24.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 800/2013

tal-14 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 216/2008 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-operaturi u l-persunal involuti fl-operat ta’ ċerti inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jitlob li, sakemm mhux determinat mod ieħor fir-regoli ta’ implimentazzjoni, operaturi involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru mħaddma b’magna kumplessa (inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni) għandhom jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jattwaw ir-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mat-tħaddim ta’ dawk l-inġenji tal-ajru.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni x-xierqa sabiex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru.

(4)

Dan ir-Regolament jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) sabiex jinkludi aspetti partikolari relatati ma’ operazzjonijiet mhux kummerċjali.

(5)

Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta’ sikurezza fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar għarfien riċenti, inklużi l-aqwa prattiki, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru. Għalhekk, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi miftiehma taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ICAO”) u tal-Awtoritajiet Konġunti Ewropej tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta ma’ ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

(6)

Jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed lill-industrija arjunawtika u lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw rwieħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid;

(7)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), it-test “u operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders” jiddaħħal wara “operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jsiru permezz tal-ajruplani u tal-ħelikopters”.

(2)

fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 jiġi nnumerat mill-ġdid għall-paragrafu 5 u jiżdiedu l-paragrafi ġodda 3 u 4 li ġejjin:

“3.   Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-regoli ddettaljati għal operazzjonijiet mhux kummerċjali u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn, u għas-sorveljanza ta’ operaturi involuti f’operazzjoni mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.

4.   Operazzjonijiet bl-ajru l-oħra inklużi operazzjonijiet bħal meta inġenju tal-ajru jintuża sabiex isiru ħidmiet jew servizzi speċjalizzati għandhom ikomplu jsiru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli sakemm jiġu adottati u japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati.”;

(3)

fl-Artikolu 2:

(a)

jiżdied punt 5 ġdid fl-ewwel paragrafu:

“(5)

‘navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (Performance-based navigation — PBN)’ tfisser navigazzjoni taż-żona bbażata fuq rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal inġenji tal-ajru li jaħdmu fuq rotta ATS, fuq proċedura ta’ avviċinament bl-istrumenti jew fi spazju tal-ajru ddeżinjat.”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “V” jinbidel għal “VII”;

(4)

fl-Artikolu 5(2), jitħassru l-kliem “tat-trasport kummerċjali bl-ajru” fl-ewwel sentenza;

(5)

fl-Artikolu 5(2)(b), “ajruplani u ħelikopters” jinbidlu għal “ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders”;

(6)

fl-Artikolu 5, jiżdiedu t-tliet paragrafi li ġejjin:

“3.   L-operaturi ta’ ajruplani u ta’ ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali għandhom jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom assoċjati mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u għandhom joperaw l-ajruplan skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness III u fl-Anness VI.

4.   L-operaturi ta’ ajruplani u ta’ ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll blalen tal-arja u glajders involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali għandhom joperaw l-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.

5.   B’deroga mill-paragrafi 1, 3 u 4, l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jkollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru u li huma approvati skont ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 290/2012 (*) meta jwettqu t-taħriġ fit-titjir lejn, ġewwa jew barra l-Unjoni għandhom joperaw:

(a)

ajruplani u ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VI;

(b)

ajruplani u ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll blalen tal-ajru u glajders skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.

(*)  ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1.”"

(7)

fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu 7 ġdid:

“7.   B’deroga minn SPA.PBN.100 PBN tal-Anness V operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ajruplani li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni fi spazju tal-ajru magħżul, fuq rotot jew skont il-proċeduri fejn hija stabbilita speċifikazzjoni ta’ navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) għandhom ikomplu jiġu operati skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri sakemm jiġu adottati u japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati.”;

(8)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu eżistenti għandu jiġi nnumerat 1;

(b)

fil-punt (a), il-kliem “għall-ajruplani” jinbidlu u jsiru “għall-operazzjonijiet ta’ ajruplani tat-trasport kummerċjali bl-ajru”;

(c)

fil-punt (b), il-kliem “għall-ħelikopters” jinbidlu u jsiru “għall-operazzjonijiet ta’ ħelikopters tat-trasport kummerċjali bl-ajru”;

(d)

jiżdied il-paragrafu 2 ġdid:

“2.   Operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ajruplani u b’ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni għandhom ikomplu jsiru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-limitazzjoni fil-ħin tat-titjira sakemm jiġu adottati u japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati.”;

(9)

fl-Artikolu 10 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx:

(a)

id-dispożizzjonijiet tal-Anness III dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni sal-25 ta’ Awwissu 2016; kif ukoll

(b)

id-dispożizzjonijiet tal-Anness V, VI u VII dwar operazzjonijiet mhux kummerċjali b’ajruplani, ħelikopters, glajders u blalen tal-arja sal-25 ta’ Awwissu 2016.”;

(10)

fl-Anness I, it-titolu jinbidel għal “Definizzjonijiet għal termini użati fl-Annessi II-VII”. Id-definizzjonijiet il-ġodda li ġejjin għandhom jiddaħħlu skont l-ordni alfabetiku u d-definizzjonijiet eżistenti għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament:

“(11)

‘operazzjoni ta’ proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV)’ tfisser avviċinament bi strument li juża gwida laterali u vertikali, iżda li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għall-avviċinament ta’ preċiżjoni u għall-operazzjonijiet tal-ħatt, b’gћoli tad-deċiżjoni (DH) ta’ mhux inqas minn 250 pied u b’medda viżwali tar-runway (RVR) ta’ mhux inqas minn 600 m;”;

“(43)

‘inġenji tal-ajru tat-tip ELA1’ tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej (European Light Aircraft) b’ekwipaġġ li ġejjin:

(a)

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless u li jaħdem bil-magna;

(b)

glajder jew glajder bil-mutur b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 1 200 kilogramma jew inqas;

(c)

ballun tal-arja bi kwantità massima ta’ gass tat-tlugħ ta’ disinn jew volum massimu ta’ arja sħuna ta’ mhux aktar minn 3 400 m3 għal blalen li jaħdmu bl-arja sħuna, 1 050m3 għal blalen li jaħdmu bil-gass, 300 m3 għal blalen tal-gass marbutin.”;

“(44)

‘inġenji tal-ajru tat-tip “ELA2”’ tfisser l-inġenji tal-ajru ħfief Ewropej (European Light Aircraft) b’ekwipaġġ, li ġejjin:

(a)

ajruplan b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000 kilogramma jew inqas, li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless u li jaħdem bil-magna;

(b)

glajder jew glajder bil-mutur b’massa ta’ tluq massima (MTOM) ta’ 2 000 kilogramma jew inqas;

(c)

ballun tal-arja;

(d)

inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors (Very Light Rotorcraft) b’MTOM ta’ mhux aktar minn 600 kg li huwa ta’ disinn sempliċi, maħsub biex iġorr mhux aktar minn żewġ persuni, mhux imħaddem b’magni tar-rokits u/jew tat-turbina; ristrett għal operazzjonijiet binhar VFR.”;

“(126)

‘ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali’ tfisser ajrudrom adegwat fejn, fil-mument tal-użu antiċipat, rapporti tat-temp, jew previżjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn, juru li l-kundizzjonijiet tat-temp se jkunu fil-valur minimu operattiv jew ogħla mill-valur minimu operattiv meħtieġ tal-ajrudrom, u r-rapporti dwar il-kundizzjoni tal-wiċċ tar-runway juru li nżul bla periklu se jkun possibbli.”;

(11)

fl-Anness II, ARO.GEN.200(c), it-test “jew li jagħmlu dikjarazzjonijiet lil” jiddaħħal wara “li jkunu ċċertifikata minn”;

(12)

fl-Anness II, ARO.GEN.220(a), jiddaħħlu l-punti l-ġodda li ġejjin u l-bqija jiġu nnumerati mill-ġdid rispettivament:

“(5)

proċessi ta’ dikjarazzjoni u s-sorveljanza kontinwa ta’ organizzazzjonijiet ddikjarati;”

“(8)

sorveljanza tal-operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni minn operaturi mhux kummerċjali;”;

(13)

fl-Anness II, ARO.GEN.220(b), it-test “u d-dikjarazzjonijiet li rċeviet” jiżdied fit-tarf;

(14)

fl-Anness II, it-test ta’ ARO.GEN.300(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika:

(1)

il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom qabel ma toħroġ ċertifikat jew approvazzjoni tal-organizzazzjoni, skont kif ikun applikabbli;

(2)

il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li hija ċċertifikat jew mingħand min irċeviet dikjarazzjoni;

(3)

il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta’ operaturi mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magna; kif ukoll

(4)

l-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sikurezza xierqa imposti mill-awtorità kompetenti kif iddefinit fil-punti (c) u (d) ta’ ARO.GEN.135.”;

(15)

fl-Anness II, ARO.GEN.305, il-punti (d) u (e) isiru rispettivament (e) u (f) u jiddaħħal (d) ġdid:

“(d)

Għall-organizzazzjonijiet li jiddikjaraw l-attività tagħhom lill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jiġi żviluppat b’mod li jitqiesu n-natura speċifika tal-organizzazzjoni, il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u r-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-passat u għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati. Dan għandu tinkludi audits u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet għal għarrieda, kif xieraq.”;

(16)

fl-Anness II, jiddaħħal ARO.GEN.345 ġdid wara ARO.GEN.330:

ARO.GEN.345 Dikjarazzjoni — organizzazzjonijiet

(a)

Malli tirċievi dikjarazzjoni minn organizzazzjoni li twettaq jew li għandha l-ħsieb li twettaq attivitajiet li għaliha dikjarazzjoni hi meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li d-dikjarazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-Parti-ORO u għandha tibgħat riċevuta tal-wasla tad-dikjarazzjoni lill-organizzazzjoni.

(b)

Jekk id-dikjarazzjoni ma fihiex l-informazzjoni meħtieġa, jew ikun fiha informazzjoni li tindika nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-organizzazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità u għandha titlob għal aktar informazzjoni. Jekk jitqies meħtieġ l-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjoni fuq l-organizzazzjoni. Jekk in-nuqqas ta’ konformità hija kkonfermata, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni kif definit f’ARO.GEN.350.”;

(17)

fl-Anness II, ARO.GEN.350(b) u (c), it-test “jew mal-kontenut ta’ dikjarazzjoni” jiddaħħal wara “ċertifikat”;

(18)

fl-Anness II, ARO.GEN.350(e), it-test “jew li tagħmel dikjarazzjonijiet dwar l-attività tagħha lil” jiddaħħal wara “ċċertifikata minn”;

(19)

fl-Anness II, it-test ta’ ARO.GEN.200(b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Meta tkun sodisfatta li l-operatur ikun wera konformità mar-rekwiżiti applikabbli, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ jew temenda l-approvazzjoni. L-approvazzjoni għandha tiġi speċifikata:

(1)

fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet, kif stabbiliti fl-Appendiċi II, għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru; jew

(2)

fil-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, kif stabbilita fl-Appendiċi V, għal operazzjonijiet mhux kummerċjali.”;

(20)

fl-Anness II, jiddaħħal l-Appendiċi V ġdid intitolat “Lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi” kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(21)

fl-Anness III, ORO.GEN.005, it-test “jew operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magna” jiżdied fit-tarf;

(22)

fl-Anness III, ORO.GEN.105, it-test “jew ta’ dikjarazzjoni” jiddaħħal wara “ċertifikazzjoni”;

(23)

fl-Anness III, ORO.GEN.110(a) u (c), it-test “jew id-dikjarazzjoni” jiddaħħal wara “iċ-ċertifikat”;

(24)

fl-Anness III, ORO.GEN.120 jiżdied punt (c) ġdid:

“(c)

Operatur li jkun meħtieġ jiddikjara l-attività tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti l-lista ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità li huwa juża biex tiġi stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.”;

(25)

fl-Anness III, ORO.GEN.140(a), it-test “jew għal dikjarazzjoni” jiddaħħal wara “ċertifikazzjoni”;

(26)

fl-Anness III, li t-test ORO.AOC.125 jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Id-detentur ta’ AOC jista’ jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenju tal-ajru li mill-bqija jintuża għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru li jkunu mniżżlin fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC tiegħu, dejjem jekk l-operatur:

(1)

jiddeskrivi dawn l-operazzjonijiet fid-dettall fil-manwal tal-operat, inklużi:

(i)

l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti applikabbli;

(ii)

identifikazzjoni ċara ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-proċeduri operattivi li jintużaw meta jitwettqu l-operazzjonijiet kummerċjali u dawk li jintużaw meta jitwettqu operazzjonijiet mhux kummerċjali;

(iii)

mezz biex ikun żgurat li l-persunal kollu involut fl-operazzjoni jkun kompletament familjari mal-proċeduri assoċjati magħha;

(2)

jibgħat id-differenzi identifikati bejn il-proċeduri operattivi msemmija fil-punt (a)(1)(ii) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħha minn qabel.

(b)

Detentur ta’ AOC li jmexxi l-operazzjonijiet imsemmija f’(a) ma għandux l-obbligu li jippreżenta dikjarazzjoni skont din il-Parti.”;

(27)

fl-Anness III, Subparti ġdida tiddaħħal wara l-punt ORO.AOC.150 kif ġej:

“IS-SUBPARTI DEC

DIKJARAZZJONI

ORO.DEC.100 Dikjarazzjoni

L-operatur mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magna għandu:

(a)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha qabel ma jibda bl-operazzjonijiet, bl-użu tal-formola li tinsab fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness;

(b)

jinnotifika lill-awtorità kompetenti lista tal-mezzi alternattivi tal-konformità użati;

(c)

iżomm konformità mar-rekwiżiti applikabbli u mal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni;

(d)

jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla fid-dikjarazzjoni tiegħu jew fil-mezzi tal-konformità li juża permezz ta’ sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni emendata bl-użu tal-formola li tinsab fl-Appendiċi I ta’ dan l-Anness; kif ukoll

(e)

jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta jieqaf bl-operat tiegħu.”;

(28)

fl-Anness III, ORO.MLR.100(b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

Il-kontenut tal-OM għandu jirriflettu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness, fl-Anness IV (il-Parti-CAT), fl-Anness V (il-Parti-SPA) u fl-Anness VI (il-Parti-NCC), kif applikabbli, u ma għandux jikser il-kondizzjonijiet li hemm fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehumiżin maċ-ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru (l-AOC) jew fid-dikjarazzjoni u l-lista tagħha ta’ approvazzjonijiet speċifiċi tiegħu, kif applikabbli.”;

(29)

fl-Anness III, ORO.MLR.101 huwa intitolat: “Manwal tal-Operat — struttura għat-trasport kummerċjali bl-ajru”;

(30)

fl-Anness III, it-test ta’ ORO.MLR.115(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas 5 snin:

(1)

għall-operaturi tal-CAT ir rekords tal-attivitajiet imsemmija fil-ORO.GEN.200;

(2)

għal operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magna, kopja tad-dikjarazzjoni tal-operatur, id-dettalji ta’ approvazzjonijiet miżmuma u l-manwal tal-operat.”;

(31)

fl-Anness III, li t-test ta’ ORO.FC.005 jinbidel b’dan li ġej:

“Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operatur b’rabta mat-taħriġ, mal-esperjenza u mal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira u tinkludi:

(a)

Taqsima 1 li tispeċifika rekwiżiti komuni applikabbli kemm għal operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magna kif ukoll għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru;

(b)

Taqsima 2 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.”;

(32)

fl-Anness III, wara ORO.FC.005, tiddaħħal Taqsima ġdida intitolata “Taqsima 1 — Rekwiżiti komuni”;

(33)

fl-Anness III, ORO.FC.105(a), “bdot fil-kmand/kmandant” tinbidel bi bdot fil-kmand jew, għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru, bħala kmandant;

(34)

fl-Anness III, ORO.FC.145(c), jiddaħħal it-test “Fil-każ tal-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru,” fil-bidu;

(35)

fl-Anness III, wara ORO.FC.145, tiddaħħal Taqsima ġdida intitolata “Taqsima 2 — Rekwiżiti addizzjonali għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru”;

(36)

fl-Anness III, li t-test ta’ ORO.CC.005 jinbidel b’dan li ġej:

“Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li l-operatur għandu jissodisfa meta jkun qed jopera inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ tal-kabina u tinkludi:

(a)

Taqsima 1 li tispeċifika rekwiżiti komuni applikabbli għall-operazzjonijiet kollha; u

(b)

Taqsima 2 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.”;

(37)

fl-Anness III, is-Subparti CC, it-Taqsima 1 tiġi intitolata: “Rekwiżiti komuni”;

(38)

fl-Anness III, jizdied Appendiċi ġdid intitolat “Dikjarazzjoni” kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(39)

fl-Anness V, it-test ta’ SPA.GEN.100 jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

L-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta’ approvazzjoni speċifika għandha tkun:

(1)

għal operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru l-awtorità tal-Istat Membru li fih l-operatur ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu;

(2)

għall-operatur mhux kummerċjali l-awtorità tal-Istat li fih l-operatur huwa stabbilit jew residenti.

(b)

Minkejja (a)(2), għall-operatur mhux kummerċjali li juża inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż terz, ir-rekwiżiti applikabbli skont dan l-Anness għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx japplikaw jekk dawn l-approvazzjonijiet huma maħruġa minn Stat tar-Reġistrazzjoni ta’ pajjiż terz:

(1)

Navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN);

(2)

Speċifikazzjonijiet minimi tal-prestazzjoni operattiva (MNPS);

(3)

Spazju tal-ajru b’valuri minimi ta’ separazzjoni vertikali mnaqqsa (RVSM).”;

(40)

fl-Anness V, it-test ta’ SPA.GEN.110 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività li operatur jkollu l-approvazzjoni biex imexxi għandha tiġi dokumentata u speċifikata:

(a)

għal operaturi li huma d-detenturi ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-AOC;

(b)

għall-operaturi l-oħra kollha fil-lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi.”;

(41)

fl-Anness V, SPA.DG.100, jiddaħħlu “Anness VI (Parti-NCC) u Anness VII (Parti-NCO)” wara “Anness IV (Parti-CAT)”;

(42)

jiddaħħlu l-Anness VI (Parti-NCC) u l-Anness VII (Parti-NCO) il-ġodda kif stipulati fl-Anness III u l-Anness IV rispettivament ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1.


ANNESS I

“Appendiċi V

Lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi

Operazzjonijiet mhux kummerċjali

(soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-approvazzjoni u li hemm fil-manwal tal-operat jew fil-manwal operattiv tal-pilota)

Awtorità tal-Ħruġ (1):

Lista ta’ Approvazzjonijiet Speċifiċi # (2):

Isem l-Operatur:

Data (3):

Firma:

Mudell tal-Inġenju tal-Ajru u Marki ta’ Reġistrazzjoni (4):

Tipi ta’ operazzjoni speċjalizzata (SPO), jekk applikabbli:

 (5)

Approvazzjonijiet Speċifiċi (6):

Speċifikazzjoni (7)

Rimarki

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IL-FORMOLA 140 tal-EASA, Verżjoni numru 1.”


