħ, il-kwantitajiet tal-esportazzjoni ta’ Karn Corn lejn l-Unjoni aktar milli rduppjaw minn mindu ġew imposti d-dazji anti-dumping. Dan juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni meta mqabbel ma’ swieq oħra anki fil-każ ta’ differenzjali żgħir fil-prezz.

(64)

Bħala konklużjoni, filwaqt li r-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ mis-suq domestiku lejn is-suq tal-Unjoni huwa pjuttost limitat minħabba l-eżistenza ta’ bejgħ bil-marka tiegħu stess fuq l-ewwel suq, hemm riskju sinifikanti ta’ devjazzjoni tal-kummerċ minn bejgħ lil pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni minħabba l-prezzijiet ogħla prevalenti f’dan tal-aħħar.

(65)

Bosta partijiet interessati argumentaw li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma komparattivament inqas attraenti meta mqabbla mal-prezzijiet f’pajjiżi oħra bħall-Ġappun. Għalhekk, ir-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ jekk il-miżuri jitneħħew se jkun esaġerat.

(66)

Huwa mfakkar li l-bejgħ lejn pajjiżi terzi huwa trattat bħala grupp u l-konklużjoni fil-premessa 63 hija bbażata fuq il-prezzijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha bħala medja. Huwa rikonoxxut bis-sħiħ li, fost dan il-grupp ta’ pajjiżi terzi, hemm pajjiżi fejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni huma ogħla, u hemm pajjiżi terzi oħra li jġorru prezzijiet ta’ esportazzjoni aktar baxxi. Ovvjament, aktar ma jkun baxx il-prezz tal-esportazzjoni, ogħla jkun r-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ jekk il-miżuri jiskadu.

(67)

Barra minn hekk, parti interessata waħda argumentat li r-rabtiet kuntrattwali ma’ importaturi f’pajjiżi terzi mhux se jagħmluha faċli li jaqilbu bejn konsumaturi f’pajjiżi differenti.

(68)

Filwaqt li rabtiet kuntrattwali bejn il-produtturi esportaturi fit-Tajlandja u l-importaturi f’diversi pajjiżi terzi jistgħu jeżistu u jkunu sostnuti fuq perjodu qasir ta’ żmien, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li dawn l-obbligi kuntrattwali ma setgħux jiġu eliminati gradwalment sabiex jippermettu l-bejgħ lejn swieq bi prezzijiet ogħla bħas-suq tal-Unjoni.

(69)

Fl-aħħar nett, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-esportazzjonijiet lejn xi pajjiżi terzi bħal pereżempju l-Korea t’Isfel ma jistgħux jitqabblu, minħabba li t-taħlita tal-prodott (eż. id-daqs ta’ bott) u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ (eż. it-termini tat-trasport bil-baħar) jistgħu jkunu differenti.

(70)

Huwa mfakkar li l-eżitu tal-paraguni fil-premessi 58, 59 u 60 huma indikaturi tad-differenzi fil-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi kollha. L-impatt ta’ kwalunkwe kwistjoni rigward l-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn għadd żgħir ta’ swieq fuq il-paragun ġenerali huwa għalhekk limitat fih innifisu. Barra minn hekk, peress li d-dejta tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi hija rreġistrata fuq bażi FOB, l-impatt ta’ kwalunkwe differenza fit-termini tat-trasport bil-baħar jew l-ispiża tat-trasport bil-baħar hija limitata għall-ispiża tal-merkanzija domestika fit-Tajlandja u għaldaqstant tista’ tkun biss insinifikanti.

(71)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li tissuġġerixxi li l-prezz medju għall-pajjiżi terzi kollha ma jistax jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-konklużjonijiet imsemmija fil-premessa 63 hija valida.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping

(72)

Jidher probabbli li jekk il-miżura titħassar il-livell ta’ prezz relattivament ogħla fis-suq tal-Unjoni se jattira volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat li attwalment qed jinbiegħu bi prezzijiet aktar baxxi lil pajjiżi terzi.

(73)

Il-produtturi esportaturi fit-Tajlandja tad-dumping komplew bid-dumping tagħhom ipprattikat matul il-PIR.

(74)

Barra minn hekk, il-kapaċità żejda disponibbli fit-Tajlandja u l-fatt li l-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni huma konsiderevolment ogħla milli fi swieq ta’ pajjiżi terzi twassal għall-konklużjoni li hemm riskju ta’ żieda fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jekk il-miżuri jiġu revokati.

(75)

Bħala konklużjoni, hemm probabbiltà qawwija ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(76)

Matul il-PIR, il-prodott simili kien manifatturat minn 20 produttur fl-Unjoni. Għaldaqstant it-total prodott minn dawk il-produtturi (stabbilit abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni mid-dejta inkluża fit-talba għal reviżjoni) jitqies għalhekk li jikkostitwixxi l-produzzjoi tal-Unjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(77)

Kif spjegat fil-premessa 13, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni, intgħażel kampjun. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

l-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluż fir-reviżjoni.

l-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, l-abbiltà li żżid il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tal-informazzjoni tagħhom.

E.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fl-Unjoni

(78)

Il-konsum fl-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni nfisha tal-industrija tal-Unjoni ddestinata għas-suq tal-Unjoni, id-dejta tal-volumi ta’ importazzjoni dwar is-suq tal-Unjoni miksuba mill-bażi ta’ dejta 14.6 u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, mill-informazzjoni disponibbli mit-talba.

