31.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 735/2013
tat-30 ta’ Lulju 2013
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011. |
(2) |
L-entrati għal tliet persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew organizzazzjonijiet li jidhru fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandhom jiġu sostitwiti u għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet għaliex huma elenkati. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
ANNESS
L-entrati għall-persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew organizzazzjonijiet li jidhru fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati li ġejjin:
|
Ismijiet |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
1. |
Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI |
Tuneżin, twieled f’Sabha-Libya fis-7 ta’ Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, direttur amministrattiv, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jgħix f’Résidence de l’Étoile du Nord - suite B- is-7 sular - apt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 04524472. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini dwar kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Tuneżina tal-Banek u l-ex-kap uffiċjal eżekuttiv tal-Bank Agrikolu Nazzjonali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni. |
2. |
Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI |
Tuneżin, twieled f’Tuneż fit-2 ta’ Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tan-Nru NIC 04682068. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għax eżerċitat influwenza ħażina fuq detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb li tikseb direttament jew indirettament vantaġġ għal persuna oħra, għall-kompliċità fl-użu ħażin ta’ pożizzjoni minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali) biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta’ flus pubbliċi Tuneżini minn detentur ta’ pożizzjoni pubblika (l-ex-President Ben Ali). |
3. |
Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB |
Tuneżin, twieled fit-13 ta’ Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, kap uffiċjal eżekuttiv, jgħix f’rue du Jardin - Sidi Bousaid - Tuneż, detentur tan-Nru NIC 00400688. |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal abbuż tal-influwenza fuq uffiċjal pubbliku (f’dan il-każ l-ex-President Ben Ali) bil-ħsieb tal-kisba, direttament jew indirettament, ta’ vantaġġi għall-profitt ta’ persuni oħrajn u kompliċità fl-abbuż serju minn uffiċjal pubbliku biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u tikkawża ħsara lill-amministrazzjoni. |