(1)  Jiddaħħlu l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt.

(2)  Jiddaħħal in-numru assoċjat.

(3)  Id-data tal-ħruġ tal-approvazzjonijiet speċifiċi (jj-xx-ssss) u l-firma tar-rappreżentant tal-awtorità kompetenti.

(4)  Jiddaħħlu d-deżinjazzjoni tal-inġenju tal-ajru, il-mudell u s-serje, jew il-master serje kif stabbiliti mill-Commercial Aviation Safety Team(CAST)/mill-ICAO, fil-każ li ġiet iddeżinjata serje (preżempju Boeing-737-3K2 jew Boeing-777-232). It-Tassonomija CAST/ICAO hija disponibbli fuq: http://www.intlaviationstandards.org/

Il-marki ta’ reġistrazzjoni għandhom jew jiġu elenkati fil-Lista ta’ Approvazzjonijiet Speċifiċi jew fil-Manwal tal-Operat. Fil-każ tal-aħħar il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi għandhom jirreferu għall-paġna relatata fil-manwal tal-operat.

(5)  Speċifika t-tip ta’ operazzjoni, pereżempju agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, ‘surveying’, osservazzjoni u ppattuljar, riklamar bl-ajru.

(6)  Elenka f’din il-kolonna kwalunkwe operazzjoni approvata, pereżempju, Merkanzija perikoluża, LVO, RVSM, RNP, MNPS.

(7)  Elenka f’din il-kolonna l-kriterji l-aktar permissivi għal kull approvazzjoni, pereżempju l-gћoli tad-deċiżjoni u l-RVR minima għall-CAT II.


ANNESS II

“Appendiċi

DIKJARAZZJONI

skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 dwar l-operazzjonijiet bl-ajru

Operatur

Isem:

Post li fih l-operatur huwa stabbilit jew residenti u post minn fejn l-operazzjonijiet huma ġestiti:

Isem u dettalji ta’ kuntatt tal-maniġer responsabbli:

Operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru

Data tal-bidu tal-operazzjoni/data tal-applikabbiltà tal-bidla:

Tip/i ta’ operazzjoni:

Parti-NCC: (speċifika jekk tal-passiġġieri u/jew tal-merkanzija)

Tip/i ta’ inġenju tal-ajru, ir-reġistrazzjoni/jiet u l-bażi ewlenija:

Dettalji tal-approvazzjonijiet miżmuma (ehmeż lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi mad-dikjarazzjoni, jekk applikabbli)

Lista ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità b’referenzi għall-AMCs li jissostitwixxu (ehmeż mad-dikjarazzjoni)

Dikjarazzjonijiet

Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni inkluż il-Manwal tal-Operat jirriflettu r-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-Parti-ORO, fil-Parti-NCC u fil-Parti-SPA.

It-titjiriet kollha se jsiru skont il-proċeduri u l-istruzzjonijiet speċifikat fil-Manwal tal-Operat.

L-inġenji tal-ajru kollha li jitħaddmu għandhom ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà u jikkonformaw mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003.

Il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha, skont kif applikabbli, huma mħarrġa skont ir-rekwiżiti applikabbli.

(Jekk applikabbli)

L-operatur implimenta u wera konformità ma’ standard tal-industrija rikonoxxut uffiċjalment.

Referenza tal-istandard:

Korp taċ-ċertifikazzjoni:

Data tal-aħħar verifika tal-konformità:

Kwalunkwe bidla fl-operazzjoni li jaffettwa l-informazzjoni żvelata f’din id-dikjarazzjoni se tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti.

L-operatur jikkonferma li l-informazzjoni żvelata f’din id-dikjarazzjoni hija korretta.

Data, isem, firma tal-maniġer responsabbli”


ANNESS III

“ANNESS VI

OPERAZZJONIJIET MHUX KUMMERĊJALI BL-AJRU B’INĠENJI TAL-AJRU KUMPLESSI U LI JAĦDMU BIL-MAGNI

[Il-PARTI-NCC]

IS-SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

NCC.GEN.100   Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

NCC.GEN.105   Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ

(a)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu li huma:

(1)

relatati mas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegћu; kif ukoll

(2)

speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-proċeduri mogħtija fil-manwal tal-operat.

(b)

Waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun bilqiegħda fil-post assenjat tiegħu/tagħha u ma għandu jwettaq l-ebda attività minbarra dawk meћtieġa gћat-tћaddim sikur tal-ajruplan.

(c)

Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.

(d)

Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.

(e)

Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:

(1)

jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ, tant li t-titjira tista’ tiġi pperikolata; jew

(2)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew ta’ alkoħol jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(f)

Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:

(1)

iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; kif ukoll

(2)

jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.

(g)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:

(1)

kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza; kif ukoll

(2)

kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġu fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.

NCC.GEN.106   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli kif ġej:

(1)

is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri kollha u tal-merkanzija kollha abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru kif imsemmi fil-Punt 1.c tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(2)

il-bidu, il-kontinwazzjoni, it-terminazzjoni jew id-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;

(3)

l-iżgurar li l-istruzzjonijiet, il-proċeduri operattivi u l-listi ta’ kontroll kollha huma mħarsa skont il-manwal tal-operat u kif imsemmi fil-punt 1.b tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(4)

li jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:

(i)

l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;

(ii)

l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;

(iii)

l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhix permessal-operazzjoni b’tagħmir mhux operattiv bil-lista ta’ tagħmir minimu (Minimum Equipment List - MEL) jew b’dokument ekwivalenti, kif mitlub fil-punt NCC.IDE.A.105 jew NCC.IDE.H.105;

(iv)

il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista’ tiġi eżegwita fil-limiti preskritti fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

(v)

il-bagalji fil-kabina, il-bagalji fl-istiva u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u sikuri;

(vi)

il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual/AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira;

(vii)

kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu liċenzja valida skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011; kif ukoll

(viii)

il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira huma vvalutati kif suppost u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u ta’ attività riċenti;

(5)

li ma jibdix b’titjira fil-każ li kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;

(6)

li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità ta’ kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira biex iwettaq il-kompiti tiegħu hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;

(7)

li jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista tat-tagħmir minimu (minimum equipment list/MEL);

(8)

ir-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru; kif ukoll

(9)

li jiżgura li r-reġistraturi tat-titjira:

(i)

ma jiġux diżattivati jew mitfija matul it-titjira; kif ukoll

(ii)

fil-każ ta’ aċċident jew ta’ inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju:

(A)

li dawn ma jitħassrux apposta;

(B)

li dawn jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll

(C)

li dawn jerġgħu jiġu attivati biss bil-qbil mal-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna, bagalja jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali gћas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegћu.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (air traffic services/ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.

(d)

Minkejja d-dispożizzjoni (a)(6), f’operazzjoni ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, immexxija l-bdot fil-kmand jista’ jkompli titjira lil hinn mill-eqreb ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali meta jkunu fis-seħħ proċeduri ta’ mitigazzjoni adegwati.

(e)

Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.

(f)

Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.

(g)

Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.

NCC.GEN.110   Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat li għandhom jintużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom kif imsemmija fil-punt 1.a tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

NCC.GEN.115   Lingwa Komuni

L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.

NCC.GEN.120   Taxiing ta’ ajruplani

L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:

(a)

tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew

(b)

tkun inħatret mill-operatur u:

(1)

tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;

(2)

tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;

(3)

tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; kif ukoll

(4)

tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.

NCC.GEN.125   Tħaddim tar-rotor — ħelikopters

Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.

NCC.GEN.130   Tagħmir elettroniku portabbli

L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device — PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistem u tagħmir tal-ajruplan.

NCC.GEN.135   Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord

L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).

NCC.GEN.140   Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord

(a)

Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(1)

il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;

(2)

iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;

(3)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);

(4)

iċ-ċertifikat tal-istorbju;

(5)

id-dikjarazzjoni kif speċifikata fl-Anness III (Parti-ORO), ORO.DEC.100, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012;

(6)

il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;

(7)

il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;

(8)

iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;

(9)

il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;

(10)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(11)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;

(12)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;

(13)

informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata;

(14)

il-partijiet attwali tal-manwal tal-operat li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għall-membri tal-ekwipaġġ;

(15)

il-MEL jew is-CDL;

(16)

l-avviżi xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);

(17)

l-informazzjoni meteoroloġika xierqa;

(18)

il-manifesti tal-merkanzija u/jew tal-passiġġieri, jekk dan ikun applikabbli; kif ukoll

(19)

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.

(b)

F’każ ta’ telf jew ta’ serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.

NCC.GEN.145   Preservazzjoni, produzzjoni u użu tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tat-titjira

(a)

Wara aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru gћandu jippreserva d-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta’ 60 jum, sakemm l-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni ma tkunx ordnatlu jagħmel mod ieћor.

(b)

L-operatur għandu jwettaq kontrolli u evalwazzjonijiet operattivi fuq ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) u r-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta biex jiżgura l-funzjonament tajjeb kontinwu tar-reġistraturi.

(c)

L-operatur għandu jaħżen ir-reġistrazzjonijiet gћall-perjodu ta’ ћin operattiv tal-FDR, hekk kif mitlub mill-punt NCC.IDE.A.165 jew mill-punt NCC.IDE.H.165, ħlief għall-fatt li, għall-ittestjar u l-manutenzjoni tal-FDR, jista’ jitћassar sa siegћa mill-eqdem materjal li jkun ġie rreġistrat waqt il-ћin tal-ittestjar.

(d)

L-operatur għandu jaħżen u jżomm aġġornata d-dokumentazzjoni li tippreżenta l-informazzjoni meħtieġa sabiex id-dejta tal-FDR li ma tkunx ipproċessata tinqaleb f’parametri espressi f’unitajiet tal-inġinerija.

(e)

L-operatur għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni kwalunkwe reġistrazzjoni tar-reġistratur tat-titjira li tkun ġiet ippreservata, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk.

(f)

Bla ħsara għar-Regolament (UE) Nru 996/2010:

(1)

ir-reġistrazzjonijiet tas-CVR għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn, gћajr gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, biss jekk il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kkonċernati kollha jkunu taw il-kunsens tagħhom; kif ukoll

(2)

ir-reġistrazzjonijiet tal-FDR jew ir-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn, gћajr gћall-investigazzjoni dwar aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, biss jekk dawn ir-reġistrazzjonijiet:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss;

(ii)

ikun tneħħilhom kull sors ta’ identifikazzjoni; jew

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.

NCC.GEN.150   Trasport ta’ oġġetti perikolużi

(a)

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-‘Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air’ (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi s-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha.

(b)

L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (Parti-SPA), is-Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:

(1)

dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew

(2)

dawn jinġarru mill-passiġġieri jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.

(d)

L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(e)

Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-operatur għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’ kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi.

(f)

L-operatur għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(g)

L-operatur għandu jiżgura li fil-postijiet tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija jingħataw avviżi b’informazzjoni dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.

IS-SUBPARTI B

PROĊEDURI OPERATTIVI

NCC.OP.100   Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat

L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.

NCC.OP.105   Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — ajruplani

Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika tal-fjuwil, l-operatur għandu jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat jekk il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv fl-eqreb destinazzjoni xierqa hija aktar minn:

(a)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew

(b)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.

NCC.OP.110   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — punti ġenerali

(a)

Għat-titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) l-operatur għandu jistabbilixxi l-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li għandhom jintużaw. Dawn il-valuri minimi:

(1)

ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn dawk stabbiliti mill-Istat li fihom l-ajrudrom ikun jinstab, ћlief meta dawn jiġu approvati speċifikament minn dak l-Istat; kif ukoll

(2)

għal operazzjonijiet b’viżibilità baxxa, għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Anness V (Parti SpA), is-Subparti E tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(b)

Huwa u jistabbilixxi l-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-inġenju tal-ajru;

(2)

il-kompożizzjoni, il-kompetenza u l-esperjenza tal-ekwipaġġ tat-titjira;

(3)

id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;

(4)

l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali li tkun disponibbli fuq l-art;

(5)

it-tagћmir disponibbli fl-inġenju tal-ajru gћall-fini tan-navigazzjoni u/jew tal-kontroll tal-passaġġ tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, il-flare, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milћuq;

(6)

l-ostakli fl-avviċinament, l-avviċinament mhux milћuq u ż-żoni tat-tlugћ inizjali meћtieġa gћat-twettiq tal-proċeduri ta’ kontinġenza;

(7)

l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli gћall-proċeduri ta’ avviċinament bi strument;

(8)

il-mezzi biex jiġu stabbiliti u rrappurtati l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi; kif ukoll

(9)

it-teknika ta’ titjir li għandha tintuża matul l-avviċinament finali.

(c)

Il-valuri minimi għal tip speċifiku ta’ proċedura ta’ avviċinament u ta’ nżul għandhom jintużaw biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(1)

it-tagћmir ta’ fuq l-art meћtieġ gћall-proċedura maћsuba jkun qed jaħdem;

(2)

is-sistemi tal-inġenju tal-ajru li jkunu meћtieġa gћat-tip ta’ avviċinament ikunu qed jaħdmu;

(3)

il-kriterji tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkunu meћtieġa jkunu ntlaћqu; kif ukoll

(4)

l-ekwipaġġ ikun ikkwalifikat kif xieraq.

NCC.OP.111   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet NPA, APV, CAT I

(a)

L-gћoli tad-deċiżjoni (DH) biex jintuża gћall-avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) li jsir bit-teknika tal-avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA), il-proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV) jew operazzjoni tal-kategorija I (CAT I) ma għandhomx ikunu anqas mill-ogħla kejl ta’:

(1)

l-gћoli minimu li gћalih tista’ tintuża l-għajnuna tal-avviċinament mingћajr ir-referenza viżwali meћtieġa;

(2)

l-għoli tad-distanza mill-ostakli (obstacle clearance height — OCH) għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;

(3)

id-DH tal-proċedura ta’ avviċinament ippubblikata, fejn applikabbli;

(4)

il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1; jew

(5)

id-DH minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat jew dokument ekwivalenti.

(b)

L-gћoli minimu ta’ nżul (MDH) għal operazzjoni NPA li tittajjar mingħajr it-teknika CDFA ma għandux ikun aktar baxx mill-ogħla kejl ta’:

(1)

l-OCH gћall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;

(2)

il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1; jew

(3)

il-MDH minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat.

Tabella 1

Il-valuri minimi tas-sistema

Faċilità

DH/MDH minimu (f’piedi)

Sistema għall-inżul bl-istrumenti (ILS)

200

Sistema bis-satellita għan-navigazzjoni globali (GNSS)/sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq is-satelliti (SBAS) (Preċiżjoni laterali b’avviċinament bi gwida vertikali (LPV))

200

GNSS (Navigazzjoni Laterali (LNAV))

250

Navigazzjoni GNSS/Barovertikali (VNAV) (LNAV/VNAV)

250

Lokalizzatur (LOC) b’tagħmir għall-kejl tad-distanza (DME) jew mingħajru

250

Avviċinament b’radar ta’ sorveljanza (SRA) (jintemm f’½ NM))

250

SRA (jintemm f’1 NM)

300

SRA (li jintemm f’2 NM jew iżjed)

350

Firxa tar-radju VHF omnidirezzjonali (VOR)

300

VOR/DME

250

Stazzjon tas-sinjalar bir-radju nondirezzjonali (Non Directional Beacon - NDB).

350

NDB/DME

300

Radjugonjometru VHF (VHF direction finder (VDF)

350

NCC.OP.112   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — Operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani

(a)

L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani ma jistgħux ikunu anqas mill-ogħla ta’:

(1)

L-OCH/l-OCL tad-dawran ippubblikat gћall-kategorija tal-ajruplan;

(2)

l-għoli minimu tad-dawran imniżżel fit-Tabella 1; jew

(3)

id-DH/l-MDH tal-proċedura ta’ avviċinament bi strument preċedenti.

(b)

Il-viżibilità minima għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani għandu jkun l-ogħla minn:

(1)

il-viżibilità tad-dawran gћall-kategorija tal-ajruplan, jekk tkun ippubblikata;

(2)

il-viżibilità minima mniżżla fit-Tabella 2; jew

(3)

il-medda viżwali tar-runway/il-viżibilità meteoroloġika kkonvertita (RVR/CMV) tal-proċedura tal-avviċinament bi strument preċedenti.

Tabella 1

L-MDH u l-viżibilità minima gћad-dawran vs. il-kategorija tal-ajruplan

 

Kategorija tal-ajruplan

A

B

C

D

L-MDH (f’piedi)

400

500

600

700

Il-viżibilità meteoroloġika minima (m)

1 500

1 600

2 400

3 600

NCC.OP.113   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran bil-ħelikopters

L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.

NCC.OP.115   Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża.

(b)

Minkejja (a), il-bdot fil-kmand għandu jaċċetta biss awtorizzazzjoni ATC biex ikun jista’ jiddevja minn proċedura ppubblikata:

(1)

sakemm jitћarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli u sakemm jitqiesu bis-sħiħ il-kondizzjonijiet tal-operat; jew

(2)

meta jkun qed jiġi radar-vectored minn unità ATC.

(c)

Fi kwalunkwe każ, l-avviċinament finali għandu jsir b’mod viżwali jew skont il-proċeduri ta’ avviċinament ippubblikati.

NCC.OP.120   Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju

L-operatur għandu jiżviluppa l-proċeduri operattivi filwaqt li jqis il-ħtieġa li jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-ajruplani filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.

NCC.OP.125   Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR

(a)

L-operatur għandu jispeċifika metodu li jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira li jipprovdi d-distanza meħtieġa mill-art għar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi tat-titjira għal kull titjira bbażata fuq dan il-metodu. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandom ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikat mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira.

NCC.OP.130   Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — l-ajruplani

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk l-ajruplan iġorr fjwuil u żejt suffiċjenti għal dawn li ġejjin:

(1)

għal titjiriet bir-regoli tat-titjir viżwali (VFR):

(i)

għal titjira binhar, lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 30 minuta f’altitudni regolari normali; jew

(ii)

għal titjira billejl, lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali;

(2)

għal titjiriet IFR:

(i)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda destinazzjoni alternattiva, għal titjira lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat, u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali; jew

(ii)

meta tkun meħtieġa destinazzjoni alternattiva, għal titjira lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat, u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali;

(b)

Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra;

(2)

ir-rotot mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) antiċipati u d-dewmien tat-traffiku;

(3)

il-proċeduri għat-telf tal-pressjoni jew għall-ħsara f’magna waħda tul ir-rotta, fejn applikabbli; u

(4)

kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’ ttawwal l-inżul tal-ajruplan jew li żżid il-konsum tal-fjuwil u/jew taż-żejt.