(79)

Tul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni żdied b’9 %. Filwaqt li mill-2008 sal-2009 naqas b’5 %, fl-2010 u fl-2011 żdied rispettivament b’6 u 9 punti perċentwali (jiġifieri meta mqabbla mas-sena ta’ qabel). Imbagħad stabbilizzat ruħha xi ftit jew wisq matul il-PIR f’livell ta’ madwar 350 000 tunnellata.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Konsum totali fl-Unjoni (f’tunnellati)

318 413

301 594

320 027

351 279

347 533

Indiċi (2008 = 100)

100

95

101

110

109

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Volum

(80)

Il-volum ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni naqas bi 43 %, minn madwar 38 000 tunnellata fl-2008 għal madwar 22 000 tunnellata fil-PIR. Naqas bi 15 % fl-2009, b’aktar minn 20 punt perċentwali fl-2010 u 11-il punt perċentwali ieħor fl-2011, qabel ma reġa’ żdied kemxejn bi 3 punti perċentwali fil-PIR.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mit-Tajlandja

38 443

32 616

24 941

20 710

21 856

Indiċi (2008 = 100)

100

85

65

54

57

Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja (%)

12

11

8

6

6

Prezz tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja (EUR/tunnellata)

835

887

806

775

807

Indiċi (2008 = 100)

100

106

96

93

97

Sors:

Bażi ta’ dejta 14.6

(b)   Sehem mis-suq tal-Unjoni

(81)

Is-sehem mis-suq korrispondenti tal-esportaturi Tajlandiżi fis-suq tal-Unjoni fil-pajjiż ikkonċernat naqas gradwalment b’madwar 50 % jew 6 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus, minn 12 % fl-2008 għal 6 % fil-PIR. Fid-dettall, is-sehem tas-suq Tajlandiż naqas minn 12 % fl-2008 għal 11 % fl-2009 għal 8 % fl-2010 u għal 6 % fl-2011/PIR.

(c)   Prezzijiet

(i)   Evoluzzjoni tal-prezz

(82)

Bejn l-2008 u l-PIR, il-prezz medju tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat niżel bi 3 %, minn 835 EUR/tunnellata fl-2008 għal 807 EUR/tunnellata fil-PIR. Speċifikatament, il-prezzijiet żdiedu b’6 % fl-2008, qabel ma naqsu b’10 punti perċentwali fl-2010 u bi 3 punti perċentwali oћra fl-2011. Mill-2011 sal-PIR, dawk il-prezzijiet reġgħu żdiedu b’4 punti perċentwali.

(ii)   Twaqqigħ tal-prezz

(83)

Sar tqabbil tal-prezz għal tipi simili tal-prodott bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan, il-prezzijiet mill-fabbrika tal-industrija tal-Unjoni netti mir-ribassi u t-taxxi kollha tqabblu mal-Prezzijiet Konfinali tal-Komunità CIF ta’ produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat, aġġustati kif suppost għad-dazji konvenzjonali, l-ispejjez ta’ ħatt u l-ispejjeż għall-ħruġ mid-dwana. It-tqabbil wera li matul il-PIR il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat mibjugħ fl-Unjoni kien globalment ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Ukoll, abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni (bażi ta’ dejta 14.6), ma kien hemm l-ebda marġini tat-twaqqigħ ta’ prezzijiet għal kwalunkwe importazzjoni Tajlandiża fl-Unjoni (għaż-żewġ esportaturi li kkooperaw kif ukoll dawk li ma kkooperawx, irrispettivament mit-taħlita ta’ prodotti).

3.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(84)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(85)

Dan is-suq huwa inter alia kkaratterizzat minn żewġ rotot ta’ bejgħ, jiġifieri bejgħ bil-marka tal-produttur innifsu u bejgħ bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Il-bejgħ fl-ewwel rotta, għall-kuntrarju tat-tieni rotta, is-soltu jiġġenera spejjeż ogħla ta’ bejgħ diretti partikolarment lejn kummerċjalizzazzjoni u riklamar, u jeżiġi prezzijiet ogħla tal-bejgħ.

(86)

L-investigazzjoni uriet abbażi tal-evidenza li l-importazzjonijiet kollha mill-esportaturi Tajlandiżi li kkooperaw kienu rilevanti għat-tieni rotta, jiġifieri r-rotta tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Għalhekk, tqies bħala xieraq li ssir distinzjoni, fl-analiżi tal-ħsara, bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li jaqa’ taħt il-marka tagħha nnfisha u dak li jaqa’ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fejn rilevanti, minħabba li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jikkompetu l-ewwel u qabel kollox mal-prodotti simili tal-Unjoni mibjugħ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Din id-distinzjoni saret b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabilità. Minkejja dan, f’ġieħ il-kompletezza, it-totali (inklużi kemm bil-marka tal-industrija Komunitarja nnifisha kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) qegħdin jintwerew u jiġu kkumentati fit-tabelli t’hawn taħt. Matul il-PIR, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut kien jirrappreżenta madwar 70 % tal-volum totali ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u madwar 60 % tal-valur tal-bejgħ tagħhom.

(87)

Ladarba fl-Unjoni l-qamħirrum jiġi pproċessat biss matul ix-xhur tas-sajf, għadd ta’ indikaturi ta’ ħsara huma prattikament identiċi għall-2011 u l-PIR (mill-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Marzu 2012). Dan japplika b’mod partikolari għall-produzzjoni u għall-kapaċità tal-produzzjoni.

