25.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 705/2013

tat-23 ta’ Lulju 2013

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat li jinżamm fl-idejn (l-hekk imsejjaħ “Handset tal-passiġġieri tal-inġenji tal-ajru”) li jkun fih unità ta’ kontroll li tinkorpora mikrofonu u lawdspiker, diversi buttuni fuq quddiem u wara, displej, qarrej tal-karta manjetiku u sokit tal-konnessjoni, għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V, b’dimensjonijiet ta’ madwar 16 × 4 × 2,5 ċm.

L-apparat huwa ddeżinjat biex jiġi istallat fis-sit tal-passiġġieri ta’ inġenju tal-ajru biex iwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

jaġixxi bħala apparat tal-swiċċis u l-kontroll għal diversi apparati esterni, pereżempju, apparat awdjo/vidjo, konsols tal-logħob jew servizzi oħra abbord,

għal telefonati permezz tan-netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni abbord billi jikkonverti l-pulsazzjonijiet tal-frekwenzi tal-awdjo f’mewġ tal-ħoss u viċi versa,

jaqra d-dejta minn swipe kards.

L-apparat ma jistax jiġi konness direttament ma' netwerk tal-komunikazzjoni.

8537 10 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8537 , 8537 10  u 8537 10 99 .

L-apparat ma jistax jiġi konness direttament ma' netwerk tal-komunikazzjoni. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8517 bħala sett tat-telefon jew tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew ir-riċezzjoni ta’ vuċijiet, immaġnijiet jew forom oħra ta’ dejta oħra hija eskluża.

L-apparat huwa magna komposta, magħmula minn magni klassifikati taħt intestaturi differenti tat-Taqsima XVI. Bis-saħħa tan-Nota 3 għat-Taqsima XVI u minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-komponent li jwettaq il-funzjoni tal-kontroll elettriku jitqies li huwa l-funzjoni prinċipali, peress li jintuża prinċipalment għall-għażla u l-kontroll ta' diversi apparati esterni. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala qarrej tal-kards jew taħt l-intestatura 8518 bħala mikrofonu u lawdspiker hija eskluża.

Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8537 10 99 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn għall-kontroll elettriku għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V.