(c)

Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid.

NCC.OP.131   Provvista taż-żejt u tal-fjuwil — ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk il-ħelikopter ikun qed iġorr biżżejjed fjuwil u żejt kif ġej:

(1)

għal titjiriet skont il-VFR, biex itir lejn l-ajrudrom/is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u mbagħad biex itir għal mill-anqas 20 minuta b’veloċità ta’ awtonomija massima (best-range); u

(2)

għal titjiriet skont l-IFR:

(i)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda sit alternattiv jew meta ma jkunx hemm id-disponibbiltà ta’ ajrudrom/sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, u mbagħad biex itir għal 30 minuta b’veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) fi 450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom/mis-sit tal-operat ta’ destinazzjoni f’kundizzjonijiet tat-temperatura standard u javviċina u jinżel; jew

(ii)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda sit alternattiv, biex itir lejn u jwettaq avviċinament u avviċinament interrott fl-ajrudrom/fis-sit tal-operat għall-inżul ippjanat, u mbagħad:

(A)

biex itir lejn is-sit alternattiv speċifikat; u

(B)

biex itir għal 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) fi 450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom/mis-sit tal-operat f’kundizzjonijiet tat-temperatura standard u javviċina u jinżel.

(b)

Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra;

(2)

ir-rotot mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) antiċipati u d-dewmien tat-traffiku

(3)

il-proċeduri għat-telf tal-pressjoni jew għall-ħsara f’magna waħda tul ir-rotta, fejn applikabbli; u

(4)

kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’ ttawwal l-inżul tal-ajruplan jew li żżid il-konsum tal-fjuwil u/jew taż-żejt.

(c)

Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ippjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid.

NCC.OP.135   Stivar tal-bagalji u tal-merkanzija

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:

(a)

fil-kompartiment tal-passiġġieri jittieħdu biss bagalji tal-idejn li jistgħu jiġu stivati b’mod xieraq u sikur; u

(b)

li l-bagalji u l-merkanzija kollha abbord li jistgћu jikkawżaw ћsara jew dannu, jew li jistgħu jostakolaw il-kurituri u l-ћruġ jekk ikunu mċaqalqa, jiġu stivati b’mod li jkun evitat kwalunkwe ċaqliq tagħhom.

NCC.OP.140   Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:

(a)

qabel it-tlugħ il-passiġġieri jkunu saru familjari mal-post u mal-użu ta’ dawn li ġejjin:

(1)

iċ-ċinturini tas-sikurezza,

(2)

il-ħruġ tal-emerġenza, u

(3)

l-informazzjoni dwar l-emerġenza għall-passiġġieri,

u (jekk applikabbli):

(4)

il-ġkieket tas-salvataġġ,

(5)

it-tagħmir tal-ossiġnu,

(6)

iċ-ċattri tas-salvataġġ, u

(7)

tagħmir tal-emerġenza ieħor mogħti għall-użu individwali tal-passiġġieri;

u

(b)

f’każ ta’ emerġenza waqt titjira, il-passiġġieri jirċievu struzzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta’ emerġenza xierqa f’dawk iċ-ċirkustanzi.

NCC.OP.145   Preparazzjoni tat-titjira

(a)

Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b’kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b’mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta’ operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.

(b)

Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni għat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:

(1)

studju tar-rapporti u tat-tbassir tat-temp attwali disponibbli; u

(2)

l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.

NCC.OP.150   Ajrudromi alternattivi għat-tlugħ — l-ajruplani

(a)

Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali wieħed għat-tlugħ fil-każ li l-kundizzjonijiet tat-temp attwali fl-ajrudrom tat-tluq ikunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom operattiv applikabbli jew anqas jew fil-każ li ma jkunx possibbli li l-ajruplan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minħabba raġunijiet oħrajn.

(b)

L-ajrudrom alternattiv għat-tlugħ għandu jkun jinsab fid-distanza li ġejja mill-ajrudrom tat-tluq:

(1)

għal ajruplani b’żewġ magni, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza li tkun ekwivalenti għal siegħa ta’ titjir f’veloċità normali b’magna waħda u f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma; u

(2)

għal ajruplani bi tliet magni jew aktar, f’distanza li ma tkunx aktar mid-distanza ekwivalenti għal sagħtejn titjir f’veloċità normali b’magna waħda (OEI) u skont l-AFM f’kundizzjonijiet standard ta’ arja kalma.

(c)

Sabiex ajrudrom jintagħżel bħala ajrudrom alternattiv għat-tlugh, l-informazzjoni disponibbli għandha tindika li, fil-ħin tal-użu stmat, il-kundizzjonijiet se jkunu fil-valuri minimi operattivi tal-ajrudorm jew aħjar għal dik l-operazzjoni.

NCC.OP.151   Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani

Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:

(a)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika li, għall-perjodu ta’ minn siegħa qabel sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu, l-avviċinament u l-inżul jistgħu jsiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew

(b)

il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:

(i)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u

(ii)

viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.

NCC.OP.152   Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters

Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:

(a)

proċedura ta’ avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat u l-informazzjoni metoeroloġika attwali tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu

(1)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u

(2)

viżibilità ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. jew

(b)

il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat;

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:

(i)

il-bażi tas-sħab tkun ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;

(ii)

il-viżibilità tkun ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. u

(3)

ma jkunx stabbilit punt tal-ebda ritorn (point of no return — PNR) f’każ ta’ destinazzjoni lil hinn mill-kosta.

NCC.OP.155   Mili tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw

(a)

L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip ‘AVGAS’ (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip ‘wide-cut’ jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw.

(b)

Għat-tipi ta’ fjuwils l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa u l-inġenju tal-ajru għandu jkun mgħammar b’persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.

NCC.OP.160   L-użu tal-kuffji tal-widna

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meħtieġ jaqdi dmiru fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jilbes kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti. Il-kuffji tal-widna għandhom jintużaw bħala l-mezz ewlieni ta’ komunikazzjoni bil-vuċi mal-ATS:

(1)

meta l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art:

(i)

meta tkun qed tasal l-awtorizzazzjoni għat-tluq min-naħa tal-ATC permezz tal-komunikazzjoni bil-vuċi; u

(ii)

meta l-magni jkunu qed jaħdmu;

(2)

waqt it-titjira:

(i)

meta l-inġenju tal-ajru jkun jinsab ’l isfel mill-altitudni ta’ tranżizzjoni; jew

(ii)

meta jkun jinsab f’altitudni ta’ 10 000 pied, skont liema minnhom tkun l-ogħla;

u

(3)

kull meta l-bdot fil-kmand iqis neċessarju.

(b)

Fil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt (a), il-mikrofonu tal-kuffja jew l-apparat ekwivalenti għandu jkun f’pożizzjoni li tippermetti l-użu tiegħu għall-komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet permezz tar-radju.

NCC.OP.165   Ġarr tal-passiġġieri

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:

(a)

Il-passiġġieri jitpoġġew bilqiegћda f’sits fejn, f’każ li jkun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni ta’ emerġenza, dawn ikunu jistgћu jgћinu u mhux ifixklu l-evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru;

(b)

qabel u matul it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f’sit jew f’post u jkollu ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema ta’ restrizzjoni tiegћu maqfula sewwa; and

(c)

l-użu tas-sits minn iktar minn persuna waħda huwa permess biss għal ċerti sits speċifiċi tal-inġenju tal-ajru użati minn adult wieħed u tarbija waħda li tkun marbuta sewwa premezz ta’ ċinturin tas-sikurezza żejjed jew permezz ta’ tagħmir ieħor ta’ restrizzjoni.

NCC.OP.170   Preparazzjoni tal-kompartiment tal-passiġġieri u tal-passaġġ(i)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:

(a)

qabel it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul, ma jkunx hemm ostakli fil-ħruġ u fil-passaġġi tal-evakwazzjoni kollha; u

(b)

qabel it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, it-tagћmir u l-bagalji kollha jkunu marbutin sewwa.

NCC.OP.175   Tipjip abbord

Il-bdot fil-kmand m’għandux jippermetti t-tipjip abbord:

(a)

kull meta dan jitqies li hu neċessarju fl-interess tas-sikurezza;

(b)

waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata l-fjuwil;

(c)

waqt li l-inġenju tal-ajru jkun fuq l-art, sakemm l-operatur ma jkunx stabbilixxa proċeduri biex jitnaqqsu r-riskji waqt l-operazzjonijiet ta’ fuq l-art;

(d)

f’postijiet li mhumiex fiż-żoni awtorizzati gћat-tipjip, fil-kuritur(i) u fil-loki(jiet);

(e)

fil-kompartimenti tal-merkanzija u/jew f’żoni oћrajn fejn tinġarr il-merkanzija li ma tkunx maћżuna f’kontenituri li jkunu jifilћu gћan-nar jew li ma tkunx mgћottija b’kanvas li jiflaћ gћan-nar; u

(f)

f’dawk iż-żoni tal-kompartiment tal-passiġġieri fejn ikun qed jingћata l-ossiġnu.

NCC.OP.180   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha meta l-aktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun turi li fil-ћin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet tat-temp tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat meta l-iktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ћin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet tat-temp fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieћed, ikunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.

(c)

Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti.

NCC.OP.185   Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jkun hemm bżonn isiru l-proċeduri ta’ fuq l-art għat-tneħħija tas-silġ u għal kontra l-formazzjoni tas-silġ fuq inġenju tal-ajru, u l-ispezzjonijiet relatati magħhom, sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista’ jitħaddem b’mod sikur.

(b)

Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont il-punt (a) u skont l-AFM.

NCC.OP.190   Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir

(a)

L-operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri gћat-titjiriet f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew attwali.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jagћti bidu gћal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(c)

Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.

NCC.OP.195   Kundizzjonijiet tat-tlugћ

Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-bdot fil-kmanda gћandu jkun issodisfat li:

(a)

skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew tal-FATO ppjanat li jintuża mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur; u

(b)

se jitħarsu l-valuri minimi operattivi applikabbli tal-ajrudrom.

NCC.OP.200   Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir

(a)

Meta jkun qed iġorr il-passiġġieri jew il-merkanzija, il-bdot fil-kmand ma għandux jissimula:

(1)

sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza: jew

(2)

titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC).

(b)

Minkejja l-punt (a), meta jitwettqu titjiriet ta’ taħriġ minn organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata, tali sitwazzjonijiet jistgħu jiġu simulati flimkien ma’ studenti piloti abbord.

NCC.OP.205   Ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira

(a)

L-operatur gћandu jistabbilixxi proċedura biex jiżgura li waqt it-titjira jitwettqu kontrolli tal-ammont tal-fjuwil u tal-ġestjoni tal-fjuwil.

(b)

F’intervalli regolari l-bdot fil-kmand għandu jikkontrolla li l-ammont ta’ fjuwil li jista’ jintuża li jkun għad fadal għal waqt it-titjira, mhuwiex anqas mill-fjuwil meħtieġ biex jipproċedi lejn ajrudorm jew lejn sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali u li r-riżerva tal-fjuwil ippjanata hija skont kif meħtieġ fil-punt NCC.OP.130 jew il-punt NCC.OP.131.

NCC.OP.210   Użu ta’ ossiġnu supplimentari

Il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti li jkunu essenzjali gћat-tћaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru waqt it-titjira, jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.

NCC.OP.215   Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art

Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.

NCC.OP.220   Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri operattivi u programmi tat-taħriġ meta fl-inġenju tal-ajru tkun installata ACAS u din tkun tista’ tintuża. Meta tintuża ACAS tat-tip II, it-tali proċeduri u taħriġ għandhom ikunu skont ir-Regolament (UE) Nru 1332/2011.

NCC.OP.225   Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew tal-FATO li beħsiebhom jintużaw m’għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.

NCC.OP.230   Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament

(a)

Il-bdot fil-kmand jista’ jibda avviċinament bi strument minkejja l-valuri minimi tal-medda viżwali tar-runway/viżibilità (RVR/VIS) rrappurtati.

(b)

Jekk l-RVR/il-VIS irrappurtata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament ma għandux jitkompla:

(1)

taħt l-1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom; jew

(2)

fil-parti tal-avviċinament finali f’każijiet fejn l-altitudni/l-għoli tad-deċiżjoni (DA/H) jew l-altitudni minima tal-inżul/l-għoli (MDA/H) ikunu iktar minn 1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom.

(c)

Fejn l-RVR ma tkunx disponibbli, il-valuri tal-RVR jistgħu jinkisbu billi wieħed jaqleb il-viżibilità rrappurtata.

(d)

Jekk, wara li jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom, il-RVR/il-VIS irrappurtata taqa’ taħt il-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H.

(e)

L-avviċinament jista’ jitkompla taћt id-DA/H jew l-MDA/H u l-inżul jista’ jintemm, sakemm ir-referenza viżwali x-xierqa għat-tip ta’ operazzjoni ta’ avviċinament u għar-runway ippjanata tkun ġiet stabbilita fid-DA/H jew fl-MDA/H u tibqa’ tinżamm.

(f)

L-RVR fiż-żona ta’ kuntatt mal-art dejjem għandha tkun waћda li torbot.

IS-SUBPARTI C

PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI

NCC.POL.100   Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha

(a)

Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM, jew fil-manwal tal-operat, jekk dan ikun iktar restrittiv.

(b)

Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru.

NCC.POL.105   Massa u bilanċ, tagħbija

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta’ kwalunkwe inġenju tal-ajru permezz ta’ użin reali qabel ma’ jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. L-inġenji tal-ajru għandhom jerġgħu jintiżnu jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż.

(b)

L-użin għandu jitwettaq mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.

(c)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-massa tal-oġġetti kollha tal-operat u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, li huma inklużi fil-massa operattiva tal-inġenju tal-ajru mingħajr tagħbija, inkluża kwalunkwe bagalja tal-ekwipaġġ, billi jiżinhom jew billi juża mases standard għalihom. Għandha tiġi stabbilita l-influwenza tal-pożizzjoni tagħhom fuq iċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru. Meta jintużaw il-mases standard għandhom jintużaw il-valuri tal-massa li ġejjin għall-membri tal-ekwipaġġ sabiex tiġi ddeterminata l-massa operattiva mingħajr tagħbija:

(1)

85 kg, inklużi l-bagalji tal-idejn, għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira/għall-membri tal-ekwipaġġ tekniċi; u

(2)

75 kg għall-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.

(d)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermetti lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija, inkluza kwalunkwe saborra:

(1)

jiżinhom realment;

(2)

billi jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku skont il-mases standard għall-passiġġieri u għall-bagalji; jew

(3)

billi jikkalkola l-massa tal-passiġġieri fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni minn kull passiġġier jew f’isimhom, u billi jżid magħha massa predeterminata biex iqis il-bagalji tal-idejn u l-ilbies, meta l-għadd tas-sits tal-passiġġieri disponibbli fuq l-inġenju tal-ajru jkun:

(i)

anqas minn 10 għall-ajruplani; jew

(ii)

anqas minn sitta għall-ħelikopters.

(e)

Meta jintużaw il-mases standard, għandhom jintużaw il-valuri tal-massa li ġejjin:

(1)

għall-passiġġieri, dawk tat-Tabelli 1 u 2, meta jkun inklużi l-bagalji tal-idejn u l-massa ta’ kwalunkwe tarbija fuq adult f’sit wieħed tal-passiġġieri:

Tabella 1

Mases standard għall-passiġġieri — inġenju tal-ajru b’għadd totali ta’ 20 sit tal-passiġġieri jew aktar

Sits tal-passiġġieri:

20 u iktar

30 u iktar

Maskili

Femminili

Adulti biss

Adulti

88  kg

70  kg

84  kg

Tfal

35  kg

35  kg

35  kg

Tabella 2

Mases standard għall-passiġġieri — inġenju tal-ajru b’għadd totali ta’ 19-il sit tal-passiġġieri jew aktar

Sits tal-passiġġieri

1 – 5

6 – 9

10 – 19

Maskili

104  kg

96  kg

92  kg

Femminili

86  kg

78  kg

74  kg

Tfal

35  kg

35  kg

35  kg

(2)

għall-bagalji:

(i)

għall-ajruplani, meta l-għadd totali tas-sits tal-passiġġieri disponibbli fuq l-ajruplan ikun ta’ 20 jew aktar, il-valuri tal-massa standard għall-bagalji tal-passiġġieri tat-Tabella 3:

Tabella 3

Mases standard għall-bagalji — l-ajruplani b’għadd totali ta’ 20 sit tal-passiġġieri jew aktar

Tip ta’ Titjira

Massa standard għall-bagalji

Domestiċi

11  kg

Fir-reġjun tal-Ewropa

13  kg

Interkontinentali

15  kg

L-oħrajn kollha

13  kg

(ii)

għall-ħelikopters, meta l-għadd totali tas-sits tal-passiġġeri disponibbli fuq il-ħelikopters ikun ta’ 20 jew aktar, il-valuri tal-massa standard għall-bagalji ta’ 13-il kilogramma:

(f)

Għal inġenju tal-ajru bi 19-il sit tal-passiġġieri jew anqas, il-massa reali tal-bagalji tal-passiġġieri:

(1)

jiżinhom realment; jew

(2)

Billi jikkalkulahom fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni mill kull passiġġier, jew f’isimhom. Fejn dan ma jkunx parattiku, għandha tintuża massa standard minima ta’ 13-il kilogramma.

(g)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand jiddetermina l-massa tat-tagħbija tal-fjuwil billi juża d-densità reali jew, jekk din ma tkunx magħrufa, billi juża d-densità kkalkulata skont metodu speċifikat fil-manwal tal-operat.

(h)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura:

(1)

li l-inġenju tal-ajru tiegħu jitgħabba taħt is-superviżjoni ta’ persunal ikkwalifikat; u

(2)

li t-tagħbija tat-traffiku titgħabba b’tali mod li jkun konsistenti mad-dejta użata għall-kalkolu tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru.

(i)

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri li jippermettu lill-bdot fil-kmand ikun konformi ma’ limiti strutturali addizzjonali bħalma huma l-limitazzjonijiet tas-saħħa tal-art, it-tagħbija massima għal kull metru lineari, il-massa massima għal kull kompartiment tal-merkanzija u l-limitu massimu ta’ sits.

(j)

Fil-manwal tal-operat, l-operatur għandu jispeċifika l-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jissodisfaw ir-rekwiżiti mogħtija fil-punti (a) sa (i). Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet previsti.