3.1.   Elementi makroekonomiċi

(a)   Produzzjoni

(88)

Minn livell ta’ madwar 372 000 tunellata fl-2008, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 8 % matul il-perjodu meqjus. B’mod speċifiku, naqset b’25 % fl-2009, u bi 13-il punt perċentwali fl-2010, qabel ma reġgħet żdiedet b’mod drastiku b’31 punt perċentwali fl-2011/PIR.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Produzzjoni (f’tunnellati)

371 764

279 265

231 790

344 015

343 873

Indiċi (2008 = 100)

100

75

62

93

92

(b)   Kapaċità u rati tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(89)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet madwar 488 000 tunnellata fl-2008, 2009 u 2010 u naqset b’9 % fl-2011/PIR. It-tnaqqis kien dovut għall-fatt li wieħed mill-prodotturi tal-Unjoni fil-kampjun għalaq wieħed mill-impjanti tiegħu.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Kapaċità ta’ produzzjoni (f’tunnellati)

488 453

488 453

488 453

444 055

444 055

Indiċi (2008 = 100)

100

100

100

91

91

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

76

57

47

77

77

Indiċi (2008 = 100)

100

75

62

102

102

Sors:

Investigazzjoni

(90)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 76 % fl-2008. Niżlet għal 57 % fl-2009 u mbagħad għal 47 % fl-2010, qabel ma rpiljat għal 77 % fl-2011/PIR. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet stabbli minħabba li t-tnaqqis fil-produzzjoni kien konformi mat-tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(c)   Volum tal-bejgħ

(91)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha maħsuba għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi li mhumiex relatati l-ewwel naqas b’6 % fl-2009, imbagħad naqas bi 17-il punt perċentwali fl-2010, u mbagħad b’24 punt perċentwali oħra fl-2011. Mill-2011 sal-PIR, dak il-bejgħ reġa’ naqas b’4 punti perċentwali. B’kollox, bejn l-2008 u l-PIR, dak il-bejgħ żdied b’madwar 31 %.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni (marka tal-bejjiegħ bl-imnut) lil konsumaturi mhux relatati (f’tunnellati)

161 544

151 058

179 562

218 876

212 425

Indiċi (2008 = 100)

100

94

111

135

131

Volum ta’ bejgħ fl-Unjoni (marka proprja u tal-bejjiegħ bl-imnut) lil konsumaturi mhux relatati (f’tunnellati)

262 902

248 995

280 586

318 237

312 623

Indiċi (2008 = 100)

100

95

107

121

119

Sors:

Investigazzjoni

(92)

Il-bejgħ totali (bil-marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) tal-industrija tal-Unjoni tal-produzzjoni tagħha fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati ħa bejn wieħed u ieħor l-istess xejra, għalkemm b’mod anqas distint. Il-bejgħ għall-ewwel naqas b’5 % fl-2009, qabel ma żdied bi 12-il punt perċentwali fl-2010 u b’14-il punt perċentwali oћra fl-2011. Mill-2011 sal-PIR dan il-bejgħ reġa’ naqas b’2 punti perċentwali. B’kollox, bejn l-2008 u l-PIR, dan il-bejgħ naqas b’madwar 19 %.

(d)   Sehem mis-suq

(93)

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 83 % fl-2008 u l-2009. Dan żdied għal 88 % fl-2010 u mbagħad għal 91 % fl-2011, qabel ma naqas għal 90 % fil-PIR. B’kollox, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat żdied b’7 punti perċentwali.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni (bil-marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (%)

83

83

88

91

90

Indiċi (2008 = 100)

100

100

106

110

109

Sors:

Investigazzjoni

(e)   Tkabbir

(94)

Bejn l-2008 u l-PIR, meta l-konsum fl-Unjoni żdied b’9 %, il-volum tal-bejgħ maħsub għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b’31 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni maħsub kemm għall-marka tal-industrija tal-Unjoni nfisha kif ukoll għal dik tal-bejjiegħ bl-imnut fis-suq tal-Unjoni żdied b’19 %. Bejn l-2008 u l-PIR, l-industrija tal-Unjoni kisbet madwar 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li importazzjonijiet li huma l-oġġett tad-dumping tilfu madwar 6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Qed jiġi għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tibbenefika minn suq li qed jikber.

(f)   Impjieg

(95)

Il-livell ta’ impjieg tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel naqas bi 17 % bejn l-2008 u l-2009, imbagħad niżel b’5 punti perċentwali fl-2010 u mbagħad żdied bi 11-il punt peċentwali fl-2011/PIR. B’kollox, l-impjieg tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11 % tul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn madwar 2 300 persuna għal madwar 2 000 persuna.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

L-impjiegi (persuni)

2 278

1 896

1 786

2 038

2 035

Indiċi (2008 = 100)

100

83

78

89

89

Sors:

Investigazzjoni

(g)   Produttività

(96)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produttività (tunnellati) għal kull persuna impjegata għal kull sena, li tibda minn livell ta’ 163 tunnellata għal kull impjegat, l-ewwel naqset b’10 % fl-2009 u mbagħad b’10 punti perċentwali oħra fl-2010 biex imbagħad irpiljat bi 23 punt perċentwali fl-2011 u b’1 punt perċentwali fil-PIR. B’kollox, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp jirrifletti l-fatt li l-waqgħa fin-numru ta’ ħaddiema kienet aktar pronunzjata minn dik fil-produzzjoni.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Produttività (tunnellata għal kull impjegat)

163

147

130

169

169

Indiċi (2008 = 100)

100

90

80

103

104

Sors:

Investigazzjoni

(h)   Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet ta’ bejgħ

(97)

