|
29.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 816/2013
tat-28 ta’ Awwissu 2013
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward speċifikazzjonijiet għall-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205), Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel inklużi l-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(3) |
Dawk il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara applikazzjoni. |
|
(4) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-Kopolimeru metakrilat anjoniku u tal-Kopolimeru metakrilat newtrali bħala aġenti tal-kisi f’supplimenti tal-ikel solidu tressqu nhar il-25 u s-27 ta’ April 2009 u ġew magħmula disponibbli lill-Istati Membri. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (4) u tal-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (5) meta jintużaw bħala addittivi tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tagħhom f’supplimenti tal-ikel solidu, fil-livelli tal-użu propost, mhumiex ta’ tħassib għas-siġurtà. |
|
(6) |
Hemm bżonn teknoloġiku għall-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku fis-supplimenti tal-ikel solidu. Il-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali huwa intenzjonat għall-użu ta’ aġent tal-kisi b’rilaxx imtawwal (sustained-release). Il-formulazzjonijiet tar-rilaxx imtawwal jippermettu taħlil kontinwu tan-nutrijent f’ħin definit. Il-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku huwa maħsub biex jintuża bħala aġent tal-kisi biex jipproteġi kontra l-ingredjenti irritanti għall-istonku u/jew jipproteġi n-nutrijenti sensittivi kontra d-diżintegrazzjoni mill-aċidu gastriku. Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu taż-żewġ addittivi tal-ikel f’supplimenti tal-ikel solidu u li jiġu assenjati n-numri E 1206 bħala numru E lill-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali u E 1207 bħala numru E lill-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (6) awtorizza l-użu tal-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) f’supplimenti tal-ikel solidu u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel, inklużi l-livelli massimi għall-arseniku, iċ-ċomb, il-merkurju u r-ram. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati sabiex jitqiesu l-livelli massimi għaċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju fis-supplimenti tal-ikel kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (7). |
|
(8) |
Il-livell massimu tal-arseniku f’supplimenti tal-ikel ma ġiex stabbilit fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, il-livelli speċifiċi huma stipulati fil-liġijiet tal-Istati Membri. Għalhekk, sabiex jitqiesu l-liġijiet tal-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tal-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-arseniku. |
|
(9) |
Il-livell massimu tar-ram fis-supplimenti tal-ikel ma ġiex stabbilit fil-livell tal-Unjoni u m’hemm l-ebda indikazzjoni tal-presenza tar-ram f’livelli tossikoloġiki sinifikanti fil-Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205). Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-ram mis-sezzjoni tal-purità għal Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. |
|
(10) |
Xi speċifikazzjonijiet għandhom jiġu adottati għal Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (E 1206) u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (E 1207). Il-kriterji tal-purità għall-arseniku, iċ-ċomb, il-merkurju u l-kadmju għandhom isegwu l-istess approċċ ta’ dawk għal Kopolimeru tal-metakrilat bażiku (E 1205) u l-livelli massimi għandhom jikkunsidraw li l-forma kummerċjali tal-Kopolimeru tal-metakrilat newtrali (E 1206) u l-Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku (E 1207) hemm dispersjoni ta’ 30 % tas-sustanza xotta fl-ilma. |
|
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(4) EFSA Journal 2010; 8(7):1655.
(5) EFSA Journal 2010; 8(7):1656.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti B, l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 1206 u E 1207 huma mdaħħla fil-punt 3 “addittivi apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa”, wara l-annotazzjoni għal E 1205 kopolimeru tal-metakrilat bażiku:
|
|
(2) |
Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu” wara l-annotazzjoni għal E 1205 Kopolimeru metakrilat bażiku:
|
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Is-sezzjoni tal-purità għal E 1205 (Kopolimeru tal-metakrilat bażiku) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 1206 u E 1207 jiddaħħlu wara l-annotazzjoni għal E 1205 (koplimeru tal-metakrilat bażiku): “ E 1206 KOPOLIMERU TAL-METAKRILAT NEWTRALI
E 1207 KOPOLIMERU TAL-METAKRILAT ANJONIKU
|