NCC.POL.110   Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi dejta tal-massa u tal-bilanċ u għandu jipproduċi d-dokumentazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ qabel kull titjira li tispeċifika t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha b’tali mod li l-limiti tal-massa u tal-bilanċ tal-inġenju tal-ajru ma jinqabżux. Id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(1)

ir-reġistrazzjoni u t-tip ta’ inġenju tal-ajru;

(2)

l-identifikazzjoni, in-numru u d-data tat-titjira, kif applikabbli;

(3)

l-isem tal-bdot fil-kmand;

(4)

l-isem tal-persuna li jkun ħejja d-dokument;

(5)

il-massa operattiva mingħajr tagħbija u ċ-ċentru tal-gravità korrispondenti tal-inġenju tal-ajru;

(6)

il-massa tal-fjuwil fit-tlugħ u l-massa tal-fjuwil tal-vjaġġ;

(7)

il-massa tal-oġġetti tal-konsum, minbarra l-fjuwil, jekk dan ikun applikabbli;

(8)

il-komponenti tat-tagħbija, inklużi l-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija u s-saborra;

(9)

il-massa waqt it-tlugħ, il-massa tal-inżul u l-massa tal-inġenju tal-ajru meta fih ma jkun hemm l-ebda fjuwil;

(10)

il-pożizzjonijiet applikabbli taċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru; u

(11)

il-valuri tal-limitu tal-massa u taċ-ċentru tal-gravità.

(b)

F’każijiet fejn id-dokumentazzjoni u d-dejta dwar il-bilanċ u l-massa jiġu ġġenerati permezz ta’ sistema kkompjuterizzata għall-bilanċ u l-massa, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-dejta prodotta.

(c)

Meta il-bdot fil-kmand ma jkunx qed jissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru, il-persuna li tkun qed tissorvelja t-tagħbija tal-inġenju tal-ajru għandha tikkonferma, permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti, li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha huma skont id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa mogħtija mill-bdot fil-kmand. Il-bdot fil-kmand għandu jindika l-aċċettazzjoni tiegħu permezz ta’ firma bl-idejn jew b’mod ieħor ekwivalenti.

(d)

L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri għall-bidliet fit-tagħbija li jsiru fl-aħħar mument biex jiżgura li:

(1)

kwalunkwe bidla li ssir fl-aħħar mument wara li tkun tlestiet id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa tiddaħħal fid-dokumenti tal-ippjanar tat-titjira li jkun fihom id-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa;

(2)

l-għadd massimu permess ta’ bidliet li jsiru fl-aħħar mument fl-għadd ta’ passiġġieri jew fit-tagħbija tal-istiva jkun speċifikat; u

(3)

f’każ li dan l-għadd massimu jinqabeż, titħejja dokumentazzjoni ġdida dwar il-bilanċ u l-massa.

NCC.POL.111   Dejta u dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa — mitigazzjonijiet

Minkejja l-punt NCC.POL.110 (a)(5), il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità ma għandhiex għalfejn titniżżel fid-dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa jekk, pereżempju, id-distribuzzjoni tat-tagħbija ssegwi tabella tal-bilanċ ikkalkulata minn qabel jew jekk ikun jista’ jintwera li għall-operazzjonijiet previsti jista’ jiġi żgurat bilanċ korrett, tkun xi tkun it-tagħbija reali.

NCC.POL.115   Prestazzjoni — punti ġenerali

Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.

NCC.POL.120   Limitazzjonijiet fuq il-massa waqt it-tlugħ — l-ajruplani

L-operatur għandu jiżgura li:

(a)

il-massa tal-ajruplan fil-bidu tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż il-limitazzjonijiet fuq il-massa:

(1)

fit-tlugħ kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.125;

(2)

waqt ir-rotta b’magna waħda wieqfa (OEI) kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.130; u

(3)

fl-inżul kif meħtieġ fil-punt NCC.POL.135,

filwaqt li jistgħu jitqiesu wkoll it-tnaqqis mistenni fil-massa hija u tipproċedi t-titjira u r-rimi tal-fjuwil;

(b)

il-massa fil-bidu tat-tlugħ ma għandha qatt taqbeż il-massa massima waqt it-tlugħ speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, tal-ajrudrom jew tas-sit tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa tat-tlugħ massima, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra; u

(c)

il-massa stmata għall-ħin mistenni tal-inżul fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv ta’ destinazzjoni ma għandha qatt taqbeż il-massa massima tal-inżul speċifikata fl-AFM għall-altitudni tal-pressjoni adegwata għall-elevazzjoni, ta’ dawk l-ajrudromi jew is-siti tal-operat, u jekk dan jintuża baħala parametru għad-determinazzjoni tal-massa massima tal-inżul, kwalunkwe kundizzjoni atmosferika lokali oħra.

NCC.POL.125   Tlugħ — l-ajruplani

(a)

Meta jiddetermina l-massa massima waqt it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jqis dan li ġej:

(1)

id-distanza tat-tlugħ ma għandhiex taqbeż id-distanza disponibbli għat-tlugħ, u d-distanza tal-mogħdija tal-ikklerjar ma għandhiex taqbeż nofs il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;

(2)

il-ġirja tat-tlugħ ikkalkulata ma għandhiex taqbeż il-ġirja tat-tlugħ disponibbli;

(3)

valur wieħed ta’ V1 għandu jintuża għat-tlugħ interrott u għal dak issoktat, meta V1 ikun speċifikat fl-AFM; u

(4)

fuq runway imxarrba jew ikkontaminata, il-massa waqt it-tlugħ ma għandhiex taqbeż dik awtorizzata għat-tlugħ fuq runway xotta mwettaq bl-istess kundizzjonijiet.

(b)

F’każ li tiżviluppa ħsara fil-magna matul it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li:

(1)

għall-ajruplan fejn ikun speċifikat V1 fl-AFM, l-ajruplan għandu jkun jista’ ma jkomplix bit-tlugħ u jieqaf fid-distanza disponibbli għall-aċċellerazzjoni u l-waqfien (ASDA); u

(2)

Għall-ajruplan fejn il-passaġġ nett tat-titjira tat-tlugħ huwa speċifikat fl-AFM, l-ajruplan għandu jkun jista’ jkompli bit-tlugħ u jikklerja l-ostakli kollha tul il-passaġġ tat-titjira b’marġni adegwata sakemm l-ajruplan ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-punt NCC.POL.130.

NCC.POL.130   Waqt ir-rotta — magna waħda wieqfa — l-ajruplani

Il-bdot fil-kmand għandu jżigura li f’każ fejn magna tieqaf taħdem fi kwalunkwe punt tul ir-rotta, ajruplan b’magni multipli għandu jkun jista’ jkompli t-titjira lejn ajrudrom jew sit tal-operat adegwat mingħajr ma jtir fi kwalunkwe punt, taħt l-altitudni tad-distanza minima mill-ostakli.

NCC.POL.135   Inżul — l-ajruplani

Fi kwalunkwe ajrudrom jew sit tal-operat, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura, wara li jkun ikklerja b’marġni sikura l-ostakli kollha fil-passaġġ tal-avviċinament, li l-ajruplan ikun jista’ jinżel u jieqaf, jew fil każ ta’ idroplan li dan jikseb veloċità baxxa b’mod sodisfaċenti, fid-distanza li jkun hemm disponibbli biex l-art tkun tista’ tintlaħaq. Għandhom jitqiesu wkoll b’mod xieraq il-varjazzjonijiet mistennija fit-tekniki tal-avviċinament u tal-inżul, jekk it-tali kalkolu ma sarx fil-iskedar tad-dejta tal-prestazzjoni.

IS-SUBPARTI D

STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR

TAQSIMA 1

L-Ajruplani

NCC.IDE.A.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira beix jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw mal-punt NCC.IDE.A.245;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw mal-punt NCC.IDE.A.250; jew

(4)

huma installati fil-ħelikopter.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

il-fjusis ta’ fuq ir-riħ,

(2)

id-dwal portabbli indipendenti,

(3)

arloġġ preċiż,

(4)

il-kontenitur tal-mapep,

(5)

il-kaxxi tal-ewwel għajnuna,

(6)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,

(7)

l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u

(8)

it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarru fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, minn dan it-tagħmir jew minn dawn l-aċċessorji m’għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew mal-punti NCC.IDE.A.245 u NCC.IDE.A.250; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir m’għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.

(f)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCC.IDE.A.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista tat-tagħmir minimu (MEL) tal-operatur;

(b)

l-operatur ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti biex iħaddem l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL). jew

(c)

l-ajruplan ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCC.IDE.A.110   Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.

NCC.IDE.A.115   Dwal operattivi

L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;

(b)

bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;

(c)

b’dawl għall-inżul;

(d)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;

(e)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;

(f)

b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u

(g)

bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.

NCC.IDE.A.120   Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(5)

iż-żliq, u

(6)

in-numru ‘Mach’ kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri ‘Mach’;

(b)

L-ajruplani li jitħaddmu b’VMC fuq l-ilma u mingħajr ma l-art tkun tidher, jew b’VMC billejl, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-ajruplan ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(i)

id-dawran u ż-żliq,

(ii)

il-pożizzjoni tal-ajruplan,

(iii)

il-veloċità vertikali, u

(iv)

id-direzzjoni stabbilizzata,

(2)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u

(3)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.

(c)

Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(2)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(3)

iż-żliq, jew id-dawran u ż-żliq, kif applikabbli,

(4)

il-pożizzjoni tal-ajruplan, jekk applikabbli,

(5)

il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u

(6)

id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli, u

(7)

in-numru ‘Mach’ kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri ‘Mach’, jekk applikabbli.

NCC.IDE.H.125   Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(5)

il-veloċità vertikali,

(6)

id-dawran u ż-żliq,

(7)

il-pożizzjoni tal-ajruplan,

(8)

id-direzzjoni stabbilizzata,

(9)

it-temperatura tal-arja ta’ barra, u

(10)

in-numru ‘Mach’ kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri ‘Mach’;

(b)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;

(c)

kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(2)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(3)

il-veloċità vertikali,

(4)

id-dawran u ż-żliq,

(5)

il-pożizzjoni tal-ajruplan,

(6)

id-direzzjoni stabbilizzata, u

(7)

in-numru ‘Mach’ kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri ‘Mach’, jekk applikabbli;

(d)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;

(e)

b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika;

(f)

b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl;

(g)

b’tieni mezz indipendenti għall-kejl u għall-wiri tal-altitudni; u

(h)

bi provvista tal-enerġija tal-emerġenza, li tkun indipendenti mis-sistema tal-ġenerazzjoni tal-elettriku prinċipali għall-finijiet tat-tħaddim u tal-illuminazzjoni tas-sistema tal-wiri tal-pożizzjoni tal-ajruplan għal perjodu minimu ta’ 30 minuta. Il-provvista tal-enerġija tal-emerġenza għandha tkun operattiva awtomatikament wara s-sistema prinċipali li tiġġenera l-elettriku tieqaf taħdem għalkollox u għandha tingħata indikazzjoni ċara fuq l-istrument li l-indikatur tal-altitudni qed jitħaddem mill-provvista tal-enerġija tal-emerġenza.

NCC.IDE.A.130   Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR

L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.

NCC.IDE.A.135   Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (TAWS)

L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:

(a)

tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta’ Jannar 2011; jew

(b)

tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta’ Jannar 2011 jew qabel dik id-data;

NCC.IDE.A.140   Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament (UE) Nru 1332/2011, l-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina u li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew MOPSC ta’ iktar minn 19-il sit għandhom ikunu mgħammra b’ACAS II.

NCC.IDE.A.145   Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta jitħaddmu billejl jew f’IMC f’żoni fejn, tul ir-rotta, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord:

(a)

l-ajruplani bi pressjoni;

(b)

l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma; u

(c)

l-ajruplani mingħajr pressjoni li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits.

NCC.IDE.A.150   Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.

(b)

Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.

NCC.IDE.A.155   Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira

L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.

NCC.IDE.A.160   Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota

(a)

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tal-vuċi (CVR):

(1)

l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 27 000 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data; u

(2)

l-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 2 250 kilogramma:

(i)

iċċertifikati biex joperaw b’ekwipaġġ minimu ta’ mill-inqas żewġ bdoti;

(ii)

mgħammra b’magna(i) turbojet jew iktar minn magna turboprop waħda; u

(iii)

u li jkun inħarġilhom ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data.

(b)

Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn (2) preċedenti.

(c)

Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:

(1)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;

(2)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;

(3)

l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra and mask li jkun qed jintuża; u

(4)

is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.

(d)

Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni awtomatikament qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa’ għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.

(f)

Is-CVR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

NCC.IDE.A.165   Reġistratur tad-dejta tat-titjira

(a)

L-ajruplani li għandhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data, għandhom ikunu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.

(b)

L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ajruplan u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 25 sigħat.

(c)

Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ajruplan li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.

(d)

L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta qabel ma l-ajruplan ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament meta l-ajruplan ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

L-FDR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

NCC.IDE.A.170   Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta

(a)

L-ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:

(1)

il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ajruplan u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-bidu tal-kollegament tad-dejta;

(ii)

il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;

(iii)

is-sorveljanza indirizzata;

(iv)

l-informazzjoni dwar it-titjira;

(v)

is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;

(vi)

id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u

(vii)

il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;

(2)

l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ajruplan; u

(3)

l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.

(b)

Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.

(c)

Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt NCC.IDE.A.160.

(d)

Ir-reġistratur għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

(e)

Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti NCC.IDE.A.160 (d) u (e).

NCC.IDE.A.175   Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota

Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u mar-rekwiżiti tal-FDR permezz ta’:

(a)

reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR; jew

(b)

żewġ reġistraturi kkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota, fil-każ li l-ajruplan jeħtieġ li jkun mgħammar b’CVR jew b’FDR.

NCC.IDE.A.180   Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;

(3)

b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;

(4)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità:

(i)

f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira u f’kull sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot; u

(ii)

f’kull sit tal-osservatur li jkun jinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;

u

(5)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, fil-każ ta’ ajruplani li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1980.

(b)

Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu:

(1)

jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda; u

(2)

jinkludi żewġ strixxi li jintlibsu fuq l-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jkunu jistgħu jintużaw b’mod indipendenti fis-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira, fi kwalunkwe sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot u fis-sits għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.

NCC.IDE.A.185   Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess

L-ajruplani li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.

NCC.IDE.A.190   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna skont it-Tabella 1.

Tabella 1

Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa

Għadd ta’ sits tal-passiġġieri installati

Għadd ta’ kaxex għall-ewwel għajnuna meħtieġa

0 – 100

1

101 – 200

2

201 – 300

3

301 – 400

4

401 – 500

5

501 sit jew aktar

6

(b)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

NCC.IDE.A.195   Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni

(a)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u:

(i)

100 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti;

(ii)

mill-anqas 30 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu, f’każ ta’ telf ta’ pressjoni u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tat-titjira, l-altitudni tal-pressjoni fil-komparitment tal-passiġġieri se tkun bejn 14 000 u 15 000 pied. u

(iii)

mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 14 000 pied;

(2)

l-okkupanti kollha fil-kompartiment tal-passiġġieri għal mhux anqas minn 10 minuti, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu f’altitudnijiet ’il fuq minn 25 000 pied, jew taħt dik l-altitudni, iżda f’kundizzjonijiet li ma jippermettilhomx jinżlu b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni ta’ 13 000 pied f’temp ta’ 4 minuti.

(c)

Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni; u

(2)

b’maskri tal-ossiġnu li jintlibsu malajr għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira;

NCC.IDE.A.200   Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni

(a)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied u

(2)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.

NCC.IDE.A.205   Ċilindru jew pompa għat-tifi tan-nar

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:

(1)

fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u

(2)

f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.

(b)

It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.

NCC.IDE.A.206   Imnanar tas-salvataġġ u skarpellini

(a)

L-ajruplani li jkollhom MCTOM ta’ iktar minn 5 700 kilogramma jew li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’mannara waħda tas-salvataġġ jew bi skarpellina waħda li tkun tinsab fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.

(b)

Fil-każ ta’ ajruplani li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn 200 sit, għandha tkun installata mannara tas-salvataġġ jew skarpellina addizzjonali fiż-żona tal-passaġġ li jkun jinsab l-eqreb għal denb l-ajruplan jew qribu.

(c)

Il-passiġġieri m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw l-imnanar tas-salvataġġ u l-iskarpellini li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġġieri.

NCC.IDE.A.210   Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.

Figura 1

Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Image

NCC.IDE.A.215   Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) ta’ kwalunkwe tip li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008;

(2)

b’ELT awtomatiku wieħed li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008.

(b)

ELTs ta’ kwalunkwe tip għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.

NCC.IDE.A.220   Titjir fuq l-ilma

(a)

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li jkunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:

(1)

l-ajruplani tal-art li jitħaddmu fuq l-ilma f’distanzi ta’ iktar minn 50 mil nawtiku mill-kosta jew li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom jew f’sit tal-aoperat li fih, skont l-opinjoni tal-bdot fil-kmand, il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza; u

(2)

l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma.

(b)

Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.

(c)

L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-idroplan fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u

(2)

b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fl-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.

(d)

Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(1)

tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;

(2)

biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u

(3)

tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.

NCC.IDE.A.230   Tagħmir tas-sopravivenza

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;

(2)

tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u

(3)

b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar l-ajruplan, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.

(b)

It-tagħmir l-ieħor tas-sopravivenza speċifikat fil-punt (a)(3) m’hemmx għalfejn jinġarr abbord meta l-ajruplan:

(1)

jibqa’ f’distanza ’l bogħod miż-żona fejn it-tiftix u s-salvataġġ ma jkunux partikularment diffiċli li tkun tikkorrispondi għal:

(i)

120 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari b’magna waħda wieqfa (OEI), għall-ajruplani li jistgħu jkomplu jtiru lejn ajrudrom, f’każ li l-magna/l-magni kritika/kritiċi tkun waqfet taħdem/ikunu waqfu jaħdmu fi kwalunkwe punt tul ir-rotta jew ir-rotot ta’ devjazzjoni previsti; jew

(ii)

30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari għall-ajruplani l-oħra kollha;

jew

(2)

jibqa’ f’distanza li ma tkunx akbar minn dik li tikkorrispondi għal 90 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari minn żona li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza, għall-ajruplani ċċertifikati skont l-istandard tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCC.IDE.A.240   Kuffji tal-widna

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira fil-post assenjat lilhom fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.

(b)

L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema manwali għall-kontroll tal-‘pitch’ u r-‘roll’ għal kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.

NCC.IDE.A.245   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista”:

(1)

jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom

(2)

jirċievi informazzjoni meteoroloġika fi kwalunkwe ħin matul it-titjira;

(3)

jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u

(4)

jipprovdi komunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.

(b)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.

NCC.IDE.A.250   Tagħmir tan-navigazzjoni

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:

(1)

il-pjan tat-titjira ATS, jekk dan ikun applikabbli; u

(2)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

(b)

L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur.

(c)

L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.

NCC.IDE.A.255   Transponder

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar l-ajruplan.