Il-prezzijiet ta’ unità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut lil klijenti mhux relatati żdiedu b’7 % fl-2009 u naqsu bi 8 punti perċentwali fl-2010 u mbagħad b’5 punti perċentwali oħra fl-2011. Mill-2011 sal-PIR dawn il-prezzijiet żdiedu bi 3 punti perċentwali. B’kollox, dawn il-prezzijiet naqsu bi 3 % tul il-perjodu kkunsidrat minn livell ta’ EUR 1 073/tunnellata għal EUR 1 041/tunnellata fil-PIR.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Il-prezz ta’ unità fis-suq tal-Unjoni (marka tal-produttur) (EUR/tunnellata)

1 073

1 152

1 057

1 008

1 041

Indiċi (2008 = 100)

100

107

99

94

97

Il-prezz ta’ unità fis-suq tal-Unjoni (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (EUR/tunnellata)

1 248

1 305

1 219

1 182

1 215

Indiċi (2008 = 100)

100

105

98

95

97

Sors:

Investigazzjoni

(98)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni totali (kemm dawk bil-marka proprja kif ukoll b’dik tal-bejjiegħ bl-imnut) fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati ħadu bejn wieħed u ieħor l-istess xejra. Żdiedu b’5 % fl-2009 u naqsu b’7 punti perċentwali fl-2010 u bi 3 punti perċentwali oћra fl-2011. Mill-2011 sal-PIR dawn il-prezzijiet reġgħu żdiedu b’2 punti perċentwali. B’kollox, dawn il-prezzijiet naqsu bi 3 % tul il-perjodu kkunsidrat minn livell ta’ EUR 1 248/tunnellata għal EUR 1 215/tunnellata fil-PIR.

(i)   Il-kobor tal-marġni tad-dumping

(99)

L-investigazzjoni stabbilixxiet kontinwazzjoni tad-dumping u l-kobor tal-marġini attwali tad-dumping (jiġifieri sa 44 %) ma jistax jitqies li hu negliġibbli.

(j)   L-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(100)

Dawn il-makroindikaturi eżaminati hawn fuq u l-mikroindikaturi eżaminati hawn taħt juru li, minkejja li l-miżuri tal-antidumping kisbu parzjalment ir-riżultat mistenni minnhom jiġifieri li jneħħu l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni, l-industrija xorta waħda għadha f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli. Tabilħaqq il-prestazzjoni fis-segment tal-marka mill-bejjiegħ bl-imnut li huwa f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet Tajlandiżi, hija batuta f’termini ta’ profitabilità. Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni f’dan is-segment tas-suq naqsu bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu b’madwar 10 % matul l-istess perjodu. B’mod ċar, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tirkupra l-ispejjeż tagħha u dan irriżulta f’telf sinifikanti. Minħabba l-importanza tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut fl-industrija tal-Unjoni tan-negozju tal-qamħirrum (li jirrappreżentaw 70 % tal-volum totali ta’ bejgħ u 60 % tal-valur totali tal-bejgħ tagħha) din ħalliet effett fuq il-profitabbiltà globali. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit ebda rkupru attwali mid-dumping tal-imgħoddi u huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli għall-effett ta’ ħsara ta’ kwalunkwe importazzjonijiet iddampjati fis-suq tal-Unjoni.

3.2.   Elementi mikroekonomiċi

(a)   Stokks

(101)

Il-livell tal-istokks tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni kien qed jinżel kontinwament matul il-perjodu meqjus. Dan naqas bi 2 % fl-2009, b’27 punt perċentwali fl-2010, b’2 punti perċentwali oħra fl-2011,u reġa’ naqas b’24 punt perċentwali oħra matul il-PIR. Madankollu ta’ min jinnota li l-livell ta’ inventarji mhuwiex indikatur sinifikanti ta’ ħsara għal din l-industrija partikolari. Il-livell għoli ta’ inventorji fl-aħħar ta’ kull sena huwa marbut mal-fatt li l-ħsad u l-ipproċessar fil-laned tipikament jintemm f’Ottubru ta’ kull sena. Għalhekk l-istokks huma oġġetti li qegħdin jistennew id-dispaċċ matul il-perjodu minn Novembru sa Lulju.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Stokk tal-għeluq (f’tunnellati)

193 834

189 741

136 703

133 884

88 108

Indiċi (2008 = 100)

100

98

71

69

45

Sors:

Investigazzjoni

(b)   Pagi

(102)

Bejn l-2008 u l-PIR, l-ispejjeż tal-ħaddiema naqsu b’7 %. B’mod speċifiku, naqsu b’16 % fl-2009, b’1 punti perċentwali ieħor fl-2010 u b’10 punti perċentwali fl-2011/PIR. It-tnaqqis globali matul il-perjodu kkunsidrat huwa mmexxi minn tnaqqis fl-impjieg.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

L-ispiża tax-xogħol annwali (EUR)

34 343 788

28 850 250

28 370 188

31 952 596

31 923 505

Indiċi (2008 = 100)

100

84

83

93

93

Sors:

Investigazzjoni

(c)   Profittabilità u qligħ fuq l-investimenti

(103)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni maħsub għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut, espressa bħala persentaġġ tal-bejgħ nett, niżlet minn profitt ta’ 5,6 % fl-2008 għal telf ta’ 5,4 % fil-PIR.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Profitabilità tal-Unjoni (marka tal-bejjiegħ bl-imnut) (% ta’ bejgħ nett) (%)

5,6

9,6

–3,3

–8,2

–5,4

Indiċi (2008 = 100)

100

169

–59

– 145

–95

Profitabilità tal-Unjoni (marka proprja u tal-bejjiegħ bl-imnut) (% ta’ bejgħ nett)

8,5

10,8

0,7

–0,5

1,6

Indiċi (2008 = 100)

100

127

8

–6

19

DMI (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (qligħ f’% tal-valur kontabilistiku nett tal-investiment) (%)

