8.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 759/2013
tat-30 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta’ dejn skambjabbli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2) jistabbilixxi l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/71/KE. |
(2) |
L-iskeda tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-ishma għandha tkun applikabbli għall-ishma u titoli oħrajn trasferibbli ekwivalenti għall-ishma iżda anke għal titoli oħrajn li jippermettu adeżjoni għall-kapital tal-emittent permezz ta’ konverżjoni jew skambju fejn l-ishma sottostanti mhumiex diġà soġġetti għal kummerċ f’suq regolat. |
(3) |
Fejn l-emittent tal-ishma sottostanti jappartjeni għall-istess grupp bħal min joħroġ it-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli iżda l-ishma sottostanti mhumiex ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent mhijiex faċilment disponibbli għall-investituri. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-iskeda tal-ishma għandha tkun applikabbli għal dawk l-ishma sottostanti u għandhom jiżdiedu mal-kumbinazzjonijiet li jintużaw għat-tfassil tal-prospett. |
(4) |
Fejn titoli b’ċertifikat jew titoli derivattivi jagħtu d-dritt għal akkwist tal-ishma tal-emittent jew l-ishma tal-grupp u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni rilevanti stabbilita fin-nota ta’ skeda dwar it-titoli għal titoli derivattivi għandha tiġi pprovduta lill-investituri. |
(5) |
Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-ishma sottostanti hija diġà disponibbli għall-azzjonisti u l-investituri b’mod ġenerali. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li huwa biżżejjed li tiġi miżjuda dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti u d-dettalji ta’ fejn l-informazzjoni dwar is-sottostanti tista’ tinkiseb f’kombinazzjonijiet użati għat-tħejjija tan-nota dwar it-titoli tal-prospett. |
(6) |
Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-investituri għandhom ukoll jiġu pprovduti b’kull dikjarazzjoni tal-kapital li jdur u dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn tal-emittent tal-ishma sottostanti. Dawn ir-rapporti għandhom jipprovdu lill-investituri fin-nota dwar it-titoli bl-istess informazzjoni dwar il-kapaċità tal-emittent tal-ishma sottostanti li jkompli bħala negozju avvjat u fuq d-djun tiegħu meta mqabbel mal-kapitalizzazzjoni tiegħu bħalma jkun disponibbli meta jinvestu f’ishma direttament. |
(7) |
Fejn l-ishma sottostanti jinħarġu minn parti terza u ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat l-investituri m’għandhomx aċċess faċili għal deskrizzjoni ta’ dawk l-ishma sottostanti. Għalhekk, il-komponent addizzjonali li jiddeskrivi s-sehem sottostanti għandu jiżdied flimkien mal-kumbinazzjonijiet tat-tfassil fin-nota dwar it-titoli tal-prospett. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali jeħtieġ li jiġi ċċarat, fit-tabella stipulata fl-Anness XVIII tar-Regulation (KE) Nru 809/2004, kif skedi u komponenti għandhom jiġu kkombinati meta jitfassal prospett, inkluż f’każ li huma biss ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ta’ skedi u komponenti huma meħtieġa, meta ċerti oġġetti ta’ informazzjoni ma jistgħux ikunu applikabbli minħabba kombinazzjonijiet speċifiċi tal-iskedi u l-komponenti f’każijiet partikolari, u fejn l-emittent, l-offerent, jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jagħżlu bejn l-iskedi differenti u l-komponenti skont limiti speċifiċi, bħad-denominazzjoni minima ta’ titoli ta’ dejn, jew kondizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament (KE) Nru 809/2004. |
(9) |
It-terminu “bonds” għandu jiġi mibdul bit-terminu “titoli ta’ dejn” sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija fi ħdan ir-Regolament (KE) Nru 809/2004. |
(10) |
L-applikazzjoni tal-komponent ta’ informazzjoni finanzjarja pro forma stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 hija kondizzjonali fuq bidla kbira importanti fid-daqs ta’ min joħroġ it-titoli, għalhekk il-kliem “(jekk applikabbli)” għandhom jiġu miżjuda mal-intestatura tal-kolonna bit-titolu “KOMPONENT” applikabbli għad-dokument tar-reġistrazzjoni fl-Anness XVIII ta’ dak ir-Regolament biex jirriflettu l-applikabilità kondizzjonali tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(11) |
It-titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli jistgħu jipprovdu aċċess għal ishma ġodda meta jiġi eżerċitat id-dritt ta’ sottoskrizzjoni mid-detenturi tagħhom. Għaldaqstant, il-kwistjonijiet tad-drittijiet fuq titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma ġodda tal-emittent għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 sakemm l-ishma sottostanti huma ishma ġodda maħruġa mill-istess entità li toħroġ titoli tad-dejn. Il-prospett għall-offerta jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom ukoll jibbenefikaw mir-reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26b tar-Regolament (KE) Nru 809/2004. Għaldaqstant, it-taħlita tal-iskedi u l-komponenti applikabbli għall-ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent jew għal titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa għandhom jiżdiedu fl-Anness XVIII. |
(12) |
F’konsiderazzjoni tal-bżonn li l-emittenti jingħatalhom perjodu tranżizzjonali sabiex jadattaw għar-rekwiżiti ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal prospetti u prospetti bażi li ġew approvati minn awtorità kompetenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara. |
(13) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004
Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Fejn ishma b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3, 4, u 5 li ġejjin huma miżjuda: “3. Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll. 4. Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV. 5. Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
(3) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. L-iskeda għandha tapplika għal titoli li mhumiex fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-iskedi l-oħrajn tan-nota tat-titoli msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 16, ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(3) u (5) u l-Artikolu 16(3) u (5). L-iskeda għandha tapplika għal ċerti titoli fejn il-ħlas u/jew it-twettiq ta’ obbligi huma marbuta ma’ sottostanti.” |
(4) |
Fl-Artikolu 16 huma miżjuda l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin: “3. Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll. 4. Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV. 5. Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.” |