NCC.IDE.A.260   Ġestjoni elettronika tad-dejta tan-navigazzjoni

(a)

L-operatur għandu juża biss prodotti elettroniċi tad-dejta tan-navigazzjoni li jappoġġaw applikazzjoni tan-navigazzjoni li tilħaq l-istandards tal-integrità li huma adattati għall-użu maħsub tad-dejta.

(b)

Meta l-prodotti elettroniċi tad-dejta tan-navigazzjoni jappoġġaw applikazzjoni tan-navigazzjoni li tkun meħtieġa għal operazzjoni li għaliha tkun meħtieġa approvazzjoni skont l-Anness V (il-Parti-SPA) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, l-operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-proċess applikat u l-prodotti mogħtija jilħqu l-istandards tal-integrità adattati għall-użu maħsub tad-dejta.

(c)

L-operatur għandu jimmonitorja b’mod kontinwu l-integrità kemm tal-proċess kif ukoll tal-prodotti, jew direttament jew billi jimmonitorja l-konformità tal-fornituri terzi.

(d)

L-operatur għandu jiżgura d-distribuzzjoni u d-dħul f’waqthom tad-dejta elettronika tan-navigazzjoni, li tkun attwali u mhux mibdula, għall-ajruplani kollha li jkunu jeħtiġuha.

TAQSIMA 2

Il-ħelikopters

NCC.IDE.H.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira beix jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCC.IDE.H.245;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCC.IDE.H.250; jew

(4)

huma installati fil-ħelikopter.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dawl portabbli indipendenti,

(2)

arloġġ preċiż,

(3)

il-kontenitur tal-mapep,

(4)

il-kaxxa tal-ewwel għajnuna,

(5)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,

(6)

l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u

(7)

it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, minn dan it-tagħmir jew minn dawn l-aċċessorji m’għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira, sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew mal-punti NCC.IDE.H.245 u NCC.IDE.H.250; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir m’għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jippermettu lill-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jara l-indikazzjonijiet faċilment mill-post tiegħu, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u mil-linja ta’ viżjoni li huwa normalment jassumi meta jħares ’il quddiem fid-direzzjoni tal-passaġġ tat-titjira.

(f)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCC.IDE.H.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-lista tat-tagħmir minimu (MEL) tal-operatur;

(b)

l-operatur ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti biex iħaddem l-ajruplan fil-limiti tal-lista tat-tagħmir minimu ta’ referenza (MMEL); jew

(c)

il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCC.IDE.H.115   Dwal operattivi

Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;

(b)

bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;

(c)

b’dawl għall-inżul;

(d)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;

(e)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;

(f)

b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u

(g)

bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.

NCC.IDE.H.120   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata, u

(5)

iż-żliq.

(b)

Il-ħelikopters li jitħaddmu b’VMC fuq l-ilma u mingħajr ma l-art tkun tidher, jew b’VMC billejl, jew meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom il-ħelikopter ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(i)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(ii)

il-veloċità vertikali, u

(iii)

id-direzzjoni stabbilizzata,

(2)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u

(3)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.

(c)

Kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(2)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(3)

iż-żliq,

(4)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter, jekk applikabbli

(5)

il-veloċità vertikali; jekk applikabbli, u

(6)

id-direzzjoni stabbilizzata, jekk applikabbli.

NCC.IDE.H.125   Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR li jsiru binhar — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(5)

il-veloċità vertikali,

(6)

iż-żliq,

(7)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(8)

id-direzzjoni stabbilizzata; u

(9)

it-temperatura tal-arja ta’ barra;

(b)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;

(c)

kull meta għall-operazzjoni jkunu meħtieġa żewġ bdoti, b’mezz separat addizzjonali għat-tieni bdot għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(2)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(3)

il-veloċità vertikali,

(4)

iż-żliq,

(5)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter, u

(6)

id-direzzjoni stabbilizzata;

(d)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe funzjonament ħażin fis-sistemi li jindikaw il-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punti (a)(4) u (h)(2), minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ;

(e)

b’sors alternattiv ta’ pressjoni statika;

(f)

b’kontenitur tal-mapep li jkun jinsab f’pożizzjoni li minnha wieħed ikun jista’ jaqra l-mapep faċilment u li jkun jista’ jiddawwal għall-operazzjonijiet li jitwettqu billejl; u

(g)

b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument stand-by.

NCC.IDE.H.130   Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.

NCC.IDE.H.145   Tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord

Il-ħelikopters li jkollhom MOPSC ta’ iktar minn disa’ sits u li jitħaddmu skont l-IFR jew billejl għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord meta r-rapporti attwali tat-temp ikunu jindikaw li, tul ir-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, ikunu mistennija maltempati bir-ragħad jew kundizzjonijiet tat-temp oħrajn li jistgħu jkunu perikolużi, u li huma meqjusa bħala kundizzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mit-tagħmir għall-identifikazzjoni tat-temp abbord.

NCC.IDE.H.150   Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet imwettqin billejl f’kundizzjonijet li jiffavorixxu l-formazzjoni tas-silġ

(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistenni jew attwali għandhom ikunu mgħammra b’mezzi li jdawlu jew jidentifikaw il-formazzjoni tas-silġ.

(b)

Il-mezzi li jdawlu l-formazzjoni tas-silġ ma għandhom jikkawżaw l-ebda dija jew riflessjoni li tista’ tfixkel lill-membri tal-ekwipaġġ fil-qadi tal-kompiti tagħhom.

NCC.IDE.H.155   Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira

Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.

NCC.IDE.H.160   Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota

(a)

Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 7 000 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’CVR.

(b)

Is-CVR għandu jkun kapaċi li jikseb id-dejta rreġistrata matul mill-inqas is-sagħtejn ta’ qabel.

(c)

Is-CVR għandu jirreġistra, b’referenza għal skala tal-ħin:

(1)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f’dak il-kompartiment;

(2)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta’ telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;

(3)

L-ambjent tas-smigħ tal-kabina tal-pilota, inkluż mingħajr interruzzjoni, is-sinjali akustiċi li jkunu waslui minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ; kif ukoll

(4)

is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.

(d)

Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista’ jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

Minbarra l-punt (d), skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista’ jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.

(f)

Is-CVR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

NCC.IDE.H.165   Reġistratur tad-dejta tat-titjira

(a)

Il-ħelikopters b’MCTOM ta’ aktar minn 3 175 kg u li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara dik id-data għandhom jiġu mgħammra b’reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) li juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta kif ukoll li għalih huwa disponibbli metodu biex tinstab minnufih dik id-dejta mill-mezz tal-ħażna.

(b)

L-FDR għandu jirreġistra l-parametri meħtieġa biex jiġu stabbiliti b’mod preċiż il-passaġġ tat-titjira, il-veloċità, il-pożizzjoni, il-qawwa tal-magna, il-konfigurazzjoni u l-operazzjoni tal-ħelikopter u għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata tal-anqas matul l-aħħar 10 sigħat.

(c)

Id-dejta għandha tinkiseb minn sorsi tal-ħelikopter li jippermettu korrelazzjoni eżatta mal-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.

(d)

L-FDR għandu jibda jirreġistra d-dejta b’mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter ikun jista’ jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf b’mod awtomatiku meta l-ħelikopter ma jkunx jista’ jimxi iktar bil-qawwa tiegħu stess.

(e)

L-FDR għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

NCC.IDE.H.170   Reġistrazzjoni tal-kollegamenti bejn id-dejta

(a)

Il-ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara, li għandhom il-kapaċità jwettqu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li jridu jkunu mgħammra b’CVR, għandhom jirreġistraw fuq reġistratur, fejn ikun applikabbli:

(1)

il-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta marbutin mal-komunikazzjonijiet tal-ATS lill-ħelikopter u minnu, inklużi l-messaġġi li japplikaw għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-bidu tal-kollegament tad-dejta;

(ii)

il-komunikazzjonijiet bejn il-bdot u l-kontrollur;

(iii)

is-sorveljanza indirizzata;

(iv)

l-informazzjoni dwar it-titjira;

(v)

is-sorveljanza tax-xandir tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;

(vi)

id-dejta tal-kontroll operattiv tal-inġenju tal-ajru, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema; u

(vii)

il-grafika, safejn dan ikun possibbli minħabba l-arkitettura tas-sistema;

(2)

l-informazzjoni li tippermetti l-korrelazzjoni ma’ kull rekord assoċjat li huwa marbut mal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta u li huwa maħżun f’post differenti mill-ħelikopter; u

(3)

l-informazzjoni dwar il-ħin u l-prijorità tal-messaġġi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta, filwaqt li titqies l-arkitettura tas-sistema.

(b)

Ir-reġistratur għandu juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-dejta u l-informazzjoni, u għandu juża metodu biex tiġi estratta faċilment dik id-dejta. Il-metodu tar-reġistrazzjoni għandu jkun tali li jippermetti li d-dejta tkun taqbel mad-dejta rreġistrata fuq l-art.

(c)

Ir-reġistratur għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas għall-istess tul ta’ ħin stabbilit għas-CVRs fil-punt NCC.IDE.H.160.

(d)

Ir-reġistratur għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun fl-ilma.

(e)

Ir-rekwiżiti applikabbli għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tar-reġistratur huma l-istess bħar-rekwiżiti applikabbi għal-loġika tal-bidu u tal-waqfien tas-CVR mogħtija fil-punti NCC.IDE.H.160 (d) u (e).

NCC.IDE.H.175   Reġistratur ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota

Tista’ tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti tas-CVR u tal-FDR billi abbord jinġarr reġistratur wieħed ikkombinat għad-dejta tat-titjira u għall-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-kabina tal-pilota.

NCC.IDE.H.180   Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;

(3)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2012;

(4)

b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar;

(5)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira; u

(6)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 1980.

(b)

Ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu:

(1)

jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda; u

(2)

jinkludi żewġ strixxi li jintlibsu fuq l-ispalel u ċinturin tas-sikurezza li jkunu jistgħu jintużaw b’mod indipendenti fis-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira, fi kwalunkwe sit li jkun ħdejn is-sit tal-bdot u fis-sits għall-għadd minimu ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa.

NCC.IDE.H.185   Sinjali biex jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza u biex javżaw li t-tipjip mhux permess

Il-ħelikopters li fihom is-sits tal-passiġġieri ma jkunux jidhru kollha mis-sit(s) tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’mezz biex il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina kollha jintwerew meta għandhom jintrabtu biċ-ċinturini tas-sikurezza u meta ma jkunx permess it-tipjip.

NCC.IDE.H.190   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’kaxxa waħda għall-ewwel għajnuna.

(b)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

NCC.IDE.H.200   Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni

(a)

Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; u

(2)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.

NCC.IDE.H.205   Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:

(1)

fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u

(2)

f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.

(b)

It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.

NCC.IDE.H.210   Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.

Figura 1

Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Image

NCC.IDE.H.215   Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ELT awtomatiku wieħed.

(b)

Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq titjura fuq l-ilma b’appoġġ għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f’ambjent ostili u minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell, għandhom ikunu mgħammra b’ELT li jkun jista’ jiġi attivat b’mod awtomatiku (ELT(AD)).

(c)

ELT ta’ kwalunkwe tip għandu jkun jista’ jittrażmetti b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.

NCC.IDE.H.225   Ġkieket tas-salvataġġ

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:

(1)

fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell;

(2)

fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew

(3)

waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.

(b)

Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.

NCC.IDE.H.226   Lbies ta’ sopravivenza għall-ekwipaġġ

Kull membru tal-ekwipaġġ għandu jilbes lbies ta’ sopravivenza meta jkun qed jaħdem:

(a)

fuq titjira b’appoġġ għal operazzjonijiet lil hinn mill-kosta fuq l-ilma, minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir b’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell u meta;

(1)

ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-plus 10 °C matul it-titjira, jew

(2)

il-ħin stmat għas-salvataġġ ikun jaqbez il-ħin stmat ta’ sopravivenza;

jew

(b)

jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju billi jqis il-kundizzjonijiet li ġejjin

(1)

titjiriet fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art jew inżul ta’ emerġenza sikur, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; u

(2)

ir-rapport jew it-tbassir tat-temp għad-disponibbiltà tal-bdot fil-kmand jindikaw li t-temperatura tal-baħar se tkun taħt il-plus 10 °C matul it-titjira.

NCC.IDE.H.227   Ċattri tas-salvataġġ, ELTs tas-sopravivenza u tagħmir tas-sopravivenza għal titjiriet fuq l-ilma fuq distanza estiża

Il-ħelikopters li jitħaddmu:

(a)

fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita moderata normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew

(b)

fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkun jista’ jżomm titjir f’livell, u jekk jiddeċiedi hekk il-bdot fil-kmand permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju;

għandhom ikunu mgħammra:

(1)

fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr inqas minn 12-il persona, tal-inqas ċattra waħda tas-salvataġġ b’kapaċità mkejla ta’ mhux inqas mill-għadd massimu ta’ persuni abbord, li għandha tkun stivata b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħha f’każ ta’ emerġenza;

(2)

fil-każ ta’ ħelikopter li jkun qed iġorr iktar minn 11-il persona, tal-inqas żewġ ċattri tas-salvataġġ, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza, li flimkien ikunu biżżejjed biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jistgħu jinġarru abbord u li jkollhom il-kapaċità ta’ tagħbija żejda suffiċjenti biex fihom joqogħdu l-persuni kollha li jkunu abbord il-ħelikopter f’każ li waħda minnhom tintilef;

(3)

tal-inqas ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) wieħed għal kull ċattra tas-salvataġġ meħtieġa; u

(4)

tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.

NCC.IDE.H.230   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’tagħmir għas-sinjali sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;

(b)

tal-inqas ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)); u

(c)

b’tagħmir ieħor tas-sopravivenza għar-rotta li minnha għandu jittajjar il-ħelikopter, filwaqt li jitqies l-għadd ta’ persuni abbord.

NCC.IDE.H.231   Rekwiżiti addizzjonali għall-ħelikopters li jkunu qed iwettqu operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f’żona tal-baħar ostili

Il-ħelikopters li jitħaddmu f’operazzjonijiet lil hinn mill-kosta f’żona tal-baħar ostili f’distanza li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali ’l bogħod mill-art, għandhom jikkonformaw mal-affarijiet li ġejjin:

(a)

Meta r-rapporti tat-temp jew it-tbassir tat-temp li l-bdot fil-kmand ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu jkunu jindikaw li, matul it-titjira, it-temperatura tal-baħar se tkun inqas minn + 10 °C, jew meta l-ħin stmat ta’ salvataġġ ikun jaqbeż il-ħin ikkalkulat ta’ sopravivenza, jew meta t-titjira hi ppjanata li ssir billejl, il-persuni kollha abbord għandhom jilbsu lbies ta’ sopravivenza.

(b)

Iċ-ċattri tas-salvataġġ kollha li jkunu qed jinġarru abbord skont il-punt NCC.IDE.H.227 għandhom ikunu installati b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fil-kundizzjonijiet tal-baħar li fihom ikunu ġew evalwati l-karatteristiċi tal-inżul ta’ emerġenza, tal-għawm f’wiċċ l-ilma u tat-‘trim’ tal-ħelikopter sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-inżul ta’ emerġenza għaċ-ċertifikazzjoni.

(c)

il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ dawl tal-emerġenza li jkollha provvista tal-enerġija indipendenti, sabiex tipprovdi sors ta’ tidwil ġenerali tal-kabina ħalli titħaffef l-evakwazzjoni tal-ħelikopter.

(d)

Il-ħruġ kollu tal-emerġenza, inkluż il-ħruġ tal-emerġenza tal-ekwipaġġ, u l-mezzi biex jinfetħu bihom, għandhom ikunu mmarkati b’mod evidenti biex jipprovdu gwida lill-okkupanti li jkunu qed jużawhom fid-dawl tax-xemx jew fid-dlam. Dawn il-marki għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jibqgħu jidhru f’każ li l-ħelikopter jinqaleb ta’ taħt fuq u l-kabina tkun taħt wiċċ il-baħar.

(e)

Il-bibien kollha li ma jkunux jistgħu jintremew u li jkunu ddisinjati bħala ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza għandhom ikollhom mezz biex jinżammu miftuħin, sabiex ma jfixklux il-ħruġ tal-okkupanti fil-kundizzjonijiet kollha tal-baħar, sal-punt massimu meħtieġ għall-evalwazzjoni tal-inżul ta’ emerġenza u tal-għawm f’wiċċ l-ilma.

(f)

Il-bibien u t-twieqi kollha jew il-ftuħ l-ieħor kollu fil-kompartiment tal-passiġġieri intenzjonati għall-iskop ta’ evakwazzjoni taħt l-ilma, għandhom ikunu mgħammra b’tali mod li jkunu jistgħu jintużaw f’emerġenza.

(g)

Il-ġkieket tas-salvataġġ għandhom jintlibsu l-ħin kollu, sakemm il-passiġġier jew il-membru tal-ekwipaġġ ma jkunx liebes ilbies ta’ sopravivenza integrat li jkun jissodisfa r-rekwiżiti kkombinati tal-ilbies ta’ sopravivenza u tal-ġkieket tas-salvataġġ.

NCC.IDE.H.232   Ħelikopters iċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma — tagħmir varju

Il-ħelikopters li jkunu ċċertifikati biex joperaw fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’ankra tal-wiċċ u tagħmir ieħor meħtieġ sabiex jiffaċilita l-irmiġġ, l-ankrar jew l-immanuvrar tal-ħelikopter fuq l-ilma, li jkunu adattati għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tiegħu; u

(b)

b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss preskritti fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.

NCC.IDE.H.235   Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — nżul ta’ emerġenza

Il-ħelikopters għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jkunu jistgħu jinżlu fuq l-ilma jew ikunu ċċertifikati biex iwettqu nżul ta’ emerġenza skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti jew ikunu mgħammru b’apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma meta jitħaddmu għal titjira fuq l-ilma f’ambjent ostili minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun tikkorrispondi għal iktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċità regolari normali.

NCC.IDE.H.240   Kuffji tal-widna

Kull meta tkun meħtieġa sistema ta’ komunikazzjoni permezz tar-radju u/jew sistema tan-navigazzjoni bir-radju, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kuffji tal-widna li jkollhom mikrofonu tal-kuffja jew apparat ekwivalenti u buttuna ta’ trażmissjoni fuq il-kontrolli tat-titjira għal kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat lilu.

NCC.IDE.H.245   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl jew skont l-IFR, jew meta jkun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli, għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju li jkun jista’:

(1)

jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet għall-finijiet tal-kontroll tal-ajrudrom

(2)

jirċievi informazzjoni meteoroloġika.

(3)

jwettaq komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet fi kwalunkwe ħin matul it-titjira ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi u fuq dawk il-frekwenzi preskritti mill-awtorità xierqa; u

(4)

jipprovdi komunikazzjoni fuq il-frekwenza tal-emerġenza ajrunawtika 121,5 MHz.