24,3

40,4

2,9

–3,0

4,4

Indiċi (2008 = 100)

100

166

12

–13

18

Sors:

Investigazzjoni

(104)

Il-profittabilità tal-bejgħ tal-prodotti tal-industrija tal-Unjoni maħsuba kemm għal marka proprja kif ukoll għal marka tal-bejjiegħ bl-imnut niżlet ukoll minn 8,5 % fl-2008 għal 1,6 % fil-PIR. In-nuqqas huwa għalhekk inqas eċċessiv għal bejgħ taħt il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut waħdu. It-tnaqqis fil-profittabiltà huwa spjegat mill-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu meqjus naqas bi 3 % filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni (fil-biċċa l-kbira qamħirrum u laned mhux ipproċessati) żdiedu b’5 % matul l-istess perjodu. B’mod ċar, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi l-ispiża miżjuda tal-produzzjoni lill-klijenti tagħha.

(105)

Id-dħul mill-investimenti (“DMI”), espress bħala qligħ (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) bħala persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, segwa b’mod ġenerali x-xejra tal-profittabilità. Dan niżel minn livell ta’ madwar 24,3 % fl-2008 għal 4,4 % fil-PIR, u għalhekk naqas bi 82 % matul il-perjodu meqjus.

(d)   Il-fluss tal-flus u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(106)

Il-fluss tal-flus nett minn attivitajiet operattivi kien ta’ madwar EUR 27 000 fl-2009. Żdied għal madwar EUR 23 miljun fl-2008 u għal madwar EUR 58 miljun fl-2010 qabel ma reġa’ niżel għal madwar EUR 8 miljun fl-2011. Mill-2011 sal-PIR reġa’ żdied bi EUR 11-il miljun. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw ma indika li sab xi diffikultajiet biex ikattar il-kapital.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Il-fluss tal-flus (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) (EUR)

26 698

23 239 572

58 654 064

7 845 330

11 077 815

Indiċi (2008 = 100)

100

87 047

219 698

29 386

41 494

Sors:

Investigazzjoni

(e)   Investimenti

(107)

L-investimenti annwali tal-industrija tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-prodott simili żdiedu b’45 % mill-2008 sal-2009, naqsu b’34 punt perċentwali mill-2009 sal-2010, żdiedu b’57 punt perċentwali fl-2011 u finalment naqsu b’4 punti perċentwali mill-2011 sal-PIR. B’kollox, matul il-perjodu meqjus, l-investiment żdied b’64 %, li kien intiż għall-manutenzjoni u t-tiġdid tat-tagħmir eżistenti u mhux għal raġunijet ta’ żieda tal-kapaċità.

 

2008

2009

2010

2011

PIR

Investimenti netti (EUR)

6 590 078

9 545 749

7 329 354

11 093 136

10 802 751

Indiċi (2008 = 100)

100

145

111

168

164

Sors:

Investigazzjoni

4.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(108)

Numru ta’ indikaturi kellhom żvilupp negattiv bejn l-2008 u l-PIR. Il-qligħ fuq l-investiment naqas, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 8 %, il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’9 %, u l-impjiegi naqsu bi 11 %. Fir-rigward ta’ livelli iktar baxxi tal-produzzjoni ġie nnutat li r-rendiment tal-uċuħ tar-raba’ fl-2008 kien aħjar milli mistenni u wassal għal produzzjoni ogħla għall-industrija tal-Unjoni fl-istess sena. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja (li huma primarjament fatturati f’USD) saru aktar attraenti minħabba USD aktar dgħajjef. Din iż-żieda fil-forniment ta’ qamħirrum, kemm fl-Unjoni kif ukoll fit-Tajlandja, ħabtet mal-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-Unjoni li kellha impatt fuq il-konsum. B’riżultat ta’ dan, il-produzzjoni miżjuda tal-Unjoni ma setgħetx tinbigħ interament fis-suq tal-Unjoni. Dan wassal għal tnaqqis fil-livell ta’ produzzjoni u għat-tneħħija tal-istokks fis-snin ta’ wara iżda ma jistax jispjega kompletament il-ħsara mġarrba.

(109)

Il-profittabilità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta’ qamħirrum (marka proprja u dik tal-bejjiegħ bl-imnut) naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Is-segment tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut, fejn l-industrija tal-Unjoni trid tiffaċċja kompetizzjoni minn importazzjonijiet Tajlandiżi, evidentement qed jagħmel telf (il-profittabilità naqset minn profitt ta’ iktar minn 5 % fl-2008 għal telf ta’ iktar minn 5 % tul il-PIR). Il-produtturi tal-Unjoni naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni bi 3 % u rnexxielhom jerġgħu jiksbu sehem mis-suq b’dannu għall-qligħ tagħhom. L-industrija għandha bżonn il-bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut billi ma hemmx biżżejjed domanda għall-marka proprja u billi l-bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut jirrappreżenta madwar 60 % tal-valur totali tal-bejgħ, il-profitabbiltà ġenerali naqset minn 8,5 % għal 1,6 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(110)

