31.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 741/2013

tat-30 ta’ Lulju 2013

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Kolombja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/735/UE, il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Skont id-Deċiżjoni 2012/735/UE, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja, skont it-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tagħha Il-Ftehim japplika fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Awwissu 2013.

(2)

Is-sottotaqsima 1 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 tal-Anness għall-Ftehim tikkonċerna l-iskeda tal-eliminazzjoni tat-tariffa għall-parti tal-UE għal prodotti li joriġinaw mill-Kolombja. Għal numru ta’ prodotti speċifiċi, hija tipprevedi l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji. Għaldaqstant huwa neċessarju li jinfetħu l-kwoti tariffarji għal tali prodotti.

(3)

Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni, fuq il-bażi li jinqeda l-ewwel min jasal l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(4)

L-intitolament għal benefiċċju mill-konċessjonijiet ta’ tariffi għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni tal-prova tal-oriġini rilevanti lill-awtoritajiet tad-dwana, kif previst fil-Ftehim.

(5)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (3), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 (4), jinkludi kodiċijiet tan-NM li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Il-kodiċijiet il-ġodda għaldaqstant għandhom ikunu riflessi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Awwissu 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji huma miftuħa għall-prodotti li joriġinaw mill-Kolombja u li huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Id-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kolombja u li huma elenkati fl-Anness, għandhom, skont il-kwota tariffarja rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jiġu sospiżi.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness ikunu amministrati mill-Kumissjoni b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Awwissu 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)   ĠU L 304, 31.10.2012, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum ta’ kwoti annwali

(piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.7230

0201 30

0202 30

Laħam ta’ bovini, frisk, imkessaħ jew friżat, mingħajr għadma

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

2 334

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

6 160  (1)

09.7231

0711 51

Faqqieħ tal-ġenus Agaricus, ippreservat b’mod provvizorju iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għall-konsum immedjat

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

2003 10

Faqqiegħ tal-ġenus Agaricus, ippreparat jew ippriżervat b’mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku.

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)

09.7232

2208 40 51

2208 40 99

Rum u spirti oħra miksuba permezz tad-distillazzjoni ta’ prodotti ffermentati ta’ zokkor tal-kannamiela, f’kontenituri ta’ iktar minn żewġ litri.

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

625 ettolitri (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 600 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) (3)

09.7233

0710 40

0711 90 30

2001 90 30

2004 90 10

2005 80

Qamħ ħelu

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

84

2008 99 85

Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) ippreparat jew ippreżervat mod ieħor, li ma fihx spiritu miżjud jew zokkor miżjud

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

210  (4)

09.7234

0403 10

Jogurt

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)

09.7235

1701 13

1701 14

1701 91

1701 99

Zokkor tal-kannamiela, li mhux miżjud b’togħmiet jew b’kulur; zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju pur kimikament f’forma solida, għajr zokkor mhux raffinat li mhumiex miżjuda b’togħmiet jew b’kulur

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

25 834 (espressi f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat)

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

63 860 (espressi f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) (5)

09.7236

Ex 1704 90 99

Prodotti ħelwin oħra li ma fihomx kawkaw, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

8 334

1806 10 30

1806 10 90

Trab tal-kawkaw li fih 65 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju jew isoglukożju espress bħala sukrożju

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

20 600  (6)

Ex 1806 20 95

Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità, f’reċipjenti jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut li jaqbeż iż-2 kg, li fih inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw, u 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju.

 

 

Ex 1901 90 99

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel tad-dqiq, frak oħxon, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % f’piż ta’ kawkaw, ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju;

 

 

Ex 2006 00 31

Ex 2006 00 38

Frott (minbarra frott tropikali u ġinġer), ħaxix, lewż (minbarra lewż tropikali), qoxra tal-frott u partijiet oħra tal-pjanti, ippreservati biz-zokkor (mingħajr ilma, glacé jew kristallizzat), li fih 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

Ex 2007 91 10

Ex 2007 99 20

Ex 2007 99 31

Ex 2007 99 33

Ex 2007 99 35

Ex 2007 99 39

Ġammijiet, jellies tal-frott, marmalades, purée tal-frott jew tal-lewż, jew pestijiet tal-lewż miksuba billi jissajru, li fihom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju.

 

 

Ex 2009

Meraq tal-frott (minbarra meraq tat-tadam, meraq ta’ frott tropikali u taħlitiet ta’ meraq ta’ frott tropikali) u meraq tal-ħaxix ta’ valur li ma jaqbiżx it-EUR 30 għal kull 100 kg ta’ piż nett, mhux iffermentat u li ma fihx spirti miżjuda, li fih 30 % jew iktar f’piż ta’ zokkor miżjud

 

 

Ex 2101 12 98

Ex 2101 20 98

Preparazzjonijiet b’bażi ta’ tè jew mate li jkun fihom 70 % jew aktar f’piż tas-sukrożju/isoglukożju

 

 

Ex 2106 90 98

Preparamenti tal-ikel oħra mhux speċifikati jew inklużi x’imkien ieħor, li jkollhom 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

Ex 3302 10 29

Taħlitiet ta’ sustanzi fragranti u taħlitiet b’bażi ta’ sustanza waħda jew iktar minn dawn ta’ tip użat fl-industriji tax-xorb li fihom sustanzi li jagħtu t-togħma li jikkaratterizzaw xarba ta’ saħħa alkoħolika reali f’volum li ma jaqbiżx 0,5 % li fih 70 % jew iktar f’piż ta’ sukrożju

 

 

09.7237

0402 99

Ħalib u krema, li fihom zokkor miżjud jew kwalunkwe sustanza oħra li tagħti l-ħlewwa li mhumiex trab, granuli jew forom solidi oħra

Mill-1.8.2013 sal-31.12.2013

42

Mill-1.1 sal-31.12.2014 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

105  (2)


(1)  B’żieda ta’ 560 tunnellata metrika kull sena mill-2015.

(2)  B’żieda ta’ 5 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(3)  B’żieda ta’ 100 ettolitru (espressi f’ekwivalent ta’ alkoħol pur) kull sena mill-2015.

(4)  B’żieda ta’ 5 tunnellati metriċi kull sena mill-2015.

(5)  B’żieda ta’ 1 860 tunnellata metrika (espressa f’ekwivalent ta’ zokkor mhux raffinat) kull sena mill-2015.

(6)  B’żieda ta’ 600 tunnellata metrika kull sena mill-2015.