(b)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.

(c)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt NCC.IDE.H.155, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-posta assenjat tiegħu.

NCC.IDE.H.250   Tagħmir tan-navigazzjoni

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni li jiffaċilita li jipproċedu skont:

(1)

il-pjan tat-titjira ATS, jekk dan ikun applikabbli; u

(2)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

(b)

Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur.

(c)

Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.

NCC.IDE.H.255   Transponder

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) li jkun jirrapporta l-altitudni tal-pressjoni u bi kwalunkwe kapaċità oħra ta’ transponder tas-SSR li tkun meħtieġa għar-rotta li minnha jkun qed jittajjar il-ħelikopter.’


ANNESS IV

“ANNESS VII

OPERAZZJONIJIET MHUX KUMMERĊJALI BL-AJRU B’INĠENJI TAL-AJRU KUMPLESSI U LI JAĦDMU BIL-MAGNI

[Il-PARTI-NCO]

IS-SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

NCO.GEN.100   Awtorità kompetenti

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat.

(b)

Fil-każ li l-inġenju tal-ajru huwa rreġistat f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur huwa stabbilit jew residenti.

NCO.GEN.101   Mezzi ta’ konformità

Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

NCO.GEN.102   Glajders bil-mutur li jistgħu jintużaw għal distanzi twal (Touring motor gliders -TMGs) u glajders bil-mutur (powered sailplanes)

(a)

It-TMGs għandhom jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti għal:

(1)

ajruplani meta jiħaddmu b’magna; u

(2)

glajders meta jitħaddmu mingħajr magna.

(b)

It-TMGs għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-ajruplani sakemm mhux speċifikat mod ieħor fis-Subparti D.

(c)

Il-glajders bil-mutur, esklużi t-TMGs, għandhom jitħaddmu u għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti għall-glajders.

NCC.GEN.105   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu:

(1)

ikun responsabbli għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri kollha u tal-merkanzija kollha abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru kif imsemmi fil-Punt 1.c tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(2)

ikun responsabbli għall-bidu, għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;

(3)

jiżgura li l-proċeduri operattivi u l-listi ta’ kontroll kollha huma mħarsa skont il-manwal tal-operat u kif imsemmi fil-punt 1.b tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(4)

jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:

(i)

l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;

(ii)

l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;

(iii)

l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhix permessal-operazzjoni b’tagħmir mhux operattiv bil-lista ta’ tagħmir minimu (Minimum Equipment List — MEL) jew b’dokument ekwivalenti, kif mitlub fil-punt NCC.IDE.S.105 jew NCC.IDE.B.105;

(iv)

il-massa tal-inġenju tal-ajru u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, il-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista’ tiġi eżegwita fil-limiti preskritti fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

(v)

it-tagħmir, il-bagalji u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u sikuri u evakwazzjoni ta’ emerġenza tkun għadha possibbli; u

(vi)

il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual — AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira;

(5)

ma jibdiex b’titjira fil-każ li huwa ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;

(6)

ikun responsabbli li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;

(7)

jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista ta’ tagħmir minimu (minimum equipment list/MEL); u

(8)

ikun responsabbli għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru.

(b)

Waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membri tal-ekwipaġġ kollha għandhom ikunu bilqiegħda fil-post assenjat tagħhom u ma għandhom iwettqu l-ebda attività minbarra dawk meħtieġa għat-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna, bagalja jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.

(d)

Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.

(e)

Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.

(f)

Matul it-titjira, il-bdot fil-kmand għandu:

(1)

għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, iżomm iċ-ċinturin tas-sikurezza tiegħu meta jkun f’postu; u

(2)

jibqa’ fil-kontrolli tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin ħlief meta bdot ieħor ikun qed jieħu l-kontrolli hu.

(g)

Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.

(h)

Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.

NCC.GEN.106   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand — blalen tal-arja

Minbarra l-punt NCO.GEN.105, il-bdot fil-kmand għandu:

(a)

ikun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni ta’ qabel it-titjira lil dawk il-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja; u

(b)

jiżgura li l-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja jilbsu lbies protettiv.

NCC.GEN.110   Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi jew is-siti tal-operat li għandhom jintużaw u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom kif imsemmija fil-punt 1.a tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

NCO.GEN.115   Taxiing tal-ajruplani

Ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:

(a)

tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew

(b)

tkun inħatret mill-operatur u:

(1)

tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;

(2)

tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;

(3)

tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; u

(4)

tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.

NCC.GEN.12O   Tħaddim tar-rotor — ħelikopters

Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.

NCO.GEN.125   Tagħmir elettroniku portabbli

Il-bdot fil-kmand ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device — PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi u tat-tagħmir tal-ajruplan.

NCC.GEN.130   Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord

Għajr fit-tlugħ u l-inżul tal-inġenju tal-ajru fl-istess ajrudrom/sit tal-operat, l-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).

NCO.GEN.135   Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord

(a)

Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(1)

il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;

(2)

iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;

(3)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);

(4)

iċ-ċertifikat tal-istorbju, jekk applikabbli;

(5)

il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;

(6)

il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;

(7)

iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;

(8)

il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;

(9)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(10)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;

(11)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;

(12)

il-MEL jew is-CDL, jekk applikabbli; u

(13)

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.

(b)

Minkejja l-punt (a), għat-titjiriet:

(1)

li t-tlugħ u l-inżul tagħhom huma ppjanati fl-istess ajrudrom/sit tal-operat; jew

(2)

li jibqgħu f’distanza jew f’żona kif determinata mill-awtorità kompetenti,

id-dokumenti u l-informazzjoni fil-punti (a)(2) sa (a)(8) jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat.

(c)

Minkejja l-punt (a), għal titjiriet f’blalen tal-arja jew fuq glajders, esklużi t-TMGs, id-dokumenti u l-informazzoni fil-punti (a)(2) sa (a)(8) u (a)(11) sa (a)(13) jistgħu jinġarru fuq il-vettura li tiġbor kollox lura.

(d)

Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab mill-awtorità kompetenti, il-bdot fil-kmand għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord.

NCC.GEN.140   Trasport ta’ oġġetti perikolużi

(a)

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, kif emendata l-aħħar u estiża bil-“Technical Instructions for the Safe Transport of Dangerous Goods by Air” (id-dokument 9284-AN/905 tal-ICAO), inklużi s-supplimenti tagħha u kwalunkwe addenda jew rettifika oħra għaliha.

(b)

L-oġġetti perikolużi għandhom jinġarru biss mill-operatur approvat skont l-Anness V (Parti-SPA), Subparti G, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ħlief meta:

(1)

dawn ma jkunux suġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew

(2)

jinġarru mill-passiġġieri jew mill-bdot fil-kmand, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi;

(3)

jinġarru mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru ELA2.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.

(d)

Skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi, il-bdot fil-kmand għandu jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità xierqa tal-Istat tal-okkorrenza fil-każ ta’ kwalunkwe aċċident jew inċident marbut ma’ oġġetti perikolużi.

(e)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar l-oġġetti perikolużi skont l-Istruzzjonijiet Tekniċi.

NCO.GEN.145   Reazzjoni immedjata għal problema ta’ sikurezza

L-operatur għandu jimplimenta:

(a)

kwalunkwe miżura tas-sikurezza li l-awtorità kompetenti tkun qabbditu jimplimenta skont il-punt ARO.GEN.135(c); u

(b)

kwalunkwe informazzjoni obbligatorja rilevanti marbuta mas-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inklużi d-direttivi tal-ajrunavigabbiltà.

NCO.GEN.150   Ġurnal tal-vjaġġ

Għal kull titjira, jew għal kull serje ta’ titjiriet, għandhom jinżammu d-dettalji tal-inġenju tal-ajru, tal-ekwipaġġ tiegħu u ta’ kull vjaġġ, f’forma ta’ ġurnal tal-vjaġġ jew ta’ dokument ekwivalenti.

NCO.GEN.155   Lista tat-tagħmir minimu

(a)

Tista’ tiġi stabbilita MEL li tqis kif ġej:

(1)

għall-fini tal-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, id-dokument għandu jipprovdi, skont kundizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikolari, għal oġġetti ta’ tagħmir jew għal funzjonijiet mhux operattivi fil-bidu tat-titjira;

(2)

id-dokument għandu jiġi mħejji għal kull inġenju tal-ajru individwali, filwaqt li jqis il-kundizzjonijiet ta’ operat u ta’ manutenzjoni rilevanti tal-operatur; u

(3)

Il-MEL għandha tkun ibbażata fuq il-Master Minimum Equipment List (MMEL), kif definita fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1) u ma għandhiex tkun anqas restrittiva mill-MMEL.

(b)

Il-MEL u kull emenda għaliha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti.

IS-SUBPARTI B

PROĊEDURI OPERATTIVI

NCO.OP.100   Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat

Il-bdot fil-kmand gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni kkonċernata.

NCO.OP.105   Speċifikazzjoni ta’ ajrudromi iżolati — ajruplani

Għall-għażla ta’ ajrudromi alternattivi u l-politika tal-fjuwil, il-bdot fil-kmand għandu jikkunsidra ajrudrom bħala ajrudrom iżolat jekk il-ħin tat-titjira lejn l-ajrudrom alternattiv fl-eqreb destinazzjoni xierqa hija aktar minn:

(a)

għall-ajruplani b’magni bil-pistuni, 60 minuta; jew

(b)

għall-ajruplani b’magni bit-turbina, 90 minuta.

NCO.OP.110   il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Għat-titjiriet li jsiru skont ir-regoli tat-titjir bl-istrumenti (IFR) il-bddot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom għal kull tluq, destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv. Dawn il-valuri minimi:

(1)

ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn dawk stabbiliti mill-Istat li fihom l-ajrudrom ikun jinstab, ћlief meta dawn jiġu approvati speċifikament minn dak l-Istat; u

(2)

għal operazzjonijiet b’viżibilità baxxa, għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti skont l-Anness V (Parti SpA), is-Subparti E tar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(b)

Huwa u jagħżel il-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom, il-bdot fil-kmand għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

it-tip, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi tal-immaniġġjar tal-inġenju tal-ajru;

(2)

il-kompetenza u l-esperjenza tiegħu;

(3)

id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways jew taż-żoni ta’ tlugħ u ta’ avviċinament finali (FATOs) li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;

(4)

l-adegwatezza u l-prestazzjoni tal-għajnuna viżwali u mhux viżwali li tkun disponibbli fuq l-art;

(5)

it-tagћmir disponibbli fl-inġenju tal-ajru gћall-fini tan-navigazzjoni u/jew tal-kontroll tal-passaġġ tat-titjira matul it-tlugħ, l-avviċinament, il-flare, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milћuq;

(6)

l-ostakli fl-avviċinament, l-avviċinament mhux milћuq u ż-żoni tat-tlugћ inizjali meћtieġa gћat-twettiq tal-proċeduri ta’ kontinġenza;

(7)

l-altitudni/l-gћoli tad-distanza mill-ostakli gћall-proċeduri ta’ avviċinament bi strument;

(8)

il-mezzi biex jiġu stabbiliti u rrappurtati l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi; u

(9)

it-teknika ta’ titjir li għandha tintuża matul l-avviċinament finali.

(c)

Il-valuri minimi għal tip speċifiku ta’ proċedura ta’ avviċinament u ta’ nżul għandhom jintużaw jekk:

(1)

it-tagћmir ta’ fuq l-art meћtieġ gћall-proċedura maћsuba jkun qed jaħdem;

(2)

is-sistemi tal-inġenju tal-ajru li jkunu meћtieġa gћat-tip ta’ avviċinament ikunu qed jaħdmu;

(3)

il-kriterji tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkunu meћtieġa jkunu ntlaћqu; u

(4)

Il-bdot ikun ikkwalifikat kif xieraq.

NCO.OP.111   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet NPA, APV, CAT I

(a)

L-għoli tad-deċiżjoni (DH) biex jintuża għall-avviċinament mhux ta’ preċiżjoni (NPA) li jsir bit-teknika tal-avviċinament finali bi nżul kontinwu (CDFA), il-proċedura ta’ avviċinament bi gwida vertikali (APV) jew operazzjoni tal-kategorija I (CAT I) ma għandhomx ikunu anqas mill-ogħla kejl ta’:

(1)

l-gћoli minimu li gћalih tista’ tintuża l-għajnuna tal-avviċinament mingћajr ir-referenza viżwali meћtieġa;

(2)

l-għoli tad-distanza mill-ostakli (obstacle clearance height — OCH) għall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;

(3)

id-DH tal-proċedura ta’ avviċinament ippubblikata fejn applikabbli;

(4)

il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1; jew

(5)

id-DH minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat jew dokument ekwivalenti.

(b)

L-għoli minimu ta’ nżul (MDH) għal operazzjoni NPA li tittajjar mingħajr it-teknika CDFA ma għandux ikun aktar baxx mill-ogħla kejl ta’:

(1)

l-OCH gћall-kategorija ta’ inġenji tal-ajru;

(2)

il-minimu tas-sistema speċifikat fit-Tabella 1; jew

(3)

il-MDH minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat.

Tabella 1

Il-valuri minimi tas-sistema

Faċilità

DH/MDH minimu (f’piedi)

Sistema għall-inżul bl-istrumenti (ILS)

200

Sistema bis-satellita għan-navigazzjoni globali (GNSS)/sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq is-satelliti (SBAS) (Preċiżjoni laterali b’avviċinament bi gwida vertikali (LPV))

200

GNSS (Navigazzjoni Laterali (LNAV))

250

Navigazzjoni GNSS/Barovertikali (VNAV) (LNAV/VNAV)

250

Lokalizzatur (LOC) b’tagħmir għall-kejl tad-distanza (DME) jew mingħajru

250

Avviċinament b’radar ta’ sorveljanza (SRA) (jintemm f’½ NM))

250

SRA (jintemm f’1 NM)

300

SRA (li jintemm f’2 NM jew iżjed)

350

Firxa tar-radju VHF omnidirezzjonali (VOR)

300

VOR/DME

250

Stazzjon tas-sinjalar bir-radju nondirezzjonali (Non Directional Beacon — NDB).

350

NDB/DME

300

Radjugonjometru VHF (VDF) (VHF direction finder — VDF)

350

NCO.OP.112   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — Operazzjonijiet ta’ dawran b’ajruplani

(a)

L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani ma jistgħux ikunu anqas mill-ogħla ta’:

(1)

L-OCH/l-OCL tad-dawran ippubblikat gћall-kategorija tal-ajruplan;

(2)

l-għoli minimu tad-dawran imniżżel fit-Tabella 1; jew

(3)

id-DH/l-MDH tal-proċedura ta’ avviċinament bi strument preċedenti.

(b)

Il-viżibilità minima għal operazzjoni ta’ dawran b’ajruplani għandu jkun l-ogħla minn:

(1)

il-viżibilità tad-dawran gћall-kategorija tal-ajruplan, jekk tkun ippubblikata;

(2)

il-viżibilità minima mniżżla fit-Tabella 2; jew

(3)

il-medda viżwali tar-runway/il-viżibilità meteoroloġika kkonvertita (RVR/CMV) tal-proċedura tal-avviċinament bi strument preċedenti.

Tabella 1

L-MDH u l-viżibilità minima gћad-dawran vs il-kategorija tal-ajruplan

 

Kategorija tal-ajruplan

A

B

C

D

L-MDH (f’piedi)

400

500

600

700

Il-viżibilità meteoroloġika minima (m)

1 500

1 600

2 400

3 600

NCO.OP.113   Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — Operazzjonijiet ta’ dawran bil-ħelikopters

L-MDH għal operazzjoni ta’ dawran bil-ħelikopters ma għandux ikun inqas minn 250 pied u l-viżibilità meteoroloġika mhux inqas minn 800 m.

NCO.OP.115   Proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu juża l-proċeduri tat-tluq u tal-avviċinament stabbiliti mill-Istat tal-ajrudrom, jekk dawn il-proċeduri ġew ippubblikati għar-runway jew għall-FATO li għandu jintuża.

(b)

Il-bdot fil-kmand jista’ jiddevja minn rotta tat-tluq ippubblikata, minn rotta tal-wasla ppubblikata jew minn proċedura ta’ avviċinament ippubblikata:

(1)

sakemm ikunu jistgħu jitħarsu l-kriterji tad-distanza mill-ostakli, sakemm jitqiesu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet operattivi u sakemm tkun rispettata kull awtorizzazzjoni mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC); jew

(2)

meta jkun qed jiġi “radar-vectored” minn unità tal-ATC.

NCO.OP.120   Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju — l-ajruplani, il-ħelikopters u l-glajders bil-mutur

Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju ppubblikati sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.

NCO.OP.121   Proċeduri tat-tnaqqis tal-istorbju — il-blalen tal-arja

Il-bdot fil-kmand għandu jqis il-proċeduri operattivi sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-istorbju tas-sistema tat-tisħin filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.

NCO.OP.125   Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — l-ajruplani

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk l-ajruplan iġorr fjwuil u żejt suffiċjenti għal dawn li ġejjin:

(1)

għal titjiriet bir-regoli tat-titjir viżwali (VFR):

(i)

għat-tlugħ u l-inżul binhar, fl-istess ajrudrom/sit tal-inżul filwaqt li jibqa’ viżibbli għal dak l-ajrudrom/sit tal-inżul, biex itir fir-rotta ppjanata u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 10 minuti f’altitudni regolari normali;

(ii)

għal titjira binhar, lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 30 minuta f’altitudni regolari normali; jew

(iii)

għal titjira billejl, lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali;

(2)

għal titjiriet skont l-IFR:

(i)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda destinazzjoni alternattiva, għal titjira lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat, u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali; jew

(ii)

meta tkun meħtieġa destinazzjoni alternattiva, għal titjira lejn l-ajrudrom tal-inżul ippjanat, u wara dan għal titjira ta’ mill-inqas 45 minuta f’altitudni regolari normali.

(b)

Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra;

(2)

ir-rotot mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) antiċipati u d-dewmien tat-traffiku;

(3)

il-proċeduri għat-telf tal-pressjoni jew għall-ħsara f’magna waħda tul ir-rotta, fejn applikabbli; u

(4)

kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’ ttawwal l-inżul tal-ajruplan jew li żżid il-konsum tal-fjuwil u/jew taż-żejt.