Xi indikaturi jissuġġerixxu li bis-saħħa tal-miżuri fis-seħħ l-industrija reġgħet kisbet l-pożizzjoni tagħha. Il-volum ta’ importazzjonijiet Tajlandiżi u s-sehem mis-suq korrispondenti tagħhom naqsu kważi bin-nofs, minn 12 % fl-2008 għal 6 % biss fil-PIR. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied minn 83 % fl-2008 għal 90 % fil-PR: Barra minn hekk, matul il-PIR, il-prezzijiet medji ta’ importazzjonijiet Tajlandiżi ma waqqgħux dawk tal-industrija tal-Unjoni, iżda fl-istess ħin żammew lill-industrija tal-Unjoni milli tgħaddi ż-żidiet fl-ispejjeż lill-klijenti. Indikaturi oħra wkoll immarkaw żvilupp pożittiv. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienet pjuttost għolja, f’livell ta’ 77 %, matul il-PIR. Il-volum ta’ bejgħ ta’ prodotti bil-marka tal-bejjiegħ bl-imnut tal-industrija tal-Unjoni, li huma f’kompetizzjoni diretta ma’ importazzjonijiet Tajlandiżi, żdied b’31 % u l-bejgħ totali għaż-żewġ segmenti flimkien żdied b’19 %. L-investimenti żdiedu b’64 %. Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li l-industrija kienet kapaċi tirkupra. Madankollu, din ma kinitx kapaċi tilħaq livelli ta’ profittabilità sodisfaċenti biex iżżomm sehem sostanzjali mis-suq f’suq fejn jikkompetu biss l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet Tajlandiżi (importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma mxerrda u insinifikanti).

(111)

Is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-Unjoni hija tabilħaqq delikata. Fuq naħa waħda, għal parti waħda mis-suq – is-segment tas-suq tal-marka proprja – l-industrija tal-Unjoni ma tiffaċċjax kompetizzjoni minn barra. Is-setgħa tan-negozjar tas-sidien tal-marki meta mqabbla ma’ tal-bejjiegħa bl-imnut hija qawwija. Fil-fatt, dawn jistabbilixxu l-prezzijiet. Is-suq huwa wkoll konsolidat bl-erba’ produtturi fil-kampjun li għandhom 54 % sehem mis-suq. Min-naħa l-oħra, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom vantaġġ fis-segment tal-marki privati. Minħabba kompetizzjoni minn barra u kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni, il-prezzijiet huma taħt pressjoni kostanti. Bħala riżultat, huwa aktar diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni li jgħaddu ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni (primarjament qamħirrum jew laned) lill-klijenti tagħhom (l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi kważi 5 % matul il-perjodu meqjus) minħabba l-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-importazzjonijiet Tajlandiżi.

(112)

Huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid is-sehem tagħha fis-suq billi tiffavorixxi l-volumi minflok il-prezzijiet. Madankollu, ma jistax jiġi injorat il-fatt li għall-maġġoranza tan-negozju tal-qamħirrum tagħha (il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut) hija ma rnexxilhiex tirkupra l-ispejjeż tagħha. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli u fraġli.

(113)

Bosta partijiet ikkummentaw li l-industrija tal-Unjoni rkuprat minħabba li għadd ta’ indikaturi tjiebu u b’mod partikolari minħabba s-sehem għoli tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u t-twaqqigħ tal-prezz negattiv.

(114)

Huwa rikonoxxut li l-istampa tal-ħsara tal-industrija tal-Unjoni hija mħallta. Il-miżuri anti-dumping laħqu parzjalment l-għan tagħhom billi neħħew ftit mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja. Madankollu, kollox ma’ kollox, b’mod partikolari meta titqies il-profitabbiltà baxxa u li dejjem qed tonqos, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha fraġli.

(115)

It-twaqqigħ negattivament tal-prezz u sehem qawwi mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma jippuntax awtomatikament lejn nuqqas ta’ ħsara. Is-sitwazzjoni ta’ kontiwazzjoni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mit-Tajlandja (b’marġnijiet ta’ dumping li jaslu sa 44 %) ikkaġunat trażżin fil-prezz fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni, f’attentat biex terġa’ tikseb is-sehem mis-suq mitluf, żammet il-prezzijiet baxxi li rriżulta f’deterjorament tal-profittabilità.

(116)

Parti interessata waħda sostniet li l-evalwazzjoni tal-ħsara għandha tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni u mhux fuq il-prestazzjoni ta’ segment wieħed tas-suq.

(117)

F’konformità mal-investigazzjoni oriġinali, l-evalwazzjoni tad-dannu kienet ibbażata fuq ir-rendiment ġenerali tal-industrija tal-Unjoni (marka tal-produttur + marka tal-bejjiegħ bl-imnut) kif ukoll, għal għadd ta’ indikaturi ta’ ħsara (profittabilità, il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ) dwar il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. M’hemm l-ebda ċirkustanzi li nbidlu li li kieku jiġġustifikaw devjazzjoni minn din il-metodoloġija, li tibqa’ valida fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessi 84 u 85, is-suq tal-qamħirrum xorta għadu kkaratterizzat minn żewġ mezzi ta’ bejgħ u l-importazzjonijiet kollha mill-esportaturi Tajlandiżi li jikkooperaw kellhom x’jaqsmu mal-mezz tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut. Barra minn hekk, anke jekk kella tittieħed inkunsiderazzjoni l-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni biss, fid-dawl tal-profittabbiltà baxxa u li dejjem qed tonqos, din mhijiex se tbiddel il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni tinsab f’qagħda fraġli. Abbażi tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, it-talba t’hawn fuq tiġi miċħuda.

(118)

Żewġ partijiet interessati sostnew li l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tista’ anke tirriżulta minn kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni.