(5) |
L-Artikolu 17(2), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
(6) |
It-titolu tal-Anness XIV għandu jinbidel b’dan li ġej: “Komponent ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sehem sottostanti”. |
(7) |
L-Anness XVIII huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżitorja
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-approvazzjoni ta’ suppliment għal prospett jew prospett ta’ bażi fejn il-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
2. Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett ta’ bażi approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett ta’ bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
“ANNESS XVIII
PARTI I
Tabella ta’ kombinazzjonijiet
Nru |
ANNESS XVIII Parti I |
DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI |
|||||||||
SKEDI |
KOMPONENTI |
SKEDI |
|||||||||
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn u derivattivi (< EUR 100 000 ) |
Dejn u derivattivi (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli abbażi ta’ assi |
Dejn u derivattivi tal-Banek |
Informazzjoni pro forma (jekk applikabbli) |
Impriza ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end |
L-Istati u l-Awtoritajiet Regjonali u Lokali tagħhom |
Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD |
||
1 |
Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000 |
|
JEW |
|
|
JEW |
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000 |
|
|
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
4 |
Titoli ta’ dejn ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
5 |
Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
6 |
Titoli abbażi ta’ assi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
8 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza li mhux ammessi f’suq regolat |
L-emittent ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
9 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal emittent li mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 |
Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent li mhux ammessi f’suq regolat |
L-emittent ta’ titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
11 |
Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12 |
Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
14 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
15 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti) |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti I |
NOTA TAT-TITOLI |
|||||||
SKEDI |
KOMPONENTI ADDIZZJONALI |
||||||||
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn (< EUR 100 000 ) |
Dejn (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli derivattivi |
Garanziji |
Titoli abbażi ta’ assi |
Sehem sottostanti |
||
1 |
Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...) |
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ Dejn (Titoli ta’ Dejn vanilla, Titoli ta’ Dejn fuq dħul, Titoli ta’ Dejn Strutturati, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000 |
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000 |
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
Titoli ta’ Dejn ggarantiti minn parti terza |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
5 |
Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza |
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
Titoli abbażi ta’ assi |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
7 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U biss il-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
8 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
||
9 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
10 |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
|
|
|
|
|
|
||
11 |
Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
12 |
Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
13 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
14 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
U minbarra l-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
15 |
Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti) |
|
|
|
|
|
|
|
PARTI II
Tabella ta’ kombinazzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent u t-titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent meta dawn il-kwistjonijiet ta’ drittijiet u titoli ta’ dejn jinħarġu minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jew kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (“Small Caps”) (reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni)
Madankollu, l-emittenti jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett skont r-reġim tad-divulgazzjoni sħiħa.
Nru |
ANNESS XVIII Parti II: PDR |
DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI |
|||||||||
SKEDI |
KOMPONENTI |
SKEDI |
|||||||||
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn u derivattivi (< EUR 100 000 ) |
Dejn u derivattivi (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli abbażi ta’ assi |
Dejn u derivattivi tal-banek |
Informazzjoni pro forma (jekk applikabbli) |
Imprizi ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end |
L-istati u l-awtoritajiet regjonali u lokali |
Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD |
||
1 |
Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
4 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
JEW |
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nru |
ANNESS XVIII Parti II: PDR |
NOTA TAT-TITOLI |
|||||||
SKEDI |
KOMPONENTI ADDIZZJONALI |
||||||||
TIPI TA’ TITOLI |
Sehem |
Dejn (< EUR 100 000 ) |
Dejn (> jew = EUR 100 000 ) |
Titoli derivattivi |
Garanziji |
Titoli abbażi ta’ assi |
Sehem sottostanti |
||
1 |
Ħruġ ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent, meta l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi f’suq regolat jew MTF jekk il-kundizzjonijiet f’Art. 26.a(2) huma sodisfatti |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
|
2 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat |
|
JEW |
JEW |
U biss il-punt 4.2.2 |
|
|
|
|
3 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli fishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
Ishma sottostanti |
|
|
|
|
|
|
U minbarra l-punt 2 |
||
4 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat |
U biss il-punti 3.1 u 3.2 |
JEW |
JEW |
|
|
|
|
|
5 |
Titoli ta’ Dejn SMEs u Small Caps skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat |
Titoli ta’ dejn |
|
JEW |
JEW |
|
|
|
|
Ishma (sottostanti) |
U biss il-punti 3.1 u 3.2” |
|
|
|
|
|
|