(c)

Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ippjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid

NCO.OP.126   Provvista taż-żejt u tal-fjuwil — il-ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk il-ħelikopter ikun qed iġorr biżżejjed fjuwil u żejt kif ġej:

(1)

għal titjiriet skont il-VFR, biex itir lejn l-ajrudrom/is-sit tal-operat tal-inżul ippjanat u mbagħad biex itir għal mill-anqas 20 minuta b’veloċità ta’ awtonomija massima (best-range); u

(2)

għal titjiriet skont l-IFR:

(i)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda sit alternattiv jew meta ma jkunx hemm id-disponibbiltà ta’ ajrudrom/sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, u mbagħad biex itir għal 30 minuta b’veloċità ta’ waqt li l-ħelikopter ikun qed jistenna biex imissu jillandja (holding speed) fi 450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom/mis-sit tal-operat ta’ destinazzjoni f’kundizzjonijiet tat-temperatura standard u javviċina u jinżel; jew

(ii)

meta ma jkun meħtieġ l-ebda sit alternattiv, biex itir lejn u jwettaq avviċinament u avviċinament interrott fl-ajrudrom/fis-sit tal-operat għall-inżul ippjanat, u mbagħad:

(A)

biex itir lejn is-sit alternattiv speċifikat; u

(B)

biex itir għal 30 minuta bil-veloċità tal-istennija biex imissu jillandja (holding speed) f’450 m (1 500 pied) ’il fuq mill-ajrudrom/mis-sit tal-operat f’kundizzjonijiet tat-temperatura standard u javviċina u jinżel.

(b)

Fil-komputazzjoni tal-fjuwil meħtieġ inkluż biex jipprovdu għal kontinġenza, dan li ġej għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni:

(1)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra;

(2)

ir-rotot mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) antiċipati u d-dewmien tat-traffiku;

(3)

il-proċeduri għat-telf tal-pressjoni jew għall-ħsara f’magna waħda tul ir-rotta, fejn applikabbli; u

(4)

kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’ ttawwal l-inżul tal-ajruplan jew li żżid il-konsum tal-fjuwil u/jew taż-żejt.

(c)

Xejn ma għandu jipprekludi emenda fi pjan ta’ titjira waqt titjira, sabiex it-titjira tiġi ippjanata mill-ġdid lejn destinazzjoni oħra, sakemm ir-rekwiżiti kolha jkunu jistgħu jitħarsu mill-punt mnejn it-titjira tiġi ppjanata mill-ġdid.

NCO.OP.127   Provvista u ppjanar tal-fjuwil u tas-saborra — il-blalen tal-arja

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira biss jekk ikun qed iġorr riżerva ta’ fjwuil, gass jew saborra suffiċjenti għal titjira ta’ 30 minuta.

(b)

Il-kalkoli tal-fjwuil, tal-gass jew tas-saborra għandhom ikunu bbażati mill-anqas fuq il-kundizzjonijiet operattivi li bihom titwettaq it-titjira kif ġej:

(1)

id-dejta mogħtija mill-manifattur tal-ballun tal-arja;

(2)

il-mases antiċipati;

(3)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija; u

(4)

il-proċeduri u r-restrizzjonijiet tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

NCO.OP.130   Għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li qabel, jew fejn xieraq, matul it-titjira, il-passiġġieri jingħataw informazzjoni dwar it-tagħmir u l-proċeduri ta’ emerġenza.

NCO.OP.135   Preparazzjoni tat-titjira

(a)

Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura b’kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet fl-art u/jew fl-ilma inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b’mod dirett fuq tali titjira, għall-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta’ operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira.

(b)

Qabel ma jibda b’titjira, il-bdot fil-kmand għandu jkun familjari mal-informazzjoni meteoroloġika kollha disponibbli xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni għat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq, u għal kull titjira skont l-IFR, għandha tinkludi:

(1)

studju tar-rapporti u tat-tbassir tat-temp attwali disponibbli; u

(2)

l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.

NCO.OP.140   Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — l-ajruplani

Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:

(a)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika li, għall-perjodu ta’ minn siegħa (1) qabel sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa siegħa (1) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu, l-avviċinament u l-inżul jistgħu jsiru f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC); jew

(b)

il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat; u

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:

(i)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 300 metru (1 000 pied) ’l fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u

(ii)

viżibilità ta’ mill-anqas 5,5 km jew ta’ 4 km aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura.

NCO.OP.141   Ajrudromi alternattivi ta’ destinazzjoni — il-ħelikopters

Għal titjiriet skont l-IFR, il-bdot fil-kmand għandu jispeċifika fil-pjan tat-titjira mill-anqas ajrudrom alternattiv funzjonali ta’ destinazzjoni wieħed li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, sakemm:

(a)

proċedura ta’ avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat u l-informazzjoni metoeroloġika attwali tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, jew mill-ħin reali tat-tluq sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla, liema minnhom ikun l-iqsar perjodu

(1)

bażi tas-sħab ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument; u

(2)

viżibilità ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. jew

(b)

il-post tal-inzul ippjanat ma jkunx iżolat u:

(1)

proċedura tal-avviċinament bi strument ma jkunx preskritt għall-ajrudrom tal-inżul ippjanat;

(2)

l-informazzjoni meteoroloġika attwali disponibbli ma tkunx tindika l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi li ġejjin minn sagħtejn (2) qabel sa sagħtejn (2) wara l-ħin stmat tal-wasla:

(i)

il-bażi tas-sħab tkun ta’ mill-anqas 120 metru (400 pied) ’il fuq mill-minimu assoċjat mal-proċedura tal-avviċinament bi strument;

(ii)

il-viżibilità tkun ta’ mill-anqas 1 500 metru jew aktar mill-minimu assoċjat mal-proċedura. u

(3)

ma jkunx stabbilit punt tal-ebda ritorn (point of no return — PNR) f’każ ta’ destinazzjoni lil hinn mill-kosta.

NCO.OP.145   Mili tal-fjuwil waqt li l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw

(a)

L-inġenju tal-ajru m’għandux jingħatalu jew jitneħħilu fjuwil tat-tip “AVGAS” (gażolina tal-avjazzjoni) jew tat-tip “wide-cut” jew taħlita ta’ dawn it-tipi ta’ fjuwils, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw.

(b)

Għat-tipi ta’ fjuwils l-oħra kollha, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, meta l-passiġġieri jkunu qed jitilgħu abbord, meta dawn ikunu abbord jew meta jkunu qed jiżbarkaw, sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx sorveljat mill-bdot fil-kmand jew minn persunal ikkwalifikat li jkunu lesti jibdew u jidderieġu evakwazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-iktar mod prattiku u effettiv disponibbli.

NCO.OP.150   Ġarr tal-passiġġieri

Għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, qabel u matul it-taxiing, it-tlugħ u l-inżul u kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda f’sit jew f’post u jkollu ċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema ta’ restrizzjoni tiegћu maqfula sewwa;

NCO.OP.155   Tipjip abbord— l-ajruplani u l-ħelikopters

Il-bdot fil-kmand m’għandux jippermetti t-tipjip abbord:

(a)

kull meta dan jitqies li hu neċessarju fl-interess tas-sikurezza; u

(b)

waqt li l-inġenju tal-ajru jkun qed jingħata l-fjuwil.

NCO.OP.156   Tipjip abbord — il-glajders bil-mutur u l-ħelikopters

Għall-ebda presuna ma hu permess it-tipjip abbord glajder jew ballun tal-arja.

NCO.OP.160   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha meta l-aktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet tat-temp tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat meta l-iktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun tindika li, fil-ħin mistenni tal-wasla, il-kundizzjonijiet tat-temp fid-destinazzjoni, jew tal-inqas f’ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieħed, ikunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi tal-ajrudrom applikabbli jew f’livell ogħla minnhom.

(c)

Fil-każ li titjira jkun fiha segmenti VFR u IFR, l-informazzjoni meteoroloġika msemmija fil-punti (a) u (b) għandha tkun applikabbli safejn dan ikun rilevanti.

NCO.OP.165   Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri ta’ fuq l-art

Il-bdot fil-kmand gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM.

NCO.OP.170   Silġ u kontaminanti oћrajn — il-proċeduri waqt it-titjir

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jagħti bidu għal titjira jew għandu jtajjar l-ajruplan intenzjonalment f’kundizzjonijiet ta’ silġ mistennija jew reali biss jekk l-inġenju tal-ajru jkun iċċertifikat għal dan u jkun mgħammar biex ilaħħaq ma’ kundizzjonijiet bħal dawn kif imsemmi fil-punt 2.a.5 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)

Jekk il-formazzjoni tas-silġ taqbeż l-intensità tal-formazzjoni ta’ silġ li għaliha jkun iċċertifikat l-inġenju tal-ajru, jew jekk inġenju tal-ajru li ma jkunx iċċertifikat għat-titjir f’kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ magħrufa jiltaqa’ mal-formazzjoni tas-silġ, il-bdot fil-kmand għandu joħroġ l-inġenju tal-ajru minn dawk il-kundizzjonijiet ta’ formazzjoni tas-silġ minnufih, billi jibdel il-livell u/jew ir-rotta, u jekk ikun neċessarju billi jiddikjara stat ta’ emerġenza lill-ATC.

NCO.OP.175   Kundizzjonijiet tat-tlugћ — l-ajruplani u l-ħelikopters

Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li:

(a)

skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew tal-FATO ppjanat li jintuża mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur; u

(b)

se jitħarsu l-valuri minimi operattivi applikabbli tal-ajrudrom.

NCO.OP.176   Kundizzjonijiet tat-tlugћ — il-blalen tal-arja

Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat mhux se jostakolaw tlugħ u tluq sikur.

NCO.OP.180   Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir

(a)

Meta jkun qed iġorr il-passiġġieri jew il-merkanzija, il-bdot fil-kmand ma għandux jissimula:

(1)

sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew

(2)

titjir f’kundizzjonijiet meteorolġiċi bl-instrument (IMC).

(b)

Minkejja l-punt (a), meta jitwettqu titjiriet ta’ taħriġ minn organizzazzjoni ta’ taħriġ approvata, tali sitwazzjonijiet jistgħu jiġu simulati flimkien ma’ studenti piloti abbord.

NCO.OP.185   Ġestjoni tal-fjuwil waqt it-titjira

F’intervalli regolari l-bdot fil-kmand għandu jikkontrolla li l-ammont ta’ fjuwil, jew fil-każ tal-blalen tal-arja is-saborra, li jista’ jintuża li jkun għad fadal għal waqt it-titjira, mhuwiex anqas mill-fjuwil meħtieġ biex jipproċedi lejn ajrudorm jew lejn sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali u li r-riżerva tal-fjuwil ippjanata hija skont kif meħtieġ fil-punti NCO.OP.125, NCO.OP.126 jew NCO.OP.127.

NCO.OP.190   Użu ta’ ossiġnu supplimentari

Il-bdot fil-kmand gћandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti li jkunu essenzjali gћat-tћaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru waqt it-titjira, jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.

NCO.OP.195   Osservazzjoni ta’ qrubija lejn l-art

Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi nnutata mill-bdot fil-kmand jew permezz ta’ sistema ta’ twissija ta’ qrubija lejn l-art, il-bdot tat-titjira gћandu jieħu azzjoni korrettiva minnufih biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet sikuri tat-titjir.

NCO.OP.200   Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (ACAS)

Meta tintuża ACAS tat-tip II, il-proċeduri operattivi u t-taħriġ għandhom ikunu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011.

NCO.OP.205   Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul — l-ajruplani u l-ħelikopters

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-bdot fil-kmand gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tar-runway jew tal-FATO ppjanat li jintuża m’għandhomx jostakolaw avviċinament, inżul jew avviċinament mhux milћuq, sikuri.

NCO.OP.210   Bidu u kontinwazzjoni tal-avviċinament — l-ajruplani u l-ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand jista’ jibda avviċinament bi strument minkejja l-valuri minimi tal-medda viżwali tar-runway/viżibilità (RVR/VIS) rrappurtati.

(b)

Jekk l-RVR/il-VIS irrappurtata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament ma għandux jitkompla:

(1)

taħt l-1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom; jew

(2)

fil-parti tal-avviċinament finali f’każijiet fejn l-altitudni/l-għoli tad-deċiżjoni (DA/H) jew l-altitudni minima tal-inżul/l-għoli (MDA/H) ikunu iktar minn 1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom.

(c)

Fejn l-RVR ma tkunx disponibbli, il-valuri tal-RVR jistgħu jinkisbu billi wieħed jaqleb il-viżibilità rrappurtata.

(d)

Jekk, wara li jinqabżu l-1 000 pied ’il fuq mill-ajrudrom, il-RVR/il-VIS irrappurtata taqa’ taħt il-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament jista’ jitkompla sad-DA/H jew sal-MDA/H.

(e)

L-avviċinament jista’ jitkompla taħt id-DA/H jew l-MDA/H u l-inżul jista’ jintemm, sakemm ir-referenza viżwali x-xierqa għat-tip ta’ operazzjoni ta’ avviċinament u għar-runway ippjanata tkun ġiet stabbilita fid-DA/H jew fl-MDA/H u tibqa’ tinżamm.

(f)

L-RVR fiż-żona ta’ kuntatt mal-art dejjem għandha tkun waħda li torbot.

NCO.OP.215   Limitazzjonijiet operattivi — il-blalen tal-arja sħuna

It-tlugħ ta’ ballun tal-arja sħuna jista’ jsir billejl, sakemm jinġarr biżżejjed fjuwil għall-inżul binhar.

IS-SUBPARTI C

PRESTAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU U LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI

NCO.POL.100   Limitazzjonijiet operattivi — l-inġenji tal-ajru kollha

(a)

Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, il-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) tal-inġenju tal-ajru għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM, f’dokument ekwivalenti.

(b)

Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq l-inġenju tal-ajru.

NCO.POL.105   Użin

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, iċ-ċentru tal-gravità tal-inġenju tal-ajru jiġu stabbiliti permezz ta’ użin reali qabel ma jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. It-tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-bdot fil-kmand. L-inġenju tal-ajru għandu jerġa’ jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż.

(b)

L-użin għandu jitwettaq mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata.

NCO.POL.110   Prestazzjoni — punti ġenerali

Il-bdot fil-kmand għandu jopera l-inġenju tal-ajru biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.

IS-SUBPARTI D

STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR

TAQSIMA 1

L-Ajruplani

NCO.IDE.A.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.A.190;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.A.195; jew

(4)

huma installati fil-ħelikopter.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

il-fjusis ta’ fuq ir-riħ;

(2)

id-dwal portabbli indipendenti,

(3)

arloġġ preċiż,

(4)

il-kaxxa tal-ewwel għajnuna,

(5)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,

(6)

l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u

(7)

it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew mal-punti NCO.IDE.A.190 u NCO.IDE.A.195; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir m’għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCO.IDE.A.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ajruplan, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

l-ajruplan ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew

(b)

l-ajruplan ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżit tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCO.IDE.A.110   Fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi fjusis tal-elettriku ta’ fuq ir-riħ, li jkunu tar-rata ta’ qawwa meħtieġa għal ħarsien sħiħ taċ-ċirkwit, sabiex ikunu jistgħu jinbidlu dawk il-fjusis li jistgħu jinbidlu waqt it-titjira.

NCO.IDE.A.115   Dwal operattivi

L-ajruplani li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;

(b)

bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;

(c)

b’dawl għall-inżul;

(d)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ajruplan;

(e)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ajruplan biex jipprovdu dwal fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;

(f)

b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u

(g)

bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk l-ajruplan jitħaddem bħala idroplan.

NCO.IDE.A.120   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata, u

(5)

in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”.

(b)

L-ajruplani li jitħaddmu b’kundizzjonijiet meteoroloġiċi viżwali (VMC) billejl, jew f’kundizzjonijiet li fihom l-ajruplan ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(i)

id-dawran u ż-żliq,

(ii)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(iii)

il-veloċità vertikali, u

(iv)

id-direzzjoni stabbilizzata;

u

(2)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.

(c)

L-ajruplanli li jitħaddmu f’kundizzjonijiet fejn ma jkunux jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.

NCO.IDE.A.125   Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

L-ajruplani li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(5)

il-veloċità vertikali,

(6)

id-dawran u ż-żliq,

(7)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(8)

id-direzzjoni stabbilizzata,

(9)

it-temperatura tal-arja ta’ barra, u

(10)

in-numru “Mach” kull meta l-limitazzjonijiet tal-veloċità jingħataw bħala numri “Mach”;

(b)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed; u

(c)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.

NCO.IDE.A.130   Sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (TAWS)

L-ajruplani li jaħdmu b’magna b’turbina li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ ta’ aktar minn disa’ sits tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra b’TAWS li tissodisfa r-rekwiżiti għal:

(a)

tagħmir tal-kategorija A, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) wara l-1 ta’ Jannar 2011; jew

(b)

tagħmir tal-kategorija B, kif speċifikat fi standard aċċettabbli, fil-każ ta’ ajruplani li għalihom ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali (CofA) fl-1 ta’ Jannar 2011 jew qabel dik id-data.

NCO.IDE.A.135   Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira

L-ajruplani li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.

NCO.IDE.A.140   Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;

(3)

b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal (CRD) għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar; u

(4)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda.

NCO.IDE.A.145   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.

(b)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

NCO.IDE.A.150   Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani bi pressjoni

(a)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u:

(i)

100 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina tkun taqbeż il-15 000 pied, iżda fl-ebda każ inqas minn provvista għal 10 minuti;

(ii)

mill-anqas 30 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li matulu, f’każ ta’ telf ta’ pressjoni u meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tat-titjira, l-altitudni tal-pressjoni fil-komparitment tal-passiġġieri se tkun bejn 14 000 u 15 000 pied; u

(iii)

mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 14 000 pied;

u

(2)

l-okkupanti kollha fil-kompartiment tal-passiġġieri għal mhux anqas minn 10 minuti, fil-każ ta’ ajruplani li jitħaddmu f’altitudnijiet ’il fuq minn 25 000 pied, jew taħt dik l-altitudni, iżda f’kundizzjonijiet li ma jippermettilhomx jinżlu b’mod sikur għal altitudni tal-pressjoni ta’ 13 000 pied f’temp ta’ 4 minuti.

(c)

Minbarrra dan, l-ajruplani bi pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni tal-pressjoni ’l fuq minn 25 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jwissi lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar kwalunkwe telf fil-pressjoni.

NCO.IDE.A.155   Ossiġnu supplimentari — l-ajruplani mingħajr pressjoni

(a)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

L-ajruplani mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; u

(2)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.

NCO.IDE.A.160   Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar

(a)

L-ajruplani, għajr għall-glajders bil-mutur li jistgħu jintużaw għal distanzi twal (touring motor glider — TMG) u l-ajruplani ELA1, għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:

(1)

fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u

(2)

f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.

(b)

It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.

NCO.IDE.A.165   Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ajruplan li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.

Figura 1

Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Image

NCO.IDE.A.165   Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)

(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra:

(1)

bi trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) ta’ kwalunkwe tip, li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008;

(2)

b’ELT awtomatiku wieħed li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008; jew

(3)

ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacon — PLB) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, meta l-ajruplan ikun iċċerifikat għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits tal-passiġġieri jew anqas.

(b)

ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.