(119)

Madankollu, is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-kompetizzjoni mhix fundamentalment differenti mis-sitwazzjoni fil-perjodu meqjus fl-investigazzjoni oriġinali (żewġ kanali tal-bejgħ, madwar 20 produttur tal-Unjoni). Madankollu, fl-2002, qabel ma l-esportazzjonijiet Tajlandiżi bdew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni laħqet livell ta’ profitt ta’ aktar minn 20 % b’mod ġenerali (marka proprja + marka tal-bejjiegħ bl-imnut) u 17 % fuq il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. Dan juri li l-kompetizzjoni fl-Unjoni mhix iżżomm lill-industrija tal-Unjoni milli tikseb marġini tajjeb ta’ profitt. Hija pjuttost il-preżenza kontinwa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u t-trażżin tal-prezz li jirriżulta li qed iżomm lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha.

F.   PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(120)

Fuq il-bażi tax-xejriet ta’ hawn fuq jidher li l-miżuri tal-antidumping kisbu b’mod parzjali r-riżultat mistenni minnhom jiġifieri li jneħħu l-ħsara mġarrba mill-produtturi tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, kif muri mill-iżvilupp negattiv ta’ numru ta’ indikaturi ta’ ħsara, l-industrija xorta għadha f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli.

(121)

Kif imsemmi hawn fuq, l-esportaturi Tajlandiżi m’għandhomx il-kapaċità żejda biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b’pass mgħaġġel ħafna. Barra minn hekk, l-istatistika tal-kummerċ Tajlandiż tikkonferma li t-Tajlandja esportat madwar 140 000 tunnellata lil pajjiżi terzi fl-2011, li huwa madwar 7 darbiet il-volum tal-esportazzjonijiet Tajlandiżi lejn l-Unjoni. Billi l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jġibu aktar qligħ meta mqabbla ma’ xi swieq ta’ pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawn il-pajjiżi se jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri kontra d-dumping jitħallew jiskadu. Dan it-tip ta’ żvilupp għal għarrieda kien diġà ġie osservat fl-investigazzjoni oriġinali, meta s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tal-Unjoni mit-Tajlandja kważi rdoppja f’biss tliet snin, jiġifieri minn 6,8 % fl-2002 għal 12,7 % fl-2005.

(122)

Għalhekk, fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara f’każ li l-miżuri jiġu revokati.

(123)

Bosta partijiet interessati diġà esprimew dubji dwar il-konklużjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara. Qed jintqal b’mod partikolari li differenza fil-prezzijiet ta’ 5 % bejn l-Unjoni u s-swieq ta’ pajjiżi terzi hija żgħira wisq biex l-esportazzjonijiet tal-qamħirrum jiddawru mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Dan l-argument huwa diġà indirizzat fil-premessa 61. Barra minn hekk, qed jintqal li l-qamħirrum mhuwiex komodità li tista’ tinqaleb faċilment bejn is-swieq. Dan l-argument, madankollu, ma ġiex sostanzjat u ma jikkorrispondix għas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni

(124)

Għalkemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara hija valutazzjoni prospettiva, din hija bbażata fuq il-fatti msemmija fil-premessa 121. Għalhekk, it-talba ġiet irrifjutata.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(125)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(126)

Kif imsemmi hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni għadha kemxejn fraġli u vulnerabbli. Hija li kieku tuża l-kontinwazzjoni tal-miżuri li żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha (b’mod partikolari għall-marka tal-bejjiegħ bl-imnut) sabiex tirkupra ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Dan jippermetti lill-industrija ttejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha.

2.   L-interess tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-konsumaturi

(127)

Intalbet il-kooperazzjoni ta’ aktar minn 40 importatur/bejjiegħ bl-imnut u żewġ organizzazzjonijiet kummerċjali/konsumaturi. Bejjiegħ bl-imnut wieħed biss offra l-kooperazzjoni tiegħu. L-importazzjonijiet tiegħu kienu jirrappreżentaw frazzjoni żgħira tal-importazzjonijiet totali mit-Tajlandja matul il-PIR. Is-sehem tal-fatturat tiegħu marbut mal-qamħirrum kien negliġibbli meta mqabbel mal-fatturat totali tiegħu. Barra minn hekk, il-bejgħ mill-ġdid tal-qamħirrum iġġenera profitt għoli ħafna matul il-PIR. Dawn il-fatturi jissuġġerixxu li l-bejjiegħa bl-imnut mhux se jkunu affettwati sproporzjonatament, anke jekk il-miżuri jiġu estiżi.

(128)

Fl-istess ħin, għadd ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali għamlu sottomissjonijiet u attendew seduta ta’ smigħ. Huma jsostnu li l-miżuri antidumping għandhom jitwaqqfu minħabba li s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Tajlandiżi huwa baxx u qed jonqos filwaqt li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa għoli u qed jiżdied.

(129)

Sa fejn il-konsumaturi huma kkonċernati, il-medja tal-infiq f’qamħirrum għal kull unità domestika hija limitata ħafna, sa EUR 5 fis-sena. Filwaqt li jitqies il-livell moderat tal-miżuri attwali, l-effetti tal-impożizzjoni kontinwata ta’ miżuri x’aktarx li jkunu negliġibbli għall-konsumaturi.

(130)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u meta wieħed iqis il-grad baxx ta’ kooperazzjoni b’mod ġenerali, huwa għalhekk meqjus li l-qagħda tal-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi fl-Unjoni x’aktarx li mhijiex se tkun affettwata mill-miżuri proposti.