NCO.IDE.A.175   Titjir fuq l-ilma

(a)

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:

(1)

l-ajruplani tal-art b’magna waħda:

(i)

li jtiru fuq l-ilma lil hinn mid-distanza ta’ gglajdjar mill-art; jew

(ii)

li jitilqu jew jinżlu f’ajrudrom jew f’sit tal-aoperat li fih, skont l-opinjoni tal-bdot fil-kmand, il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza;

(2)

l-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma; u

(3)

l-ajruplani li jitħaddmu minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normal jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas.

(b)

L-idroplani li jitħaddmu fuq l-ilma għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’ankra waħda;

(2)

b’ankra tal-wiċċ (drogue), meta jkun neċessarju biex jiffaċilita l-immanuvrar; u

(3)

b’tagħmir biex jagħmel is-sinjali tal-ħoss kif preskritt fil-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet fil-Baħar), fejn dan ikun applikabbli.

(c)

Il-bdot fil-kmand ta’ ajruplan li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tkun adattata għal inżul ta’ emerġenza li tkun akbar mid-distanza li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord l-ajruplan f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(1)

tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;

(2)

biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u

(3)

tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.

NCO.IDE.A.180   Tagħmir tas-sopravivenza

L-ajruplani li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

NCO.IDE.A.190   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

(c)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.

NCO.IDE.A.195   Tagħmir tan-navigazzjoni

(a)

L-ajruplani li jitħaddmu fuq rotot li mhumiex navigabbli bis-saħħa ta’ punti prominienti viżwali ta’ referenza fuq l-art għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarja li jiffaċilita li jipproċedu skont:

(1)

il-pjan tat-titjira ATS; jekk dan ikun applikabbli; u

(2)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

(b)

L-ajruplani għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa, titwettaq b’mod sikur.

(c)

L-ajruplani li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.

NCO.IDE.A.200   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, l-ajruplani għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.

TAQSIMA 2

Il-ħelikopters

NCO.IDE.H.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.H.190;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.H.195; jew

(4)

huma installati fil-ħelikopter.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dwal portabbli indipendenti,

(2)

arloġġ preċiż,

(3)

il-kaxxa tal-ewwel għajnuna,

(4)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,

(5)

l-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ, u

(6)

it-tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi applikabbli oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew mal-punti NCO.IDE.H.190 u NCO.IDE.H.195; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir m’għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCO.IDE.H.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ħelikopter, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira m’għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

il-ħelikopter ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew

(b)

il-ħelikopter ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCO.IDE.H.115   Dwal operattivi

Il-ħelikopters li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’sistema ta’ dwal għal kontra l-ħabtiet;

(b)

bi dwal tan-navigazzjoni/tal-pożizzjoni;

(c)

b’dawl għall-inżul;

(d)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir kollu li huma essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ħelikopter;

(e)

bi dwal fornuti mis-sistema tal-elettriku tal-ħelikopter biex jipprovdu dawl fil-kompartimenti kollha tal-passiġġieri;

(f)

b’dawl portabbli indipendenti għall kull post tal-membri tal-ekwipaġġ; u

(g)

bi dwal biex jitħarsu l-International Regulations for Preventing Collisions at Sea (ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Ħabtiet Fil-Baħar) jekk il-ħelikopter ikun wieħed anfibju.

NCO.IDE.H.120   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata, u

(5)

iż-żliq.

(b)

Il-ħelikopters li jitħaddmu b’VMC billejl, jew meta l-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet li fihom il-ħelikopter ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(i)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(ii)

il-veloċità vertikali, u

(iii)

id-direzzjoni stabbilizzata; u

(2)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed.

(c)

Il-ħelikopters li jitħaddmu fejn il-viżibilità tkun anqas minn 1 500 m, jew f’kundizzjonijiet ma jkunx jistgħu jinżammu fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a) u (b), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ.

NCO.IDE.H.125   Operazzjonijiet ta’ titjir skont l-IFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-kejl u l-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(5)

il-veloċità vertikali,

(6)

iż-żliq,

(7)

il-pożizzjoni tal-ħelikopter,

(8)

id-direzzjoni stabbilizzata, u

(9)

it-temperatura tal-arja ta’ barra;

(b)

b’mezz biex ikun indikat meta l-provvista ta’ qawwa għall-istrumenti ġiroskopiċi ma tkunx biżżejjed;

(c)

b’mezz għall-prevenzjoni ta’ funzjonament ħażin fis-sistema li tindika l-veloċità tal-ajru meħtieġa skont il-punt (a)(4) minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ; u

(d)

b’mezz addizzjonali għall-kejl u għall-wiri tal-pożizzjoni tal-ħelikopter bħala strument stand-by.

NCO.IDE.H.126   Tagħmir addizzjonali għall-operazzjonijiet bi bdot wieħed imwettqin skont l-IFR

Il-ħelikopters li jitħaddmu skont l-IFR bi bdot wieħed għandhom ikunu mgħammra b’awtobdot li jkun kapaċi jżomm tal-inqas l-altitudni u d-direzzjoni.

NCO.IDE.H.135   Sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira

Il-ħelikopters li jitħaddmu minn iżjed minn membru wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni għall-użu mill-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira.

NCO.IDE.H.140   Sits, ċinturini tas-sikurezza tas-sits, sistemi ta’ restrizzjoni u tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit jew post għal kull persuna abbord li jkollha 24 xahar jew iktar;

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza f’kull sit tal-passiġġieri u ċinturini ta’ restrizzjoni għal kull post;

(3)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għal kull passiġġier li jkollu 24 xahar jew iktar, fil-każ ta’ ħelikopters li jkun inħarġilhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà individwali għall-ewwel darba wara l-31 ta’ Diċembru 2012;

(4)

b’tagħmir ta’ restrizzjoni għat-tfal għal kull persuna abbord li jkollha inqas minn 24 xahar; u

(5)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso li jkun fih apparat li jżomm, b’mod awtomatiku, lit-torso tal-okkupant f’każ ta’ tnaqqis rapidu tal-veloċità f’kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira.

(b)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda.

NCO.IDE.H.145   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.

(b)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

NCO.IDE.H.155   Ossiġnu supplimentari — il-ħelikopters mingħajr pressjoni

(a)

Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni fejn hija meħtieġa l-provvista tal-ossiġnu skont il-punt (b) għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam il-provvisti tal-ossiġnu meħtieġa.

(b)

Il-ħelikopters mingħajr pressjoni li jitħaddmu f’livelli tal-altitudni ta’ titjira fejn l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartimenti tal-passiġġieri hija ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikollhom ossiġnu suffiċjenti li jkun jista’ jissupplixxi:

(1)

il-membri tal-ekwipaġġ kollha u mill-anqas 10 % tal-passiġġieri għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun bejn 10 000 u 13 000 pied; u

(2)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwlaunkwe perjodu meta l-altitudni tal-pressjoni fil-kompartiment tal-passiġġieri tkun ’il fuq minn 13 000 pied.

NCO.IDE.H.160   Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar

(a)

Il-ħelikopters, għajr għall-ħelikopters ELA2 għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar:

(1)

fil-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-tijira; u

(2)

f’kull kompartiment tal-passiġġieri li huwa separat mill-kompartiment tal-ekwipaġġ, għajr jekk il-kompartiment huwa aċċessibbli faċilment għall-ekwipaġġ.

(b)

It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-kompartiment fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi fil-kompartimenti li fihom ikun hemm in-nies.

NCO.IDE.H.165   Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Jekk iż-żoni tal-qafas tal-ħelikopter li jkunu adattati għad-dħul mill-ekwipaġġi tas-salvataġġ waqt emerġenza jkunu mmarkati, dawn iż-żoni għandhom jiġu mmarkati hekk kif inhu muri fil-Figura 1.

Figura 1

Immarkar tal-postijiet minn fejn jista’ jkun hemm dħul

Image

NCO.IDE.H.170   Trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT)

(a)

Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ aktar minn sitt sits tal-passiġġieri għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’ELT awtomatiku; u

(2)

ELT tas-sopravivenza wieħed (ELT(S)) f’ċattra tas-salvataġġ jew f’ġakketta tas-salvataġġ meta l-ħelikopter jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 3 minuti ħin ta’ titjir b’veloċità regolari normali.

(b)

Il-ħelikopters li huma ċċertifikati għal konfigurazzjoni massima ta’ sitt sits tal-passiġġieri jew anqas għandhom ikunu mgħammra b’trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew b’apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien ta’ persuni (PLB):

(c)

ELTs ta’ kwalunkwe tip u PLBs għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu b’mod simultanju kemm fuq il-frekwenza 121,5 MHz kif ukoll fuq il-frekwenza 406 MHz.

NCO.IDE.H.175   Titjir fuq l-ilma

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord jew b’apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti, meta dawn jitħaddmu:

(1)

fuq titjira fuq l-ilma lil hinn mid-distanza awtorotazzjonali mill-art, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ma jkunx jista’ jżomm titjir f’livell; jew

(2)

fuq titjira fuq l-ilma minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal aktar minn 10 minuti ta’ titjir f’veloċita regolari normali, fejn fil-każ ta’ ħsara fil-magna kritika, il-ħelikopter ikun jista’ jżomm titjir f’livell; jew

(3)

waqt tlugħ jew inżul f’ajrudrom jew f’sit tal-operat li fih il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed fuq l-ilma.

(b)

Kull ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti individwali li jżomm f’wiċċ l-ilma għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ tidwil elettriku sabiex il-persuni jkunu jistgħu jinstabu b’mod iktar faċli.

(c)

Il-bdot fil-kmand ta’ ħelikopter li jitħaddem minn distanza ’l bogħod mill-art li tikkorrispondi għal 30 minuta ta’ titjir f’veloċità regolari normali jew ta’ 50 mil nawtiku, skont liema minnhom tkun l-anqas, għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord il-ħelikopter f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(1)

tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm;

(2)

biżżejjed ċattri tas-salvataġġ sabiex fihom jinġarru l-persuni kollha abbord, li għandhom ikunu stivati b’tali mod li jiffaċilita l-użu fil-pront tagħhom f’każ ta’ emerġenza; u

(3)

tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għat-titjira li tkun se titwettaq.

(d)

Il-bdot fil-kmand għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-persuni abbord il-ħelikopter f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza, meta għandu jiddeċiedi jekk il-persuni kollha abbord għandhomx ikunu liebsa l-ġkieket tas-salvataġġ meħtieġa skont il-punt (a).

NCO.IDE.H.180   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, inklużi l-mezzi għall-manteniment tal-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

NCO.IDE.H.185   Il-ħelikopters kollha li jkunu qed iwettqu titjiriet fuq l-ilma — nżul ta’ emerġenza

Il-ħelikopters fuq titjira fuq l-ilma f’ambjent ostili u f’distanza ta’ 50 mil nawtiku mill-art għandhom ikunu kif ġej:

(a)

iddiżinjati għall-inżul fuq l-ilma skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti;

(b)

iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza skont il-kodiċi tal-ajrunavigabbiltà rilevanti; jew

(c)

mgħammra b’tagħmir ta’ emerġenza li jżomm f’wiċċ l-ilma.

NCO.IDE.H.190   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Where required by the airspace being flown helicopters shall be equipped with radio communication equipment capable of conducting two-way communication with those aeronautical stations and on those frequencies to meet airspace requirements.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

(c)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ aktar minn tagħmir wieħed ta’ komunikazzjoni, kull wieħed għandu jkun indipendenti mill-ieħor jew mill-oħrajn sal-punt li l-ħsara f’wieħed ma jirriżultax fil-ħsara tal-ieħor jew tal-oħrajn.

(d)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju, u minbarra s-sistema ta’ telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa fil-punt NCO.IDE.H.135, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra b’buttuna ta’ trażmissjoni fuq is-sistema tal-kontroll ta’ kull bdot u/jew membru tal-ekwipaġġ meħtieġ fil-post assenjat tiegħu.

NCO.IDE.H.195   Tagħmir tan-navigazzjoni

(a)

Il-ħelikopters li jitħaddmu fuq rotot li mhumiex navigabbli bis-saħħa ta’ punti prominenti viżwali ta’ referenza fuq l-art għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarja li jiffaċilita li jipproċedu skont:

(1)

il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u

(2)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

(b)

Il-ħelikopters għandu jkollhom biżżejjed tagħmir tan-navigazzjoni sabiex jiġi żgurat li, f’każ li tiżviluppa ħsara f’apparat minnhom matul kwalunkwe fażi tat-titjira, il-kumplament tat-tagħmir jippermetti li n-navigazzjoni sikura skont il-punt (a), jew skont azzjoni ta’ kontinġenza xierqa titwettaq b’mod sikur.

(c)

Il-ħelikopters li jintużaw f’titjiriet li fihom ikun previst inżul f’IMC għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tan-navigazzjoni adattat li jkun jista’ jipprovdi gwida sa punt li minnu jkun jista’ jitwettaq inżul viżwali. Dan it-tagħmir għandu jkun jista’ jipprovdi tali gwida għal kull ajrudrom li għalih huwa ppjanat l-inżul f’IMC u għal kull ajrudom alternattiv magħżul.

NCO.IDE.H.200   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.

TAQSIMA 3

Il-glajders

NCO.IDE.S.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.S.145;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.S.150; jew

(4)

huma installati fil-glajder.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dwal portabbli indipendenti,

(2)

arloġġ preċiż,

(3)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira, sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-glajder, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCO.IDE.S.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-glajder, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

il-glajder ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew

(b)

il-glajder ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCO.IDE.S.115   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni

(a)

Il-glajders li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

fil-każ tal-glajders bil-mutur, id-direzzjoni manjetika,

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni, u

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata.

(b)

Il-glajders li jitħaddmu f’kundizzjonijiet li fihom il-glajder ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

il-veloċità vertikali,

(2)

il-pożizzjoni jew id-dawran u ż-żliq, u

(3)

id-direzzjoni manjetika.

NCO.IDE.S.120   Titjir fil-livell tas-sħab — tagħmir tat-titjir u tan-navigazzjoni

Il-glajders li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(a)

id-direzzjoni manjetika,

(b)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(c)

l-altitudni skont il-pressjoni,

(d)

il-veloċità tal-ajru indikata,

(e)

il-veloċità vertikali, u

(f)

il-pożizzjoni jew id-dawran u ż-żliq.

NCO.IDE.S.125   Sits u sistemi ta’ restrizzoni

(a)

Il-glajders għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit għal kull persuna abbord; u

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso skont l-AFM.

(b)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda.

NCO.IDE.S.130   Ossiġnu supplimentari

Il-glajders li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:

(a)

il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u

(b)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied.

NCO.IDE.S.135   Titjir fuq l-ilma

Il-bdot fil-kmand ta’ glajder li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-glajder fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(a)

ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;

(b)

trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u

(c)

tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm, waqt titjira:

(1)

fuq l-ilma lil hinn mid-distanza ta’ gglajdjar mill-art, jew

(2)

fejn il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li f’każ ta’ aċċident x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza.

NCO.IDE.S.140   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-glajders li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

NCO.IDE.S.145   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

NCO.IDE.S.150   Tagħmir tan-navigazzjoni

Il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarju biex jipproċedu skont:

(a)

il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u

(b)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

NCO.IDE.S.155   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.

TAQSIMA 4

Il-blalen tal-arja

NCO.IDE.B.100   Strumenti u tagħmir — punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħġtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jiddeterminaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ NCO.IDE.B.145; jew

(3)

huma installati fil-ballun tal-arja.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dwal portabbli indipendenti,

(2)

arloġġ preċiż,

(3)

il-kaxxa tal-ewwel għajnuna,

(4)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali,

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira, sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ballun tal-arja, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ huwa assenjat.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

NCO.IDE.B.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-ballun tal-arja, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm:

(a)

il-ballun tal-arja ma jkunx qed jitħaddem skont il-MEL, jekk stabbilita; jew

(b)

il-ballun tal-arja ma jkunx soġġett għal permess għat-titjir maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

NCO.IDE.B.110   Dwal operattivi

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

bi dwal ta’ pożizzjoni;

(b)

b’mezz li jipprovdi dawl xieraq għall-istrumenti u għat-tagħmir kollha essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ballun tal-arja;

(c)

b’dawl portabbli indipendenti; u

(d)

għall-airships li jaħdmu bl-arja sħuna:

(1)

b’dawl għall-inżul, u

(2)

b’dawl għal kontra l-ħabtiet.

NCO.IDE.B.115   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

Il-blalen tal-arja li jaħdmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-wiri tad-direzzjoni tad-drift, u

(b)

b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:

(1)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi,

(2)

il-veloċità vertikali, jekk meħtieġ skont l-AFM, u

(3)

l-altitudni tal-pressjoni, jekk meħtieġ skont l-AFM, jekk meħtieġ skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru jew meta l-altitudni teħtieġ li tiġi kkontrollata għall-fini tal-użu tal-ossiġnu.

NCO.IDE.B.120   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.

(b)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom ikunu:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu, u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

NCO.IDE.B.121   Ossiġnu supplimentari

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:

(a)

il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u

(b)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied.

NCO.IDE.B.125   Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar, jekk meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni applikabbli.

(b)

It-tip ta’ sustanza tat-tifi tan-nar użata fiċ-ċilindri jew fil-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa u l-kwantità tagħha għandhom ikunu xierqa għat-tipi ta’ nirien li jistgħu jiżviluppaw fil-ballun tal-arja fejn ikun maħsub li jintuża ċ-ċilindru jew il-pompa għat-tifi tan-nar u għandhom inaqqsu l-periklu tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet tossiċi għall-okkupanti tal-ballun tal-arja.

NCO.IDE.B.130   Titjir fuq l-ilma

Il-bdot fil-kmand ta’ ballun tal-arja li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-ballun tal-arja fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(a)

ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, jew apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;

(b)

meta jkun hemm aktar minn sitt persuni abbord, trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz;

(c)

meta jkun hemm sa sitt persuni abbord, (ELT) jew tagħmir ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u

(d)

tagħmir sabiex isiru s-sinjali ta’ allarm.

NCO.IDE.B.135   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

NCO.IDE.B.140   Tagħmir mixxellanju

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’ingwanti protettivi għal kull membru tal-ekwipaġġ.

(b)

Il-blalen tal-arja sħuna u l-blalen b’sistemi mħallta għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sors alternattiv għat-tqabbid;

(2)

b’mezz li jkejjel u jindika l-kwantità tal-fjuwil;

(3)

bi gverta ta’ kontra n-nar jew għata ta’ materjal reżistenti għan-nar; u

(4)

bi drop line tat-tul ta’ mill-anqas 25 metru.

(c)

Il-blalen tal-gass għandhom ikunu mgħammra b’sikkina.

NCO.IDE.B.145   Tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

NCO.IDE.B.150   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.”


(1)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.