3.   Riskju ta’ nuqqas ta’ provvista/kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni

(131)

L-ewwel għandu jitfakkar li l-għan tal-miżuri tal-antidumping mhuwiex li jwaqqfu l-aċċess fl-Unjoni għall-importazzjonijiet li fuqhom ġew imposti miżuri, iżda li jelimina l-impatt ta’ kondizzjonijiet distorti tas-suq li jirriżultaw mill-preżenza kontinwata ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(132)

Il-konsum fl-Unjoni żdied b’9 % matul il-PIR, jiġifieri laħaq madwar 350 000 tunnellata. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet taqbeż id-domanda matul il-perjodu meqjus, u laħqet livell ta’ madwar 440 000 tunnellata fil-PIR. Hemm biżżejjed kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni. B’operat b’rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċita ta’ 77 % matul il-PIR, jidher li l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità żejda biex tkompli żżid il-produzzjoni tagћha aktar fil-każ ta’ domanda akbar. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, partikolarment l-Istati Uniti u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina jistgħu wkoll jissodisfaw parti mid-domanda. Kif imsemmi hawn fuq, ta’ min jinnota li l-miżuri antidumping mhumiex maħsuba biex iwaqqfu l-importazzjonijiet mit-Tajlandja fl-Unjoni. B’kunsiderazzjoni tal-livell baxx tal-miżuri, huwa mistenni li l-importazzjonijiet Tajlandiżi ser ikomplu jirrappreżentaw ċertu sehem fis-suq tal-Unjoni.

(133)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri antidumping x’aktarx li tirriżulta f’nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni jew f’restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(134)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jidher li l-effetti negattivi tal-kontinwazzjoni tal-miżuri se jkun limitat u fl-ebda każ sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-estensjoni tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni.

H.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING

(135)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu għas-sottomissjoni tal-kummenti tagħhom wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw kunsiderazzjoni fejn neċessarju.

(136)

Minn dan t’hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jinżammu l-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ qamħirrum ippreparat jew ippreservat li joriġinaw fit-Tajlandja. Huwa mfakkar li dawk il-miżuri jikkonsistu f’dazju ad valorem b’rati differenti.

(137)

Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodotti minn dawk il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(138)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rati ta’ dazju tal-antidumping individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (8) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament għandu jiġi emendat għal dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba ppreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew aċtu aċetiku, mhux iffriżat, li jaqgħu taħt fil-kodiċi NM ex 2001 90 30 (Kodiċi TARIC 2001903010) u qamħirrum (Zea mays var. saccharata) bil-qalba ppreparat jew ippreservat iżda mhux bil-ħall jew aċtu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2005 80 00 (il-Kodiċi TARIC 2005800010), li joriġinaw fit-Tajlandja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju antidumping (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Karn Corn Co Ltd., 68 Moo 7 Tambol Saentor, Thamaka, Kanchanaburi 71130, it-Tajlandja

3,1

A789

Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd, 236 Krung Thon Muang Kaew Building, Sirindhorn Rd., Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja

14,3

A890

Malee Sampran Public Co., Ltd, Abico Bldg. 401/1 Phaholyothin Rd., Lumlookka, Pathumthani 12130, it-Tajlandja

12,8

A790

River Kwai International Food Industry Co., Ltd, 52 Thaniya Plaza, 21st Floor, Silom Rd., Bangrak, Bangkok 10500, it-Tajlandja

12,8

A791

Sun Sweet Co., Ltd, 9 M. 1, Sanpatong, Chiang Mai 50120, it-Tajlandja

11,1

A792

Il-manifatturi li jikkooperaw, elenkati fl-Anness

12,9

A793

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,3

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiġi miżjud il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata ta’ dazju medja ppeżata ta’ 12,9 % fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fit-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Marzu 2012);

(b)

mhuwiex relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fit-Tajlandja li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u

(c)

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod kollettiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/424/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li taċċetta l-impenji offruti in konnessjoni mal-proċedura anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 42).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/2009 tal-15 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja (ĠU L 246, 18.9.2009, p. 1).

(6)  ĠU C 258, 2.9.2011, p. 11.

(7)  ĠU C 175, 19,6.2012, p. 22.

(8)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


ANNESS

Lista tal-manufatturi li jikkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A793

Isem

Indirizz

Agro-On (Thailand) Co., Ltd.

50/499-500 Moo 6 Baan Mai, Pakkret, Monthaburi 11120, Thailand

B.N.H. Canning Co., Ltd.

425/6-7 Sathorn Place Bldg., Klongtonsai, Kongsan Bangkok 10600, Thailand

Boonsith Enterprise Co., Ltd.

7/4 M.2, Soi Chomthong 13, Chomthong Rd., Chomthong, Bangkok 10150, Thailand

Erawan Food Public Company Limited

Panjathani Tower 16th floor, 127/21 Nonsee Rd., Chongnonsee, Yannawa, Bangkok 10120, Thailand

Great Oriental Food Products Co., Ltd.

888/127 Panuch Village Soi Thanaphol 2, Samsen-Nok, Huaykwang, Bangkok 10310, Thailand

Lampang Food Products Co., Ltd.

22K Building, Soi Sukhumvit 35, Klongton Nua, Wattana, Bangkok 10110, Thailand

O.V. International Import-Export Co., Ltd.

121/320 Soi Ekachai 66/6, Bangborn, Bangkok 10500, Thailand

Pan Inter Foods Co., Ltd.

400 Sunphavuth Rd, Bangna, Bangkok 10260, Thailand

Siam Food Products Public Co., Ltd.

3195/14 Rama IV Road, Vibulthani Tower 1, 9th Fl., Klong Toey, Bangkok, 10110 Thailand

Viriyah Food Processing Co., Ltd.

100/48 Vongvanij B Bldg, 18th Fl, Praram 9 Rd., Huay Kwang, Bangkok 10310 Thailand

Vita Food Factory (1989) Ltd.

89 Arunammarin Rd., Banyikhan, Bangplad, Bangkok 10700, Thailand